Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29393 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Curriculum Nazzjonali

Question

Skond il-curriculum nazzjonali t-tagħlim suppost li jkun individwaliżat skond il-bżonnijiet ta' kull tifel u tifla. Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir f'dan ir-rigward f'każi ta' tfal li jbatu minn dyslexia? Se jkollhom faċilitajiet bħal ez. leżjonijiet rekordjati, readers għal comprehension u maths kemm fil-klassi kif wkoll waqt eżamijiet, l-użu tal-computers etc?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-verita` hi li fadal ħafna aktar xi jsir biex tassew inkunu mħejjija ngħinu t-tfal f'dan il-qasam. Informat li fil-każijiet fejn tfal ikollhom problema tad-dyslexia l-għalliema jkunu infurmati biex kemm jista' jkun isiru xi arranġamenti fil-klassi. Informat li lezzjonijiet rekordjati aktar jistgħu jfixklu lit-tfal ta' eta` primarja jew sekondarja. Minkejja dan, xi kultant kien hemm bżonn li jaqrawlhom il-'comprehension' jew 'maths problems'. Meta jkun hemm problema severa tad-dyslexia dan it-tip ta' arranġamenti jsiru anke matul l-eżamijiet. Bħalissa qed nistenna rapport bi proposti konkreti li tlabt xi żmien ilu mid-Dipartiment konċernat għall-iżvilupp ta' dan is-servizz.
Leg 9 PQ #21652 Sitting 441 2000-11-30 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Fakulta' ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru tal-lecturing staff fil-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni fl-Universita' ta' Malta? Jista' jgħid kemm-il sena kull wieħed minnhom għallem: (a) fi skola sekondarja għolja; (b) fi skola sekondarja; (c) fi skola tas-snajja'; (d) fi skola primarja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru tal-lecturing staff fil-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni fuq bażi permanenti huwa ta' sebgħa u ħamsin. Informat li l-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni ma għandhiex l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #21658 Sitting 441 2000-11-30 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

San Ġwann — Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa jaħdmu l-wardens f'kull triq f'San Ġwann? Kemm inħarġu tickets f'kull triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Kunsilli Lokali ghandhom id-delega biex jamministraw huma l-infurzar fil-lokalitajiet taghhom. Nitlob ghalhekk lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Kunsill Lokali relevanti.
Leg 9 PQ #17132 Sitting 320 2000-06-20 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Gwadjani Lokali — Ċitazzjonijiet

Question

Persuni bħal tobba, nurses, eċċ. għandhom permess speċjali mill-Kummissarju tal-Pulizija biex ikunu jistgħu jipparkjaw il-vetturi f'postijiet li mhux suppost isir parking fihom, sakemm ikunu fuq ix-xogħol uffiċjali tagħhom. Jista' l-Ministru jgħid għaliex ċerti wardens xorta qed joħorġulhom ċitazzjoni tal-kontravenzjoni tat-traffiku? Jaf il-Ministru li dan ifisser telf ta' ħin, kemm tal-persuni konċernati kif ukoll tat-tribunal?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-permess speċjali maħruġ mill-Kummissarju tal-Pulizija hu permess li jista` jiġi użat biss meta t-tobba u n-nurses ikunu fuq xogħol uffiċċjali tagħhom. Kemm il-darba Pulizija jew Gwardjan Lokali jkollu suspett li l-permess speċjali jkun qed jiġi abbużat, l-Pulizija jew Gwardjan għandu obbligu li joħroġ `ticket`.
Leg 9 PQ #17133 Sitting 320 2000-06-20 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli lokali — Local wardens

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li kunsill lokali jirrifjuta talba bil-miktub li jagħti l-isem tal-kuntrattur li jipprovdi l-wardens tal-lokal? Għaliex talba bil-miktub lill-kunsill lokali biex jiddentifika l-isem ta' warden li n-numru tiegħu jidher fuq ċitazzjoni għal kontravenzjoni tat-traffiku tiġi wkoll miċħuda?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress illi ma għandi ebda nformazzjoni dwar it-talba u r-risposta li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, nitolbu biex jgħaddili l-informazzjoni msemmija.
Leg 9 PQ #16046 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kolliżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'każ ta' kolliżjoni bejn żewġ vetturi, l-isketch tal-pulizija li jispjega il-ħabta, għandu portata uffiċjali u għalhekk jorbotx lill-kumpannija tal-assigurazzjoni li jaċċettawh?

Response (BORG, TONIO)

Il-pjanta maghmula mill-pulizija meta jkun qed jigi nvestigat incident tat-traffiku tifforma parti mir-rapport tal-partijiet involuti u tista` tigi prodotta bhala evidenza kemm mill-pulizija kif ukoll mill-partijiet interessati. Bhala kull kaz iehor din l-evidenza tista` tigi ikkontestata u ghalhekk m`ghandhiex valur konklussiv minnha nnfisha.

