Legislature:
Category:
Reset
Active:

ADT — Trailor

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex it-trailor li jintuża mill-ADT sabiex isiru t-testijiet fuqu m'huwiex tal-miżura ġusta u fil-fatt huwa wieħed żgħir? Ma jidhirlux li dan it-trailor huwa żgħir sabiex jakkomoda xi terza persuna?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li jintużaw żewġ trailers għat-testijiet tas –“C+E” minn zewġ skejjel tas-sewqan. Il-miżura (tul, toqol eċċ) tagħhom hija konformi mal-Liġi Sussidjarja 65.18 (it-Tielet Skeda) skond AL 14/2004. Il-Liġi Sussidjarja 65.18 ġiet sussegwentament amendata permezz ta' AL 25/2007 fil bidu ta' din is-sena kurrenti. Il-vetturi li jintużaw għat- test (inkluz Trailers) li ma baqgħux jissodisfaw il-kriterji minimi msemmija fl-AL 25/2007, imma kienu jissodisfaw l-AL 14/2004, jistgħu jibqgħu jintużaw sal-31 ta' Dicembru 2010.

ADT — Trailor special licence

Question

Jaf il-Ministru li l-persuna li jtella' n-nies għall-ispecial licence tat-trailor qed juża cameramwaħħla mat-truck biex iqabbdu t-trailor mat-truck?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-camera li qed tintuza hija permessibbli peress li tezisti ostruzzjoni bejn il-platform tat-Truck u t-Trailer. L-uzu tal-camera huwa permessibli wkoll fuq vetturi kbar ohra bhal coaches.

Agenziji governattivi — Reduced hours

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji u jispjega x'inhi l-policy tal-gvern u ta' entitajiet u aġenziji governattivi kollha inkluż il-Bank Ċentrali u l-Universita' ta' Malta għal dak li jikkonċerna reduced hours? Jista' jispjega jekk hemmx xi kriterju jew prezz stabbilit u jekk fl-affermattiv jispjegah ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Policy dwar xogħol fuq reduced hours li tapplika għal uffiċjali pubbliċi tal-Gvern tinsab f’sezzjoni 3.1.6 tal-Public Service Management Code.

Liċenzji tal-karozzi — Tixħim

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jindika l-ismijiet u d-dettalji ta' dawk li kienu nvoluti fit-tixħim tal-liċenzji tal-karozza u li ntalbu jirritornaw lura l-liċenzja tagħhom? Jista' jikkonferma li mhux kulmin kien involut fit-tixħim intalab jagħmel hekk?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ghal ragunijiet ta' protezzjoni tad-data ma nhossx li ghandi naghti d-dettalji mitluba. Sadanittant l-ADT qed tiehu l-mizuri mehtiega biex dawk il-persuni li nstabu li kellhom il-hrug tal-licenzja taghhom mhux b'mod legittimu, ikollhom din il-licenzja irtirata.

Agenziji governattivi — Reduced hours

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji u jispjega x'inhi l-policy tal-gvern u ta' entitajiet u aġenziji governattivi kollha inkluż il-Bank Ċentrali u l-Universita' ta' Malta għal dak li jikkonċerna reduced hours? Jista' jispjega jekk hemmx xi kriterju jew prezz stabbilit u jekk fl-affermattiv jispjegah ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Pieta' — Sqaq id-Duluri

Question

Jista' l-Ministru b'xi mod jintervjeni sabiex fi Sqaq id-Duluri Nru. 3, Pieta' ssir rampa parzjali? Japprezza l-Ministru li n-nies li joqogħdu hemm ilhom snin sħaħ jinsistu u jitolbu li dan iseħħ għaliex qegħdin isofru preġudizzju kbir? Japprezza l-Ministru li l-kunsill lokali tal-Pieta' f'dan ir-rigward qed jiskontra diffikultajiet kbar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed jiġu investigati jekk jistgħux jiġu mwettqa x-xogħlijiet imsemmija.

Riformi fil-ligi tal-kera

Question

Taf il-Ministru tindika meta se tiġi ppubblikata l-white paper dwar riformi fil-liġi tal-kera?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24690 f’Seduta Numru 513.

