Legislature:
Category:
Reset
Active:

Holiday In Crown Plaza — Pensjonanti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23930, l-Ministru taf li kien sar Collective Agreement bejn il-General Workers Union u l-Holiday Inn Crown Plaza għal tlett snin, liema ftehim kien sar fis-sena 2000? Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-pensjonanti ta' l-istess Holiday Inn Crown Plaza rċevew iż-żieda tal-Collective Agreement tas-sena 2001 pero' mis-sena 2002 'l hawn ma rċevewhomx iktar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, minkejja li skond l-informazzjoni li ghandu d-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali ma jirrizultax li l-impjegati tal-lukanda li rrefera ghaliha l-Onor. Interpellant kellhom xi zieda fil-pagi fl-2002 fuq l-2001, ghajr dik statutorja ghall-gholi tal-hajja, id-Dipartiment ser jerga jinvestiga biex jikkonferma jew le l-informazzjoni li ghandu.

Għaqda Persuni Neqsin mis-Smiegħ

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23487 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tagħti tagħrif x'relazzjoni ġuridika teżisti bejn l-għaqda persuni neqsin mis-smiegħ u l-gvern? Tista' l-istess Ministru tagħti iżjed dettalji dwar x'tip ta' kuntratt jeżisti konċernanti l-għalliema ta' din l-għaqda li qed jagħtu servizz lill-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Assoċjazzjoni għall-Persuni Neqsin mis-Smiegħ ilha mill-2002 tirċievi għotja ta’ Lm5,000 kull sena mill-Vot approvat taħt il-Ministeru tiegħi biex jgħin l-Organizazzjonijiet Volontarji. Bħal fil-każ ta’ organizazzjonijiet oħra li jibbenefikaw minn għotjiet simili, l-għotjiet lil din l-Assoċjazzjoni kienu regolati b’Service Agreement li, mis-sena l-oħra, kien jispeċifika kemm is-servizz li kellu jiġi provdut kif ukoll kif dan kien ser jiġi verifikat. Permezz ta’ dan il-ftehim, l-Assoċjazzjoni kellha tipprovdi servizz ta’ interpreti tal-lingwa tas-sinjali Maltija u tgħin f’riċerka li kienet qed issir mill-Universita’ ta’ Malta. Ninsab infurmata wkoll li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ tirrifondi lura lil din l-Assoċjazzjoni nofs l-ammont ta’ flus li l-Assoċjazzjoni tonfoq għall-posta.

Holiday In Crown Plaza — Collective agreement

Question

Taf l-Ministru li r-revizjoni dwar il-pensjonijiet skond il-collective agreementtal-Holiday In Crown Plaza għadha ma saritx? Tapprezza l-Ministru li din kellha ssir sa mill-ewwel ta' Jannar, 2002?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, skond l-informazzjoni li għandhu d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, l-impjegati tal-lukanda li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ma kellhomx tibdil fil-pagi fl-2002 għajr iż-żieda statutorja għall-għoli tal-ħajja. Ninsab infurmata wkoll li l-pensjoni ta’ l-impjegati li kienu jaħdmu ma’ din il-lukanda ġiet riveduta biex tirrifletti ż-żieda msemmija, bħal kull pensjonant ieħor.

Malta Freeport Corporation — Trasferiment ta' artijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif il-Kummissarju ta' l-Artijiet ittrasferixxa l-artijiet li kien esproprja f'Bengħajsa, limiti ta' Birżebbuġa, lill-Malta Freeport Corporation Ltd., taħt liema titolu u x'kienet il-konsiderazzjoni li tħallset? Jista' jgħid x'tip ta' ftehim hemm bejn il-Malta Freeport Corporation Ltd. u l-Malta Freeport Terminals Ltd. biex din topera fuq l-art imsemmija fl-ewwel domanda, taħt liema titolu qed topera fuq din il-proprjeta' u x'konsiderazzjoni qed titħallas? Jista' jikkonferma wkoll jekk il-Malta Freeport Corporation Ltd. hijiex qed tgħaddi l-profitti tagħha lill-gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Rigward l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat. Il-profitt tal- Malta Freeport Corporation Ltd u l-utiliżż tagħhom huma murija fl-"audited accounts" li jitpoġġew regolarment fuq il-Mejda tal-Kamra..

