Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998?
Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?
X'karigi ngħataw fil-ministeru?
X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?
Min minnhom kien jaħdem mal-Gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem?
X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn?
X'kondizzjonijiet ingħataw?
Jista' l-Ministru jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Nru. 291.
17.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kienu intervistati fil-bullettini ta' l-aħbarijiet tat-8.00 p.m. tal-Public Broadcasting Services mill-5 ta' Settembru sal-lum: (a) il-Prim Ministru u kull ministru; u (b) il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u kull membru tal-Grupp Parlamentari Laburista?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti garanzija li l-bidliet li hemm ippjanati fis-sistemi ta' tassazzjoni f'pajjiżna m'huma se jkolhom ebda effett negattiv fuq ir-rata ta' l-inflazzjoni f'pajjiżna?
Response (DALLI, JOHN)
Meta jiġu ffinalizzati d-dettalji tal-bidliet fit-tassazzjoni jiġi stabbilit ukoll l-impatt fuq ir-rata ta` l-inflazzjoni f`pajjiżna.
Hi l-intenzjoni tal-Gvern li jaħdem biex ma jkunx hemm effett negattiv fuq ir-rata ta` l-inflazzjoni.
Jidher li dan ma tantx inkwieta l-Onor Interpellant fil-leġislatura li għadha kemm intemmet u li ħolqot sistema ta` tassazzjoni li fissret impatt ta` mill-anqas 21% fuq l-affarijiet impurtati kollha.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998?
Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?
X'karigi ngħataw fil-ministeru?
X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?
Min minnhom kien jaħdem mal-Gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem?
X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn?
X'kondizzjonijiet ingħataw?
Jista' l-Ministru jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' l-Ministru jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?
Response (ZAMMIT, NINU)
Għar-rigward tas-Segretarju Privat ninsab infurmat li l-ebda kuntratt jew ftehim ma għadu ġie ffirmat ma` l-individwi kkonċernati u nkun f`qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f`xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.
Nirreferi ukoll lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b`risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nr.81.
Għar-rigwaard ta` fid-dekasteru tiegħi li m`humiex fis-segretarjat ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ġie ngaġġat ħadd.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998?
Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?
X'karigi ngħataw fil-ministeru?
X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?
Min minnhom kien jaħdem mal-Gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem?
X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn?
X'kondizzjonijiet ngħataw?
Jista' l-Ministru jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?
Response (BORG, TONIO)
Għar-rigward tas-Segretarjat Privat ninsab infurmat li l-ebda kuntratt jew ftehim ma għadu ġie ffirmat ma' l-individwi kkonċernati u nkun f'qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f'xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.
Nirreferi ukoll lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 81.
Għar-rigward ta' impjegati fid-dekasteru tiegħi li mhumiex fis-Segretarjat ninsab infurmat li mill-5 ta' Settembru 'l hawn ġew ingaġġati 19 -il persuna ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar wara li kien hemm l-approvazzjoni neċessarja mill-Kumitat tal-Kabinett għar-Reklutaġġ taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
16.11.98
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998?
Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?
X'karigi ngħataw fil-ministeru?
X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?
Min minnhom kien jaħdem mal-Gvern u f'liema diparitment kien jaħdem?
X'inhuma l-kwalifiki akkdemiċi ta' dawn?
X'kondizzjonijiet ngħataw?
Jista' jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qed nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għas-Segretarjat Privat.
Ninsab infurmat li l-ebda kuntratt jew ftehim m'għadu ġie ffirmat ma l-individwi kkonċernati u nkun f'qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f'xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.
Nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 81.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta' overdose mill-bidu ta' Settembru 1998 sal-lum?
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu ċ-ċifri ta' reati rrapportati lill-pulizija bejn Settembru 1998 u llum? Kemm minn dawn kienu:
1. serq;
2. serq ta' vetturi;
3. hold-ups;
4. serq minn zoni residenzjali;
5. reati sesswali;
6. frodi; u
7. attakki vjolenti fuq l-anzjani?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Settembru, sal-25 t`Ottubru, 1998, ġew irrapurtati lill-Pulizija, 27 każ ta` overdose. Matul l-istess perijodu ġew irrapurtati lill-Pulizija 2,521 reat.
Dwar in-numru ta` reati speċifikati mill-Onor. Interpellant, ninsab infurmat li fl-istess perijodu dawn kienu kif ġej:-
Settembru Ottubru
--------- -------
(sal-25)
Serq 803 573
Serq ta' vetturi 115 122
'Hold-ups' 4 7
Serq minn żoni residenzjali 340 272
Frodi 6 10
Attakki vjolenti fuq l-anzjani 16 24
Reati sesswali 3 2
11.11.98
Jista' l-Prim Ministru jispjega kif f'attivita' fil-Marsa fit-23 ta' Awissu qal li f'Għawdex m'hemmx żejt,iżda wara l-elezzjoni ordna li t-tħaffir għaż-żejt jinżel aktar fil-fond?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-ispjegazzjoni hi waħda sempliċi. Sal-lum, meta t-
tħaffir tal-bir jinstab fond madwar 6,430 metru, għad ma
nstabx żejt, aħseb u ara fit-23 ta' Awissu meta il-bir
kien fond 4005 metru biss.