Kumpannija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif il-kumpannija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ġietx stralċjata mir-reġistru tal-kumpanniji meta din ilha ma tiffunzjona snin twal tant li l-aħħar darba li ġew ippreżentati xi dokumenti kien fid-29 ta' Mejju 1979?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija imsemmija reġistrat l-aħħar dokument mar-Reġistratur tal-Kumpaniji fid-29 ta’ Ottubru 1985 u mhux fid-29 ta’ Mejju 1979. L-aħħar korrispondenza dwar il-kumpanija tmur lura għal 1992 u l-kumpanija m’għamlitx compliance ma’ l-Att dwar il-Kumpaniji ta’ l-1995, liema compliance kellha ssir sa Frar 1998. Ir-Reġistratur tal-Kumpaniji matul l-aħħar snin qiegħed juża’ l-provvedimenti ta’ l-artikolu 325 ta’ l-imsemmi Att sabiex jistralċja dawk il-kumpaniji li m’għamlux compliance u/jew li jidhru li jkunu defunct. Numru sostanzjali ta’ kumpaniji diġà ġew stralċjati b’din il-proċedura li mistennija tiġi applikata wkoll għall-kumpanija in kwistjoni fiż-żmien opportun.

Kumpannija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif il-kumpannija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ġietx stralċjata mir-reġistru tal-kumpanniji meta din ilha ma tiffunzjona snin twal tant li l-aħħar darba li ġew ippreżentati xi dokumenti kien fid-29 ta' Mejju 1979?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Każ dwar kumpannija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-kumpannija li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ġietx stralċjata mir-reġistru tal-kumpanniji meta din ilha ma tiffunzjona snin twal, tant li l-aħħar darba li ġew ippreżentati xi dokumenti kien fid-29 ta' Mejju 1979?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-reġistru tal-Kumpaniji huwa operat mill-MFSA. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Taf il-Ministru li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qiegħda tgħix f'periklu imminenti peress illi s-saqaf qiegħed jaqa' fuqha? Beħsieba l-Ministru tipprovdilha post alternattiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant mhix qed tgħix fl-indirizz indikat. Ninsab infurmata wkoll li, madankollu, l-applikazzjoni tagħha qed tingħata prijorita’.
Leg 10 PQ #25523 Sitting 519 2007-04-30 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Kummissjoni Nazzjonali Folklor

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif il-kummissjoni nazzjonali folklor ma ngħatatx post alternattiv lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fl-ex korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma bħalma ngħataw persuni oħra li kellhom l-imħażen fl-inħawi ta' fejn sar il-parkeġġ tal-park and ride?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-imħazen milquta’ mill-proġett park and ride li fihom kien issir xogħol konness mal-Karnival kienu tlieta. F’ Portes de Bombes, fl-ex uffiċini tal-korporazzjoni għas-servizzi ta’ l-ilma ġew allokati tliet taqsimiet sabiex fihom b’ mod temporanju tqiegħed l-materjal li kien hemm f’ dawn it-tlett imħażen u jitkompla xogħol relatat mal-Karnival.

Yacht Marina Court — Ħmieġ u żdingar

Question

Jaf il-Viċi Prim Ministru li fid-drive intaħt binja ta' blokk appartamenti fil-Yacht Marina Court, Block 4, hemm ħmieġ u żdingar? X'beħsiebu jagħmel fil-qarib biex jelimina dan l-inkonvenjent?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.

Kunsill Lokali tal-Pieta

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji u jgħid x'ġara mill-investigazzjoni li kienet qed issir rigward il-kunsill lokali ta' Tal-Pieta' dwar allegat serq ta' dawl?

Response (BORG, TONIO)

Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-każ ta' extension tad-dawl li kienet imqabbda ma' wall socket fil-bini tal-Kunsill Lokali tal-Pieta', ninsab infurmat illi għalkemm prima facie ma jidhirx li kien qed isir serq ta' kurrent elettriku, stante li l-konsum kien qed ikun reġistrat, il-Pulizija għadha qed tinvestiga.
Leg 10 PQ #24813 Sitting 513 2007-04-16 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Malta Tourism Authority — E Booking Portal

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif ingħatat l-ordni biex tiġi allokata l-iżvilupp tas-sit elettronika tal-Malta Tourism Authority magħruf bħala E Booking Portal? Jista' jgħid għaliex ma ġietx maħruġa tender? Lil min ingħatat din l-ordni biex jiżviluppa l-E Booking Portal? X'verifiki għamlet il-Malta Tourism Authority qabel ma ngħatat l-allokazzjoni? U kemm ġiet tiswa din l-ordni diretta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposti li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 23507 u 23668. Barra minn hekk, ninsab infurmat li minħabba n-natura speċjalizzata tax-xogħol involut, u l-urġenza tal-proġett intalbet l-awtorizzazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi għall-approvazzjoni ta’ direct order wara proċess dettaljat tal-għazla kif spjegat fir-risposti ndikati.