Sta. Venera — Triq Reġjonali

Question

Jaf il-Ministru li r-residenti kollha li joqogħdu fi Triq Reġjonali f'Sta. Venera qed ibatu preġudizzju u danni sostanzjali minħabba li xi snin ilu sar il-proġett tal-mina u għaldaqstant qed ibatu minn tinġis u storbju persistenti? Jidhirlu li dawn ir-residenti għandhom jiġu kkumpensati għal dan kollu u jidhirlu li għandu jsir xi proġett mill-aspett ta' inġinerija biex jiġu mitigati d-danni li dawn in-nies qed isofru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Din it-Triq u l-Mini ta' Sta Venera huma fost diversi partijiet tat-Triq magħrufa bħala Ten T Road f'Malta li hija ndikata għal titjieb. L-Awtorita' qiegħda tara jekk il-problemi ndikati jistgħux jiġu ndirizzati meta jsiru dawn il-proġetti.

Ċimiterju Santa Maria Addolorata

Question

Jaf il-Ministru li hemm ħsara konsiderevoli fil-bieb taċ-ċimiterju ta' Santa Maria Addolorata? Jista' jinforma jekk attwalment il-gvern huwiex qed jieħu miżuri biex isiru t-tiswijiet neċessarji? Peress illi ċ-ċimiterju huwa ta' stil gotiku u l-parti l-antika hija inondata b'siġar, jidhirlu li għandu jsir l-istess fil-parti l-ġdida ta' l-istess ċimiterju?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul il-ġimgħa d-dieħla huwa mistenni li jitwaħħal kanċell ieħor temporanju waqt li dak preżenti li ġarrab ħsarat minn xi vandali jittieħed għat-tiswijiet neċessarji. Fil-frattemp saret applikazzjoni mal-MEPA sabiex ikunu jistgħu jsiru tiswijiet ta' natura strutturali u ta' restawrazzjoni fil-ġebel tad-daħla ta' dan iċ-ċimiterju. Fil-pjanijiet ta' l-estenzjoni taċ-ċimiterju ttieħdu nkonsiderazzjoni l-ħtiġijiet ta' landscapping u tħawwil ta' siġar li jkopru wkoll il-parti ta' l-aħħar estenzjoni fin-naħa ta' lvant ta' dan iċ-ċimiterju.

Għaqda persuni neqsin mis-smiegħ — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif x'relazzjoni ġuridika teżisti bejn l-għaqda persuni neqsin mis-smiegħ u l-gvern? Jista' jagħti iżjed dettalji dwar x'tip ta' kuntratt jeżisti konċernanti l-għalliema ta' din l-għaqda li qed jagħtu servizz lill-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Malta Freeport Corporation — Trasferiment ta' artijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif il-Kummissarju ta' l-Artijiet ittrasferixxa l-artijiet li kien esproprja f'Bengħajsa, limiti ta' Birżebbuġa, lill-Malta Freeport Corporation Ltd., taħt liema titolu u x'kienet il-konsiderazzjoni li tħallset? Jista' jgħid x'tip ta' ftehim hemm bejn il-Malta Freeport Corporation Ltd. u l-Malta Freeport Terminals Ltd. biex din topera fuq l-art imsemmija fl-ewwel domanda, taħt liema titolu qed topera fuq din il-proprjeta' u x'konsiderazzjoni qed titħallas? Jista' jikkonferma wkoll jekk il-Malta Freeport Corporation Ltd. hijiex qed tgħaddi l-profitti tagħha lill-gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Maltapost — Ishma

Question

Jista' il-Ministru jispjega u jagħti dettalji x'sar mill-ishma tal-Maltapost? Jikkonferma li dawn fil-maġġoranza tagħhom illum jappartjenu lil Lombard Bank? Jista' jgħid jekk l-azzjonisti oriġinali għadx għandhom interessi u jagħti dettalji?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-maġġoranża ta’ l-ishma tal-Maltapost jappertjenew lill-Malta Government Investments Ltd, kif jidher hawn taħt; Ażżjonisti Numru ta Ishma Gvern ta’Malta 425,000 (Ord A) Malta Government Investment Ltd 1,395,000 (Ord A) Redbox Ltd (Suss ta’ Lombard Bank Malta Ltd) 980,000 (Ord B) Numru Totali ta’Ishma 2,800,000 F’Awissu ta’ sena 2006, Redbox Ltd, xtrat l-ishma tal-Maltapost plc mingħand Transend Worldwide Ltd, sussidjara tan-New Zealend Post. It-Transend Worldwide Ltd m’għandhomx iktar ishma fil-Maltapost plc u mhux minnu li l-Lombard Bank għandu l-maġġoranza tal-Ishma fil-Maltapost.

Casino Di Venezia

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid min kien l-avukat jew ditta ta' avukati li ħadet ħsieb l-interessi tal-Casino Di Venezia meta din kellha l-liċenzja tagħha sospiża?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li mhuwiex fil-kompitu ta’ l-awtorita’ dwar ir-rappreżentanti legali tal-kumpanija lliċenzjati ma’ l-Awtorita, fosthom Casino di Venezia.

