Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1974 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Madum

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-madum tal-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq li nbidel din is-sena? Minn se jħallas għal dan il-madum? Nħarġu tenders biex inxtara dan il-madum? Kemm kien hemm tenders u min tefa' l-offerta? Min fil-fatt ħa din it-tender?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol biex inbidel il-madum tal-Pixxina Nazzjonali sar mill-kuntrattur oriġinali u għalhekk ma kienx hemm bżonn li toħroġ sejħa għall-offerti. Il-Bord qabbad konsulenti biex jippreparaw rapport tekniku u qabel ma jiġi stabbilit minn fejn tirriżulta l-ħsara, ma hu se jsir ebda ħlas.
Leg 9 PQ #1975 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Accountant

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli u jieħu ħsieb l-accounts tal-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq? Kemm ilu jagħmel dan ix-xogħol u kemm jitħallas? Kien ġie mpjegat wara sejħa pubblika?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #1976 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Kumitat tat-Tmexxija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jieħu flus membru tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kull membru tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali għandu allowance ta' Lm100 fix-xahar.
Leg 9 PQ #1977 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Chairman Eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta għalaq l-kuntratt taċ-Chairman Eżekuttiv tal-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-kuntratt?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ċ-Chairman Eżekuttiv tal-Pixxina Nazzjonali m'huwiex impjegat b'kuntratt. Huwa kien ingħata ittra ta' ħatra fil-15 ta' Lulju 1998 għal perjodu ta' sena minn din id-data. Kopja ta' din l-ittra ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #1978 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Part-timers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm part-timers jaħdmu fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq? Meta bdew jaħdmu l-ewwel darba u minn fejn huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-preżent hemm seba' (7) part-timers jaħdmu fil-Pixxina Nazzjonali. Dawn huma: ISEM LOKALITA' BEDA L-IMPIEG Franklin Axisa San Ġwann Ottubru 1996 Alan Falzon San Ġiljan Novembru 1996 William Galea Kalkara April 1998 David Grech Birkirkara Frar 1997 Emanuel Reitano Tarxien April 1997 Elizabeth Valentino Tarxien Novembru 1997 Keith Zahra Davies Ta' Xbiex Marzu 1995 Tlett part-timers oħra, Simone Fenech mill-Mellieħa li kienet ilha taħdem mal-Pixxina minn April 1998 Jane Gatt minn Raħal Ġdid minn April 1997 u Elaine Micallef mis-Siġġiewi li kienet ġiet impjegata f'April 1998 ingħataw impjieg full-time fl-24 ta' Awissu 1998. Dawn l-impjegati kollha ingħataw kuntratt ta' part-time employment għal sitt xhur f'April u Mejju ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #1979 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Ħaddiema fulltime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fulltime fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq? Kienet saret sejħa pubblika għall-impjieg ta' dawn l-impjegati? Kien intalab permess mill-ETC? Minn liema belt jew raħal ġejjin dawn il-fulltimers u fiex jikkonsisti x-xogħol li jagħmlu? Meta bdew jaħdmu l-ewwel darba?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.