Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Diretturi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Mill-5 ta' Settembru 'l hawn, ma nħatar l-ebda direttur fid-dikasteru tieghi.

Ministru għal Politika Soċjali — Safar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il safra diġa' siefer mill-5 ta' Settembru 1998 s'issa? Liema bliet żar u x'kienet ir-raġuni? Min akkumpanjah għal kull safra? Kemm swiet kull safra? Ma' min tkellem u fuq xiex tkellem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Membru li, mill-5 ta' Settembru 1998 s'issa, m'għamilt l-ebda safra fuq dmirijiet uffiċjali. 9.11.98
Leg 9 PQ #99 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministru ta' l-Edukazzjoni — Safar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il safra diġa' siefer mill-5 ta' Settembru 1998 s'issa? Liema bliet żar u x'kienet ir-raġuni? Min akkumpanjah għal kull safra? Kemm swiet kull safra? Ma' min tkellem u fuq xiex tkellem?

Response (GALEA, LOUIS)

(a) Darba. (b) Granada, Spanja Award Presentation Ceremony ta' l-Aga Khan Award for Architecture u Seminar dwar l-arkitettura kontemporanja kif imfissra mix-xogħlijiet tas-seba' rebbieħa tal- premju li saru fid-9 u l-10 ta' Ottubru, 1998. (c) Ħadd. (d) In-nefqa tal-Gvern Malti kienet ta' 25,000 pesetas, jiġifieri madwar Lm68. Ma' dan, wieħed għandu jgħodd l-ispiża tat-titjiriet u t-taxxi ta' l-ajruport li globalment ammontaw għal Lm344.25,0. (e) In partikolari mal-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura ta' Spanja dwar kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-edukazzjoni u kultura kif ukoll dwar kwestjonijiet bilaterali. Ma' l-Aga Khan dwar kollaborazzjoni bejn Malta u l-organizzazzjoni li għaliha hu responsabbli.
Leg 9 PQ #100 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministru tal-Finanzi — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il safra diġa' siefer mill-5 ta' Settembru, 1998 s'issa? Liema bliet żar u x'kienet ir-raġuni? Min akkumpanjah għal kull safra? Kemm swiet kull safra? Ma' min tkellem u fuq xiex tkellem?

Response (DALLI, JOHN)

Mill-5 ta` Settembru s`issa l-Ministru tal-Finanzi siefer darba. Il-Ministru mar Washington għall-laqgħa tal-International Monetary Fund u l-World Bank. Il-Ministru kien ikkumpanjat mis-Sur J. Portelli, Segretarju Permanenti fil-Ministeru. L-ispiża tas-safra għada ma ġietx iffinalizzata. Din is-safra kienet ippjanata mill-Ministru ta` qabel li kien ippjana li jmur ukoll Ottawa għall-laqgħa tal-Ministri tal-Finanzi tal-Commonwealth.
Leg 9 PQ #101 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministru għall-Ambjent — Safar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il safra diġa' siefer mill-5 ta' Settembru 1998 s'issa? Liema bliet żar u x'kienet ir-raġuni? Min akkumpanjah għal kull safra? Kemm swiet kull safra? Ma' min tkellem u fuq xiex tkellem?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħala Ministru għall-Ambjent mill-5 ta' Settembru 'l hawn kelli stedina mill-Ambaxxata ta' l-Istati Uniti fejn mort Sigonella u wara abbord il-USS Eisenhower u rritornajt lura Malta fl-istess jum. Jien kont akkumpanjat mis-Sur Robert Engerer. Ma kien hemm ebda spejjeż involuti f'din is-safra. Jien kont imdawwar mal-USS Eisenhower mill-Captain H.D. Starling II u mir-Rear Admiral Scott Fry. Barra minnhekk, bejn is-6 u t-8 ta' Novembru 1998 mexxejt delegazzjoni f' Ruma u f'Bologna ghal taħdidiet rigward 'waste management', kif ukoll rigward proġett ta' konservazzjoni u riabilitazzjoni ta' diversi siti storiċi f'pajjiżna. Id-delegazzjoni Maltija kienet tinkludi lill-perit Vincent Cassar, Direttur Generali, Taqsima tax-Xogħlijiet, il-perit Kevin Gatt Assistent Personali u Charles Callus Communications Co-ordinating Officer fil-Ministeru. Ingħaqad ukoll mad-delegazzjoni Maltija il-Professur Alex Torpiano biex jirrappreżenta l-Universita' ta' Malta.
Leg 9 PQ #90 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?

