Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #81 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ingaġġar ta' persuni

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru mill-5 ta' Settembru, 1998? Jista' jinforma l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati? X'karigi ngħataw fil-ministeru? X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati? Min minnhom kien jaħdem mal-gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem? X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn? X'kondizzjonijiet ingħataw? Nitlob biex il-kuntratti jiġu mqiegħda fuq il-Mejda. Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kariga kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed nassumi li l-Onor Interpellant qed jirreferi għas- Segretarjat Privat. Ninsab infurmat li l-ebda kuntratt jew ftehim ma għadu ġie ffirmat ma' l-individwi kkonċernati u nkun f'qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f'xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment. Iżda l-Kabinett approva dokument dwar il-complement tas- Segretarjati tal-Ministri u Segretarji Parlamentari kif ukoll tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-membri kollha li jaħdmu fis-segretarjat. Kopja ta' dan id-dokument qed inpoggih fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #82 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministri — Safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra liema Ministri siefru fuq xogħol tal-gvern mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri rispettivi direttament.
Leg 9 PQ #83 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati (akkademiku u mhux akkademiku) fl-Universita' li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn? Min huma u xi grad għandhom? F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin? Għal-liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom? Min awtorizza li tingħata din l-allowance?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #2 Sitting 4 1998-10-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Allowances

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru 1998? Min huma u xi grad għandhom? F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin? Għal liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #3 Sitting 4 1998-10-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Allowances

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista' ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru 1998? Min huma u xi grad għandhom? F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin? Għal liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?

Response (DALLI, JOHN)

Mill-5 ta` Settembru 1998, żewġ impjegati fil-grad ta` Senior Principal bdew jirċievu allowance - wieħed għax-xogħol li jagħmel bħala I.T. Co-ordinator li huwa xogħol barrani ghal dak tal-grad proprju tiegħu u ta` l-ieħor bħala qualification allowance għax għandu Diploma in Public Administration. L-ewwel impjegat qiegħed fil-Ministeru tal-Finanzi u l-ieħor fid-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa. Fl-ewwel każ, l-allowance ġiet restawrata lill-impjegat wara li għamel perjodu ta` disa` xhur jagħmel xogħol ieħor barra `l Ministeru.

Ministeru tal-Politika Soċjali — Allowances

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru 1998? Min huma u xi grad għandhom? F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin? Għal liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru qed tinġabar u għalhekk Tweġiba tingħata f'xi Seduta ohra. 28.10.98

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Allowances

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru, 1998? Min huma u xi grad għandhom? F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin? Għal liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?

Response (MARCO, GUIDO DE)

L-informazzjoni qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #6 Sitting 4 1998-10-28 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Allowances

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru 1998? Min huma u xi grad għandhom? F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin? Għal liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7 Sitting 4 1998-10-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998? Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati? X'karigi ngħataw fil-Ministeru? X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati? Min minnhom kien jaħdem mal-Gvern u f'liema Dipartiment kien jaħdem? X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn? X'kondizzjonijiet ingħataw? Jista' l-Ministru jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-preżent ma hux possibli jew sostenibbli illi iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat jiftaħ fuq bażi ta` 24 siegħa kuljum bin-numru ta` tobba li fil-preżent jaħdmu fiċ-Ċentri tas-Saħħa.