Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Korruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew intavolati każi quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Korruzzjoni sena sena kemm ilu jezisti dan it-tribunal? Kemm minn dawn il-każi ġew deċiżi u f’kemm minn dawn il-kawżi ġie ppruvat li kien hemm korruzjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed nassumi li l-Onor Membru qed jirreferi għal każijiet li jittressqu quddiem il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni. Minn mindu twaqqfet il-Kummissjoni ġew invesigat,u wħud minnhom għadhom għaddejjin b'investigazzjoni 378 każ, li minnhom jidher li kien hemm 3 każi fejn irriżulta lill-Kummissjoni li kien hemm provi ta' Korruzzjoni. Dawn inbdew kif gej: Sena Kazi 1988 15 1989 32 1990 22 1991 10 1992 23 1993 48 1994 66 1995 27 1996 8 1997 12 1998 7 1999 27 2000 13 2001 12 2002 15 2003 3 2004 9 2005 9 2006 5 2007 14 2008 1 Minn dawn, il-Kummissjonii ghalqet tliet mija sitta u sittin (366) kaz.
Leg 11 PQ #1321 Sitting 25 2008-06-30 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera — Insurance

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar jekk hemmx insurance cover għal dawk il-kunsilliera u sindki li jimirdu waqt li jkunu qed jokkupaw tali karigi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1335 Sitting 25 2008-06-30 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Talba għal lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-lift ipproġettat fil-blokk appartamenti, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, mhux se jsir? Jaf li dan qed jikkawża preġudizzju kbir lin-nies residenti hemmhekk?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar għandha, fil-preżent, żewġ applikazzjonijiet pendenti għall-installazzjoni ta’ lifts fi blokki tal-Gvern fil-Pieta’. Ġejt informat li l-Awtorita’ qatt ma indikat li mhux ser tinstalla lifts f’dawn il-blokki. Fil-fatt, l-Awtorita’ qiegħda fil-proċess li tissottometti applikazzjoni lill-MEPA għal permess biex jiġu installati dawn il-lifts. Madanakollu, wara li joħroġ il-permess mill-MEPA, l-Awtorita’ tipproċedi bl-installazzjoni tal-lift skond program li jagħti l-priorita’ mistħoqqa skond il-gravita’ tad-diżabilita’ kkonċernata, u dan kif ikun determinat minn Bord maħtur għal dan il-għan.
Leg 11 PQ #1339 Sitting 25 2008-06-30 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Vettura speċjali

Question

Jikkonsidra l-Ministru li jirrifondi lura l-ammont imħallas mill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kien ingħata għotja sabiex jieħu vettura speċjali biex ikun jista' joħroġ lill-wild tiegħu li kien ħandikappat serjament? Dan kellu jbiegħ il-vettura wara ħames snin peress li marad hu wkoll u jinsab fil-bżonn.

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-għajnuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ma kienet ingħatat mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' Għalhekk nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Proposta lill-Kabinett

Question

Jista' l-ministru jgħid jekk huwiex minnu li se jressaq proposta lill-Kabinett sabiex jiġi liberalizzat is-suq in konnesjoni mas-servizz tal-vetturi li jġorru l-kadavri? Jekk dan huwa minnu, jista' jgħid meta se jressaq din il-proposta lill-Kabinett? Jista' jgħid jekk din il-proposta hijiex limitata għall-vetturi tal-ġarr tal-kadavri jew hux se tinkludi anke t-taxis?

Response (GATT, AUSTIN)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li hi l-prattika f’Malta li l-aġenda tal-Kabinett hi meqjusa bħala kunfidenzjali. Il-Gvern iħabbar id-deċiżjonijiet tiegħu meta jeħodhom”.

Trasferiment mix-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jispjega u jagħti r-raġuni għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ġiet trasferita mix-xogħol tagħha li ilha tagħmel għal dawn l-aħħar snin? Jidhirlu li din il-manuvra saret a skapitu tiegħu u sabiex jiġu aġevolati xi nies oħra? Jidhirlu li n-nies li ntgħażlu biex jagħmlu x-xogħol indikat huma anqas kwalifikati mill-persuna in kwestjoni, anzi hemm fosthom li kienu ġew invalidati u li jistgħu jagħmlu biss light duties?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #494 Sitting 9 2008-05-27 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummisarju ta' l-Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jispjega għaliex l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ġiet żgumbrata mill-Kummissarju ta' l-Artijiet mill-fond li qed tgħix fih? Japprezza l-Ministru li dan kien ilu jgħix fih 'l fuq minn disa' snin man-nanniet tiegħu. Nanntu fil-fatt mietet fil-15 ta' April, 2000 u ilu għal dawn l-aħħar snin jikkomunika mad-dipartiment biex jiġi rikonoxxut. Japprezza l-Ministru li l-mod kif mexa l-Kummissarju ta' l-Artijiet kien wieħed diskriminatorju għall-aħħar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar , jingħata f'xi Seduta oħra.