Response (REFALO, MICHAEL)

Dan il-Ministeru m`għandux kumpaniji li jaqgħu taħt it-treġija tiegħu u għalhekk it-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hi fin-negattiv. Madankollu, jekk l-Onor Membru qed jirreferi għal membri fuq Bordijiet u/jew organizzazzjonijiet statutorji, nirreferih għall-avviżi li dehru fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern ta' nhar il-Ġimgħa, 30 ta' Ottubru 1998. Dawn il-persuni nħatru a bażi ta' l-integrita` tagħhom u l-esperjenza li għandhom fil-qasam turistiku.

Ministeru għat-Trasport u Portijiet — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li mill-5 ta` Settembru 1998 `l hawn, ma` nħatru l-ebda Diretturi fil-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni.
Leg 9 PQ #92 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fid-dekasteru tiegħi nħatru: Fil-Malta International Airport: Mr. Lawrence Żammit B.A.(Hons) Econ., M.A. (Econ) Chairman Dr. Saviour P.Gauci M.A.,ACIS,CPA,ACIM,Ph.D Direttur Dr. Sandra Sladden ADV.TRIB.ECCL.MELIT.,LL.D. Direttur Mr. J.R. Darmanin Direttur Mr. Jean Depasquale Direttur Fil-Malta Drydocks: Fil-Malta Drydocks il-Gvern kkonferma lic-Chairman Profs. Noel Zarb Adami u ħatar żewġ Diretturi ġodda li huma: Mr. Lawrence Ciantar Direttur Mr.Carmel Baldacchino Direttur Fil-Bank of Valletta: Is-Sur Joseph F X Zahra B.A.(Hons) Econ.,M.A.(Econ) MICM ġie maħtur Chairman. Il-Bord tad-Diretturi tal-Air Malta ġie rikonfermat. Id-Diretturi ġodda kuif ukoll dawk li ġew rikonfermati ġew maħtura fuq il-kapċita personali tagħhom.
Leg 9 PQ #93 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta'Settembru, 1998 'il hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?

Response (BORG, TONIO)

Mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn, ma nħatar l-ebda Direttur fid-dekasteru tal-Ministru ta' l-Intern. 04.11.98
Leg 9 PQ #94 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma nħatar ebda direttur fid-dekasteru li jaqa taħt il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd mill-5 ta Settembru 1998 il hawn.
Leg 9 PQ #95 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Diretturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tagħha mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liemq kriterju ngħataw il-ħatra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ma nħatar l­ebda Direttur fil­Ministeru għal Għawdex mill­5 ta' Settembru 'l hawn.
Leg 9 PQ #84 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti fl-Universita' għas-sena akkademika 1998/99? Mil-liema raħal jew belt ġejjin dawn l-istudenti f'kull kors?

Response (GALEA, LOUIS)

In-numru ta' studenti li daħlu l-Universita' għas-sena akkademika 1998/99 huwa 2550. L-informazzjoni dwar in-numru ta' studenti minn kull belt jew raħal li daħlu f'kull kors ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #85 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Diretturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat illi ma ngħatat ebda ħatra ta' direttur fid- dekasteru tiegħi mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn.

Ministeru għal Politika Soċjali — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liema kriterju ngħataw il-ħatra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nippresumi l l-Onorevoli Membru qed jirreferi għall-ħatra ta' Direttrui jew ta' Dipartimenti tal-Gvern jew ta' Bordijiet ta' Kumpaniji li fihom il-Gvern għandu l-maġġoranza ta' l-isħma. Irrid ngħid li, fiż-żewġ każijiet, fejn għandu x'jaqsam il-Ministeru għall-Politika Soċjali ma kien hemm l-ebda ħatra ta' dan it-tip. 3.11.98
Leg 9 PQ #87 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma nħatar ebda Direttur fid-dekasteru tiegħi mill-5 ta' Settembru 'l hawn.
Leg 9 PQ #88 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?