Tribunal għall-Kompetizzjoni Ġusta

Question

Jaf il-Ministru li għad li hemm iċ-Chairman tat-Tribunal għall-Kompetizzjoni Ġusta maħtur u li huwa l-Maġistrat Silvio Meli, ż-żewġ membri l-oħra għadhom m'humiex maħtura u għalhekk l-istess tribunal ma jistax jiffunzjona? X'miżuri beħsiebu jieħu l-Ministru f'dan is-sens?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fit-3 t'April 2007 ġiet maħtura il-Kummisjoni dwar il-Kummerċ Ġust. Din hija komposta minn Dott. Silvio Meli bħala Chairman u il-Prof. Lino P. Brigulio u is-Sur Carmel Farrugia bħala membri. Il-ħatra tal-memebri hija għall tlett snin b'seħħ mit-2 ta' Frar 2007.

Cabin Cruiser

Question

Jaf l-Prim Ministru li l-file rigwardanti l-cabin cruiser li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma jistax jinstab għand il-kontrollur tad-dwana u dan ilu hekk mitluf għal żmien twil? Japprezza li dan kollu qed jikkrea danni u preġudizzju lill-azzjonisti tal-kumpanija proprjeta' tal-cabin cruiser in kwestjoni peress li jridu jitrasferixxu l-assi u d-dgħajsa u ma jistgħux jagħmlu dan minħabba xi intopp amministrattiv? Jista' jindaga u jagħti istruzzjonijiet sabiex it-transfer finalment ikun jista' iseħħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-file li jirrigwarda l-cabin cruiser anness mad-domanda parlamentari mhux mitluf iżda qiegħed id-Dwana. Id-Dwana se taġixxi skond parir mogħti dan ix-xahar mill-Avukat Ġenerali.

Bengħajsa — Artijiet trasferiti lill-Malta Freeport Corp.

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif il-Kummissarju ta' l-Artijiet ittrasferixxa l-artijiet li kien esproprija f'Bengħajsa, limiti ta' Birzebbugia, lill-Malta Freeport Corporation Limite? Taħt liema titolu u x'kienet il-konsiderazzjoni li tħallset? Jista' jgħid x'tip ta' ftehim hemm bejn il-Malta Freeport Corporation Limited u l-Malta Freeport Terminals Limited biex din topera fuq l-art imsemmija fl-ewwel domanda? Taħt liema titolu qed topera fuq din il-proprjeta' u x'konsiderazzjoni qed titħallas?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-artijiet f'Bengħajsa li kienu ġew esproprjati għall-proġett tal-Freeport, ġew trasferiti lill-Freeport Corporation permezz tal-Att tal-Malta Freeport Kapitolu 334. Id-Dipartiment tal-Artijiet ma kienx involut fil-ftehim li hemm bejn il-Malta Freeport Corporation u l-Malta Freeport Terminal Limited u għaldaqstant ma jistax jgħid taħt liema titolu qed topera il-Freeport Terminals Limited u x'konsiderazzjoni qiegħda titħallas.

Qrati — Inkjesti pendenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm baqgħu pendenti inkjesti fis-sens li ma ġewx konklużi mill-Maġistrati Dennis Montebello u Ġuże Cassar, liema maġistrati llum irtiraw? Jista' jgħid lil min ġew assenjati dawn l-inkjesti? Jista' jgħid kemm minn dawn l-inkjesti ġew assenjati lill-maġistrat il-ġdid, ġew riferuti u konklużi lill-Avukat Ġenerali? Jista' jgħid kemm ħalla inkjesti warajh mhux konklużi l-Maġistrat Karol Peralta qabel ma assuma kariga ġewwa l-Kosovo? Jista' jgħid lil min ġew assenjati dawn l-inkjesti? Jista' jgħid kemm minn dawn l-inkjesti ġew konklużi mill-maġistrat il-ġdid?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta rtiraw il-Maġistrat Dr Dennis Montebello LL.D. u l-Maġistrat Dr Joseph Cassar LL.D., kellhom is-segwenti inkjesti pendenti: Maġistrat Dr Dennis Montebello LL.D. - 151 inkjesta u dawn ġew assenjati lill-Maġistrat Dr Consuelo Scerri Herrera skond l-Assenjazzjoni tad-Dmirijiet tal-Maġistrati mill-President ta' Malta. Maġistrat Dr Joseph Cassar LL.D. - 316 inkjesta u dawn ġew assenjati lill-Maġistrat Dr Giovanni Grixti skond l-Assenjazzjoni tad-Dmirijiet tal-Maġistrati mill-President ta' Malta. L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.