Qorti — Securities

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk għal ta' l-inqas teżistix policy li min ikun jaħdem bħala security il-Qorti ma jkollux proċeduri serji għaddejjin fil-konfront tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-policy li ġiet segwita mill-Qorti fil-konfront ta' l-impjegati kollha li jintbagħtu jaħdmu hemm bħala Security Guards mal-kumpanija "Sterling Security Co. Limited" li qed tagħti dan is-servizz wara sejħa pubblika għall-offerti hija li kull wieħed ikollu fedina penali nadifa u garanzija mill-kumpanija, kif jistabbilixxi l-kuntratt, li dawk mibgħuta huma ngaġġati skond il-liġi.

Każ dwar Security l-Qorti

Question

Jaf il-Viċi Prim Ministru li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament kenitx taħdem bħala security mad-ditta li preżentement għandha l-kuntratt tas-security fil-qorti? Jekk fl-affermattiv, kemm damet f'din il-kariga u jekk l-impjieg tagħha ġie terminat x'kienet ir-raġuni għal dan? Jaf il-Viċi Prim Ministru li din il-persuna preżentement hijiiex għaddejja proċeduri serji quddiem il-qorti u biex inhi mixlija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna indikata mill-Onorevoli Interpellant kien intbagħat jaħdem mis-soċjeta kummerċjali "Sterling Security Company Limited" li ġiet aġġudikata x-xogħol ta' sigurta' wara sejħa pubblika għall-offerti. Irriżulta li din il-persuna ħadmet numru ta' ġranet, mill-4 ta' Ottubru, 2006 sa' l-24 ta' Novembru 2006. Wara dik il-ġurnata, l-kumpanija ma bagħtitux iktar. Il-persuna indikata għandha fedina penali nadifa (kondotta tal-Pulizija). Mir-riċerki li saru jirriżulta li huwa jinsab għaddej proċeduri kriminali quddiem il-Qorti tal-Maġistrati akkużat li kkaġuna feriti gravi.

Qrati — Ipoteka legali

Question

Jaf il-Viċi Prim Ministru li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandha pendenti l-Qorti ipoteka legali biex tiġi ffirmata minn deputat reġistratur u ilha għal diversi ġimgħat? Japprezza li dan id-dewmien se jippreġudika serjament lill-persuna indikata minħabba li hemm proċeduri ta' subbasta pendenti li fihom irid jipparteċipa bis-saħħa ta' l-istess ipoteka? Jidhirlu l-Viċi Prim Ministru li għandu jintervjeni fil-kwestjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-dewmien fil-ħruġ ta’ l-ipoteka legali imsemmija fil-mistoqsija parlamentari huwa dovut prinċipalment illi tali ipoteka ma tistax tiġi eżegwita peress illi, ai termini ta’ l-artikolu 266(1) tal-Kap. 12, is-sentenza għadha mhux eżegwibbli billii hemm appell pendenti. Inoltre, ir-Reġistratur ma ġiex muri dokumentazzjoni fejn l-eżekuzzjoni tas-sentenza, minkejja li hemm Appell, ġie akkordat mill-Qorti ta’ l-Ewwel Istanza. Apparti minn hekk jiġi rilevat illi d-dettalji mgħoddija lid-Deputat Reġistratur kienu żbaljati barra mill-fatt illi d-dokumentazzjoni ma kienitx kompluta.

Online Gambling

Question

Fid-dawl ta' l-Att tad-29 ta' Settembru 2006 ta' l-USA li ikkriminalizza l-logħob ta' l-Online Gambling fil-USA, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-awtorita tal-lotteriji u logħob ħaditx prekawzjoni tassigura lis-service provider ewlenija BellMed ma tagħtix servizzi lil soċjetajiet li jaċċettaw skommessi minn ċittadini Amerikani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li sal-lum, l-Awtorita’ ma ħadet l-ebda azzzjoni fuq il-liġi Amerikana ta’ l-Internet Gambling. Wieħed irid japprezza li Malta tirregola Remote Gaming, li hija industrija aktar wiesgħa minn dik tal-gambling u li wkoll tinkorpora teknoloġiji ta’ kommunikazzjoni varji u mhux biss dik ta’ l-internet.