Response (DALLI, JOHN)

Mill-5 ta` Settembru `l hawn ma nħatar ebda Direttur fid-dikasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #89 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ma kien hemm l-ebda ħatra ta' Direttur fid-dekasteru tiegħi mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn.
Leg 9 PQ #78 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Prim Ministru — Safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il safra diġa' siefer mill-5 ta' Settembru, 1998 s'issa? Liema bliet żar u x'kienet ir-raġuni? Min akkumpanjah għal kull safra? Kemm swiet kull safra? Ma' min tkellem u fuq xiex tkellem?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum sifirt darbtejn. Fiż- żewġ okkażjonijiet ġiet diskussa r-riattivazzjoni ta' l- applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll ir-relazzjonijiet bilaterali. Mort Ruma fil-25 ta' Settembru fejn iltqajt ma' Romano Prodi li dak iż-żmien kien Prim Ministru ta' l-Italja. Kont akkumpanjat mis-Sur Alfred J Chetcuti. Is-safra swiet Lm316. 06. Mort ukoll Brussels bejn id-29 ta' Settembru u l-1 ta' Ottubru fejn kelli laqgħat mal-Prim Ministru tal-Belġju Jean-Luc Dehaene u mal-Prim Ministru tal-Lussemburgu Jean Claude Juncker. Fi Brussels ħadt sehem ukoll fil-Kunsill tal-Partit tal-Poplu Ewropew. Kont akkumpanjat mill- Onorevoli Joe Borg u mis-Sur Richard Cachia Caruana. Din is-safra swiet b'kollox Lm2677.15.