Skejjel — Kindergarten

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14752, fejn jidher li l-kindergarten schools privati huma kkontrollati b'avviż legali 150 ta' l-1990 u minn kriterji preċiżi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, jidhirlu l-Viċi Prim Ministru li dan għandu wkoll japplika għal day care centres privati li jidher li joperaw mingħajr regolamenti riġidi u preċiżi u li allura jistgħu jagħmlu dan il-prezz ferm irħass u li jista' jkun ta' dannu għal dawn it-tfal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali qiegħed fil-proċess li jistudja kemm hemm "child day care centres" privati u li jikseb informazzjoni fuq min imexxihom u dwar il-kwalita' ta' servizz li qed jingħata. F'dan il-mument iċ-"child day care centres" ma humiex marbutin ma' regolamenti fissi, iżda fl-abbozz tal-liġi tat-tfal hemm provedimenti għal regolamenti u liċenzjar ta' "child day care centres" sabiex jiġi assigurat servizz ta' kwalita' għat-tfal li jagħmlu użu minn dawn is-servizzi.
Leg 9 PQ #14752 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kindergarten

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kindergarten schools privati humiex kkkontrallati minn regolamenti stretti inklużi permessi mill-Planning Authority, mill-awtoritajiet sanitarji u jridux ikunu mmexxija minn persuni kwalifikati? Jidhirlu l-Ministru li day care centres fejn persuni iħallu lil uliedhom, u li qed jikkompetu għall-istess xogħol, għandhom ukoll ikunu kkontrollati b'dan il-mod?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kindergarten privati huma kkontrollati kemm mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kif ukoll mill-Planning Authority. Tfal ta' bejn it-tlett snin u ħames snin li jattendu Kindergarten privati jaqgħu taħt l-Avviż Legali 150 ta' l-1990 li jitkellem dwar il-Kundizzjonijiet Minimi għall-Iskejjel kollha. Fost affarijiet oħra dan l-Avviż jitkellem dwar: * il-bini ta' l-iskola li għandu jkun adatt għat-tip u livell ta' edukazzjoni li tingħata fih; * il-ventilazzjoni xierqa u dawl adatt għat-tagħlim; * il-ħarsien kontra perikoli għall-persuna u s-saħħa; * l-ispazju fuq barra fejn għandha ssir ir-rikreazzjoni; * id-daqs tal-klassijiet u n-numru ta' studenti f'kull klassi; * il-faċilitajiet sanitarji u iġeniċi. L-iskola għandha tkun dejjem lesta għal spezzjoni minn uffiċjali tas-Sanita` u tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Min-naħa l-oħra l-Awtorita` ta' l-Ippjanar timxi fuq Policy li ġġib l-isem "Kindergartens/Day Nurseries" maħruġa f'Mejju ta' l-1994 li tistabilixxi kriterji preċiżi dwar kundizzjonijiet u l-ambjent li jaffettwaw il-pre-school education, day nurseries u play shcools e.g. il-kwalita` ta' premises, l-impatt ta' dawn iċ-ċentri fuq l-ambjent u proprjeta` tal-viċin l-impatt tat-traffiku u problema tal-parking u n-numru ta' studenti li jistgħu jiġu akkomodati f'dawn iċ-ċentri. Bħala tmexxija ta' dawn iċ-ċentri, huma kkunsidrati bħala professionally trained Kindergarten Assistants dawk l-individwi li għamlu b'suċċess il-Pre-School Education Course. Permezz ta' taħriġ xieraq dawn il-Kindergarten Assistants għandhom jiksbu l-ħila biex iwettqu l-programm ta' edukazzjoni kif stabilit fil-Kurrikulu Minimu Nazzjonali l-ġdid par. 71-76. Rigward id-Day Care Centres fejn persuni jħallu lil uliedhom, dawn ma jaqgħux taħt il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni imma taħt il-Ministeru tal-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #7113 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Każ bir-Ref no. 680