Awtorita' tal-Lotteriji u Logħob — Chief Inspector

Question

Jarahiex stramba l-Prim Ministru li wara li reġgħet ingħatat il-liċenzja il-Casino Di Venezia b'kumbinazzjoni ċ-CEO il-ġdid tal-Casino maħtur kien Chief Inspector ta' l-awtorita' tal-lotteriji u logħob? Jidhirlu tenendo kont ukoll il-fatt li f'Malta hawn biss tliet casinos, li l-fatt li CEO ta' wieħed minnhom kien ex Chief Inspector ta' l-awtorita' jindikax vantaġġ fuq l-operaturi l-oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi peress li s-suq tal-logħob f’Malta huwa ristrett ħafna, in-nies li jaħdmu f’din l-industrija huma ftit. Għalhekk l-Awtorita u l-ażjendi liċenzjati jispiċċaw jieħdu minn ta’ xulxin. Wieħed irid jinnota li l-ex Chief Inspector, qabel ma daħal l-Awtroita’ kellu karriera twila fil-management ta’ casinos f’Malta li m’huwiex Casino di Venezia. Illum 60% tan-nies li jaħdmu ma’ l-Awtorita’ ġejjien mill-industrija tal-gaming f’Malta. Dan għaliex huma għandhom l-expertise neċessarju biex jirregolaw tajjeb dan is-suq.

Għaqda tal-proprjetarji tal-kaxxi tal-logħob

Question

Jaf il-Prim Ministru li l-ex Legal Advisor jew uffiċjal ta' l-awtorita' tal-lotteriji u logħob (persuna indikata separatament) kien jokkupa preċedentement il-kariga ta' segretarju ta' l-għaqda tal-proprjetarji tal-kaxxi tal-logħob? Huwiex ġustifikat f'dan is-sens is-suspett li waħda mir-raġunijiet għaliex ma ġietx implimentata immedjatament it-taxxa l-ġdida kien minħabba dan l-istat ta' fatt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-Ex Legal advisor kien jokkupa l-kariga t’Avukat (mhux segretgarju) ta’ l-Għaqda tal-Kaxxi tal-Logħob. Il-kaxxi tal-logħob huma rregolati minn LN 43 tas-sena 1998 li jaqa’ taħt il-pulizija u qatt ma kien irregolat mill-Awtorita’. Għaldaqstant, huma l-pulizija li jiġbru l-ħlas tal-liċenzja.

Awtorita' dwar il-Logħob

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-awtorita' konċernata mhux qiegħda tirregola l-payouts fil-makni tal-logħob biex tipproteġi l-ġokaturi u l-konsumaturi, speċjalment dawk li huma minorenni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-makni preżenti huma rregolati mill-Avvoż legali 43 tas-sena 1988. Dawn l-istess makni jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tal-pulizija

Kumpannija Zeturf u BellMed — Kawża kontra PMU

Question

Jista' il-Prim Ministru jispjega għaliex ma kienx l-avukat (house lawyer) ta' l-awtorita' tal-lotteriji u logħob li ddefenda lil kumpannija Zeturf u lis-service provider BellMed fil-kawża li kellhom kontra PMU (monopolu statali Franciż) quddiem il-qrati Maltin sabiex tiġi kontestata l-inforzar ta' sentenza Franċiża? Jista' jgħid liema ditta ta' avukati ħadu ħsieb din il-kawża u dan sabiex anke jipproteġu l-interessi ta' l-awtorita' li daħlet parti fil-kawża?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ talbet il-qrati Maltin biex hija tintervjeni fil-kaz ta’ Zeturf u dan sar mill-‘house lawyer’ ta’ l-Awtorita’. Il-qrati pero rrifjutaw din it-talba. L-Awtorita’ ma kienetx involuta fil-kazi speċifiċi u għalhekk m’għandhiex lista t’avukati li kienu nkarigati fiz-zewġ kazi.

Taxxa fuq il-Kaxxi tal-Logħob

Question

Jiftakar il-Prim Ministru li fil-proposti għall-budget 2004 kien hemm provvediment li tinġabar taxxa speċjali fuq il-kaxxi tal-logħob? Jista' jispjega għaliex din il-proposta ġiet irtirata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq infakkar lill-Onorevoli Interpellant illi f’paġna 75 tad-Diskors tal-Baġit 2004, konna għidna li Lm12-il miljun kienu ser jinġabru minn taxxi fuq il-logħob u dħul mil-lotteriji, li parti minnhom kienet ser tkun dovuta mil-liċenzja lill-kumpanija li kienet ser topera l-logħob f’Malta. Nixtieq nispjega li dħul minn dan is-sors hu magħruf bħala ‘taxxa’ minħabba l-fatt li hu miġbur ma’dħul ieħor fil-Kategorija ta’ Liċenzji, Taxxi u multi. Fejn jidħol dħul konness ma’ magni tal-logħob, jinħass li, kif il-Gvern indika fid-Diskors tal-Baġit għall-2007, u kif ukoll saret referenza fid-Dokument ta’ qabel il-Baġit, hu issa l-waqt li l-kunċett immatura bizzejjed. Il-Gvern, għalhekk, issa wasal biex jippublika l-Avviz Legali għal konsultazzjoni ma’ l-i’Stakeholders’ involuti qabel ma jiġi ppublikat fil-Gazetta tal-Gvern.