Qrati — Inkjesti pendenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'ġara mill-inkjesti li kienu pendenti quddiem il-Maġistrat Montebello? Jista' jgħid kemm-il inkjesta ħalla warajh il-Maġistrat Montebello u kemm-il waħda ġiet konkluża u mibgħuta lill-AG?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi meta irtira l-Maġistrat Dr. Dennis Montebello, huwa kellu 67 inkjesta pendenti fil-Qorti ta’ Malta. Dawn ġew mgħoddija lil Maġistrat ieħor u minnhom fadal biss 3 pendenti. Rigward il-Qorti ta’ Għawdex ninsab infurmat illi n-numru ta’ inkjesti pendenti ta’ dan il-Maġistrat hu ta’ 19.

Qrati — Kumpilazzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Minsitru jgħid kemm-il kumpilazzjoni ġiet reġistrata fis-snin 2006 u 2007 u kif kienu mqassma? Jista' jgħid kull maġistrat kemm-il inkjesta ħa u kemm minnhom ġew konklużi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Qrati — Kawżi kriminali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħtina idea ta' kemm ilha pendenti l-itwal kawża kriminali?

Response (BORG, TONIO)

Il-kumpilazzjonijiet kriminali bdew jiġu reġistrati fuq sistema kompjuterizzata fis-sena 2000. Ninsab infurmat illi minn stħarriġ manwali li għamel ir-Reġistratur fil-Qorti ta’ Malta jirriżulta li l-aktar kumpilazzjoni li ilha pendenti twassal għas-sena 1999. Infurmat ukoll illi skond ir-rekords fil-Qorti ta’ Għawdex , il-kawża li ilha l-aktar pendenti hi waħda reġistrata fis-sena 1986.

Ħaddiema tax-xatt

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jaħsibx li wasal il-waqt li meta ma jkunx hemm tfal biex jirtu x-xogħol bħala ħaddiema tax-xatt jew dawn ma jkunux f'pożizzjoni li jirtu, dan ix-xogħol għandu jintiret mill-aħwa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li m'hemm ebda ħsieb li tiġi estiża s-sistema tal-wirt sabiex jimtlew vaganzi għall-haddiema tal-port. Wara l-Ftehim mal-Ħaddiema nfushom il-liġi tistabilixxi li meta ma jkunx hemm biżżejjed ħaddiema tal-port prospettivi, jiġifieri persuni li għandhom dritt tal-wirt, il-vaganzi għall-haddiema tal-port jimtlew wara sejħa pubblika.

Ħaddiema tax-xatt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies ħaddiema tax-xatt li ħadu s-somma? Jista' jagħti d-dettalji ta' min huma dawn in-nies, kemm kienu ilhom jaħdmu u kemm ħadu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li kien hemm 183 ħaddiem tax-xatt li bbenifikaw minn somma li, skond ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-ħaddiema tax-xatt, tirrapreżenta t-total taż-żieda fl-għoli tal-ħajja sas-sena ta’ rtirar tagħhom. Ma nħossx li għandi ngħati dettalji ta' individwi.

Ħaddiema tax-xatt

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li kien hemm numru ta' nies jaħdmu mingħajr ma wirtu x-xogħol ta' ħaddiema tax-xatt f'dawn l-aħħar għaxar snin u jagħti dettalji ta' min huma?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sal-lum kull vaganza għall-ħaddiem tal-port imtliet minn persuni li bbenefikaw mis-sistema tal-wirt.

Qrati — Inkjesti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il inkjesta ġew reġistrati fis-snin 2006 u 2007? Kemm-il waħda minn dawn l-inkjesti rċieva kull maġistrat u kemm ġew mibgħuta lill-AG?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Qrati — Inkjesti pendenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'ġara mill-inkjesti li kienu pendenti quddiem il-Maġistrat Joe Cassar? Jista' jgħid kemm kien hemm? Min ħadhom? Kemm-il waħda ġiet assenjata u konkluża?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-inkjesti li kienu pendenti quddiem il-Maġistrat Dr. Joe Cassar LL.D. għaddew għand il-Maġistrat Dr. Giovanni Grixti, LL.D. Infurmat ukoll illi kien hemm 217-il inkjesta pendenti li minnhom 50 ġew konklużi.

Suq ta' l-Enerġija

Question

Jista' l-Ministru jispjega meta s-suq ta' l-enerġija ġie illiberalizzat? Jista' jgħid minn meta ġie illberalizzat kemm-il ditta applikat biex tibda timporta riżorsi t'enerġija? Jista' jgħid kemm minn dawn ngħataw kuntratti u qegħdin attwalment jimpurtaw dawn ir-riżorsi, u jekk fin-negattiv, x'inhuma r-raġunijiet? Jidhirlu l-Ministru li t-tariffi li qed titlob l-Enemalta bħala storage għal tali prodotti huwiex eċċessiv u li konsegwentement qed iservu ta' xkiel għal vera liberazzjoni tas-suq ta' l-enerġija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.