Ministru għall-Affarijiet Barranin — Safar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il safra diġa' siefer mill-5 ta' Settembru, 1998 s'issa? Liema bliet żar u x'kienet ir-raġuni? Min akkumpanjah għal kull safra? Kemm swiet kull safra? Ma' min tkellem u fuq xiex tkellem?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Mill-5 ta' Settembru 1998 s'issa il-Viċi Prim Ministru għamel dawn il-viżiti barra minn Malta. (A) Fl-14 ta' Settembru żar Vienna fejn kellu laqgħat mal-President tal-Kunsill tal-Ministri ta' l-Unjoni Ewropea u Ministru għall-Affarijiet Barranin ta' l-Awstria, Dott. Wolfgang Schussel. Iż-żewġ Ministri ddiskutew il-proċess marbut mar-rivitalizzazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta. Fi Vienna l-Viċi Prim Ministru u Ministru ltaqa' ma Alois Mock ġia Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Awstria. (B) Fil-15 ta' Settembru żar Ruma għal taħdidiet mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Taljan, l-Onor. Lamberto Dini u mas-Sotto Segretarju ta' l-Istat għall-Affarijiet Barranin Dott. Pier Francesco Fassino, kemm fuq r-rivitalizzazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fuq suġġetti bilaterali. F' Ruma il-Viċi Prim Ministru ħa l-opportunita biex ikollu laqgħa mhux uffiċċjali ma Giulio Andreotti. Għal dawn iż-żewg viżiti, il-Viċi Prim Ministru kien ikkompanjat mill-Assistent Personali tiegħu is-Sur Walter Balzan u mis-Sur Saviour Falzon, Kap tad-Direttorat tal-EU. (C) Bejn it-23 u l-24 ta' Settembru ikkompanja lill-President ta' Malta, l-E.T. Dott. Ugo Mifsud Bonnici, meta dan kien mistieden jindirizza l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill taż l-Ewropa ġewwa Strasbourg. Il-Viċi Prim Ministru ħa l-opportunita ta' din iż-żjara biex ikollu laqgħat ma' l-Onor. Daniel Tarschys, is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa, ma' Membri tal-Monitoring Committee li tiegħu hu kien iċ-Chairman, u mal-Bureau rappreżentati fil- kunsill tal-Ministri tal-Kunsill ta' l-Ewropa. Waqt dawn il-laqgħat il-Viċi Prim Ministru spjega l-politika barranija tal-Gvern Ġdid Malti, l-iżjed fejn tolqot l-applikazzjoni ta' Malta għal shubija fl-UE. Ġewwa Strasbourg, il-Viċi Prim Ministru akkompanjawħ l-Assistent Personali tieghu s-Sur Walter Balzan u s-Sur Charles Cremona mis-Segretarjat Privat tiegħu. (D) Bejn l-24 u d-29 ta' Settembru żar New York sabiex jattendi u jindirizza l-Assemblea Ġenerali tan-NU kif ukoll sabiex ikollu laqgħat ma' diversi personalitajiet distinti, fosthom is-Segretarju Ġenerali tan-NU l-E.T. Kofi Annan, mal-President Palestinjan Yasser Arafat, mal-President ta' l-Assemblea Ġenerali l-Onor. Didier Opertti, mal-Kummissarju tal-UE Hans van den Broek, mad-Direttur tan-NU f' Ġinevra Vladimir Petrovsky, u mas-Sotto Segretarju fid-Dipartiment ta' l-Istat Amerikan Tom Pickering. Il-Viċi Prim Ministru kellu laqgħat ma' Ministri għall-Affarijiet Barranin ta' dawn il-pajjiżi: Ġordan, Tunisia, Eġittu, Andorra, Morocco, Croatia,Turkija,Greċja, Portugall, Lussemburgu, Irlanda, Albania, Olanda, Ungerija, Ċipru u Ġamajka. Kellu wkoll laqgħat ma' numru ta' Rapprezentanti Permanenti għan-NU minn diversi pajjiżi. Dawn il-laqgħat servew sabiex il-Viċi Prim Ministru spjega fid-dettal il-politika estera ta' Gvern ġdid, partikolarment dik konnessa ma' l-applikazzjoni ta' Malta ghal-sħubija fl-UE, kif ukoll sabiex iddiskuta suġġetti ta' natura kemm multilaterali kif ukoll bilaterali. Peress li xi kontijiet ta' l-ispejjes għal dawn il-vjaġġi ghadhom mhumiex magħrufa, partikolarment dawk li jintbgħatu mill-aġenziji ta' l-ajru, l-informazzjoni rigward l-ispejjez ta' dawn il-viżiti tingħata f' seduta oħra.
Leg 9 PQ #80 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministru tas-Saħħa — Safra

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il safra diġa' siefer mill-5 ta' Settembru, 1998 s'issa? Liema bliet żar u x'kienet ir-raġuni? Min akkumpanjah għal kull safra? Kemm swiet kull safra? Ma' min tkellem u fuq xiex tkellem?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn, il-Ministru tas-Saħħa siefer darba, lejn Copenhagen għat-48 Sessjoni tal-Kumitat Reġjonali ta' l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Il-membri l-oħra tad-Delegazzjoni kienu l-Aġent Tabib Ewlieni tal-Gvern, id-Direttur tal-Politika u l-Ippjanar fid-Diviżjoni tas-Saħħa, il-Konsulaent tad-Delegazzjoni u l-Assistent Personali tal-Ministru. Is-safra swiet Lm4711. Minn din is-somma għad irid jitnaqqas id-Discount fuq il-'fares' ta' l-Air Malta. Il Ministru ndirizza s-Sessjoni kif ukoll kellu laqgħat ma' Dr. G. Brundtland, Direttur Ġenerali tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, Dr. J. Assvall, id-Direttur Reġjonali u ma uffiċċjali fl-Uffiċċju Reġjonali. F'dawn il-laqgħat ġew diskussi r-relazzjonijiet ta' Malta mal-WHO u kif dawn jistgħu jerġgħu jissaħħu. Il-Ministru kellu numru ta' laqgħat ma' diversi delegazzjonijiet oħra dwar relazzjonijiet bilaterali speċjalment dwar l-għajnuna u s-support li offrew xi pajjiżi, fosthom l-Olanda u l-Ġermanja, biex il-leġislazzjoni Maltija dwar is-Saħħa tikkonforma ruħha ma' dik ta' l-Unjoni Ewropeja.