Question

Wara li fi Frar, 1998 wara interventi mill-Ombudsman mal-Kummissarju ta' l-Artijiet (Re. Case 680) dan ta' l-aħħar wissa lill-persuna konċernata biex tagħmel il-bir in kwestjoni aċċessibbli għall-okkupanti l-oħra tal-lokal u peress li għall-mistoqsija parlamentari numru 14390 (4/5/98) kont informat li d-Direttur ta' l-Artijiet kien qed jieħu l-passi kollha neċessarji sabiex dan isir imma għaddiet aktar minn sena u wasal sajf ieħor u għadu ma sar xejn, jista' l-Ministru jara li jsir kulma hemm bżonn sabiex dan isir?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna li ħa fil-pussess tiegħu dan il-bir, minkejja li ġie mwissi għal diversi drabi biex jerġa` jagħmlu aċċessibli għall-okkupanti l-oħra, baqa` ma kkoperax u d-Dipartiment ta' l-Artijiet tah sebat ijiem sabiex jagħmel dan. Fin-nuqqas ta' dan, id-Dipartiment tal-Artijiet ikollu jiftaħ il-bir għas-spejjeż tiegħu u jfittex lill-persuna msemmija għad-danni. 24.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #2690 Sitting 35 1998-12-14 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Ħlas ta' overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas overtime direttament mill-Korporazzjoni Enemalta lill-impjegat tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li ismu qed jintbagħat separatament matul dawn l-aħħar għaxar snin, ċioe' mill-1988 sa 1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2404 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Xiri ta' pitrolju

Question

Skond ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 2128 din is-sena, wara ż-żieda fil-prezz tal-pitrolju, intużaw 314,859 litri ta' light heating oil fil-Pixxina Nazzjonali b'dannu konsiderevoli għall-ambjent u għar-residenti fil-viċin inklużi anke skejjel, jista' l-Ministru jara li l-użu ta' dan iż-żejt jieqaf immedjatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Bord tal-Pixxina Nazzjonali ser jerġa' jaqleb għall-użu tal-pitrolju. Ix-xogħol neċessarju fuq l-equipment ser isir waqt ix-shutdown fi żmien il-Milied biex il-boilers ikunu jistgħu jibdew jaħdmu bil-pitrolju minn Jannar 1999.
Leg 9 PQ #2334 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tal-Qroqq — Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta nħarġet it-tender għall-kiri tal-bar/restaurant fil-Pixxina Nazzjonali, f'Tal-Qroqq? Kemm kien l-ammont ta' tenders mitfugħa? Min ħa t-tender u b'liema kondizzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #2335 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Attivitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm attendew nies bi ħlas għall-attivitajiet li saru matul l-1998 u x'kien l-ammont ta' flus li nġabar? Ħarġu complimentary tickets u f'każ affermattiv, lil min?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #2336 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tal-Qroqq — Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li daħlu membri fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq u kemm kien l-ammont ta' flus li daħal permezz ta' din il-membership?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #2127 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġux tenders matul l-1998 għax-xiri ta' chlorine għall-użu tal-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq? Jekk fl-affermattiv, minn ħa t-tender? Kemm fil-fatt kienet in-nefqa matul din is-sena għax-xiri ta' chlorine?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Bord Amministrattiv tal-Pixxina Nazzjonali ħareġ quotations għax-xiri ta chlorine għall-użu tal-Pixxina. L-offerta intrebħet minn Messrs N. Cordina Marketing. In-nefqa sal-25 ta' Novembru kienet ta' LM7,323.
Leg 9 PQ #2128 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Xiri ta' pitrolju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtara u kemm kienet in-nefqa għax-xiri ta' pitrolju għall-użu tal-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-bidu tas-sena sal-25 ta' Novembru 1998 inxtraw 59,005 litri pitrolju u 314,859 light heating oil. In-nefqa totali ammonat għal Lm41,811.
Leg 9 PQ #2129 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li ntnefaq biex jinxtara l-ilma sabiex timtela' l-pool li hemm fil-kumpless f'Tal-Qroqq?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sar barter agreement mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għall-provvista ta' 2500 metru kubu ta' ilma minn Marzu ta' din is-sena bi tpattija għal servizz ta' reklamar għal perjodu ta' sentejn. S'issa għadu ma nħareġ ebda kont tad-dawl u ilma.
Leg 9 PQ #2130 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Ħlas tal-kontijiet tad-dawl/ilma/telephones

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' flus li tħallas għal kontijiet tad-dawl u l-ilma u tat-telephones matul l-1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ammont ta' flus li tħallas għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma u tat-telephones sal-lum kienu jammontaw għal Lm35,630 dak li hu vot tal-Ministeru.
Leg 9 PQ #2133 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'maintenance fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq fl-1998 xahar b'xahar sa Settembru?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nefqa fuq il-manutenzjoni fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali sa Settembru 1998 kinet hekk: Jannar Lm 213 Frar Lm 277 Marzu Lm 26 April Lm1139 Mejju Lm 441 Ġunju Lm 477 Lulju Lm 202 Awissu Lm 151 Settembru Lm 877 TOTAL Lm3803
Leg 9 PQ #2134 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Użu minn teams/għadqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul ta' flus minn teams lokali u barranin u għaqdiet li għamlu użu mill-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq sa Settembru 1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-dħul tal-Pixxina Nazzjonali mill-bidu tas-sena sa Settembru 1998 kien ta' Lm21,785 minn teams u għaqdiet lokali u Lm16,350 minn teams barranin.