Wara l-elezzjoni tal-5 ta' Settembru 1998, ġejt infurmat
li l-obbligu kontrattwali kien li t-tħaffir isir sa 5000
metru u li dan il-livell kien sejjer jintlaħaq fi ftit
ġranet wara. Għalhekk ġejt mitlub u awtoriżżajt li t-
tħaffir ikompli lil hinn mill-livell miftiehem
oriġinarjament.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk tħejjewx diġa' jew jekk hux qed jitħejjew xi studji dwar kif sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea tolqot lil pajjiżna?
Jekk saru jew qed isiru xi studji, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma u f'każ li għadhom qed jitħejjew, meta se jkunu lesti?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru qiegħed jipprepara abbozz ta' liġijiet Ewropej dwar il-31 Kapitlu li jittrattaw dwar is-sħubija kif ukoll il-posizzjoni ta' Malta fuq kull wieħed minn dawn il-Kapitli llum. Dan l-eserċizzju hu meħtieġ ġaladarba Malta tibda l-'iscreening process' bi tħejjija għan-negozzjati.
Fuq kull wieħed minn dawn il-Kapitli irid isir studju dwar kif jolqot lil-Malta. S' issa saru numru konsiderevoli ta' rapporti fuq xi materja jew oħra li tittratta dwar l-Ewropa u li għadhom validi fil-parti kbira tagħhom.
Naċċerta lill-Onorevoli Interpellant li l-gvern għandu il-ħsieb li jinkludi kemm hu possibli mill-organizzazzjonijiet u korpi kostitwiti li għandhom interess f' xi materja relatata ma' l-Ewropa biex tiġi fformulata posizzjoni għan-negozzjati mal-Kummissjoni. Dawn ir-rapporti jitqassmu fiż-żmien opportun.
Unjoni Ewropea — Tneħħija tas-sistema tad-duty free
Question
Jista' l-Ministru jispjega l-effetti fuq pajjiżna tad-deċiżjoni ta' l-Unjoni Ewropea li tneħħi s-sistema tad-duty free fil-pajjiżi membri tagħha?
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-gvern Malti hux lest li jimxi ma' din id-direttiva?
Response (MARCO, GUIDO DE)
B' riferenza għall-ewwel parti tad-domanda, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea dwar id-'duty free' li hu għamel riferenza għaliha, mhux mistennija li jkolla ebda effett eżistenti għall-vjaġġaturi bejn l-Unjoni u Malta.
Dwar it-tieni parti tad-domanda, ngħid li l-Gvern Malti m' għandu ebda obbligu li jimxi ma din id-deċiżjoni.
Jista' l-Ministru jagħti l-assigurazzjoni tiegħu li kif sar fl-1997 u fl-1998, kull sajf se jibqa' jsir xogħol vast ta' manuntenzjoni fuq numru kbir ta' skejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
Ix-xogħol ta' manutenzjoni fl-iskejjel ma jista' jieqaf qatt.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru 1998? Min huma u xi grad għandhom? F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin? Għal liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6, ninsab
infurmat li ma ngħataw ebda allowances ġodda mill-5 ta'
Settembru 1998 'il hawn lill-impjegati fid-dekasteru
tiegħi.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il safra diġa' siefer mill-5 ta' Settembru 1998 s'issa?
Liema bliet żar u x'kienet ir-raġuni?
Min akkumpanjah għal kull safra?
Kemm swiet kull safra?
Ma' min tkellem u fuq xiex tkellem?
Response (REFALO, MICHAEL)
Mill-5 ta' Settembru 'il hawn, jien kont barra minn Malta fuq xogħol ta' promozzjoni tat-turiżmu darbtejn: darba Londra u darb'oħra Frankfurt. Fiż-żewġ okkażjonijiet, kont akkumpanjat miċ-Chief Executive ta' l-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu għal laqgħat ma' Malta. Infurmat li ż-żewġ safriet ma qamux aktar minn dawk li kienu jsiru mill-predeċessuri tiegħi għall-istess skop. Għall-eżattezza l-mawra f'Londra swiet Lm1913 u dik ġo Frankfurt Lm1737.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il safar diġa' siefer mill-5 ta' Settembru, 1998 s'issa?
Liema bliet żar u x'kienet ir-raġuni?
Min akkumpanjah għal kull safra?
Kemm swiet kull safra?
Ma' min tkellem u fuq xiex tkellem?
Response (GALEA, ĊENSU)
Fil-perjodu msemmi llum sifirt darba waħda bejn l-14 u l-20 ta' Ottubru għas-sessjoni plenarja ta' l-'International Telecommunications Union', liema safra kienet ukoll diġa ppjanata mill-istess Onor. Interpellant. Il-laqgħa saret f'Minneapolis U.S.A.
Fit-triq lura lejn Malta waqaft ukoll Londra fejn kelli taħdidiet mas-Segratarju Ġenerali ta' l-I.M.O. Għal dawn il-laqgħat kont akkompanjat mis-Sur Joe Vella. Il-Ministeru ħasslas is-somma ta' Lm 1272 (elf, mitejn u tnejn u sebgħin) lira, għal dawn il-laqgħat.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il safar diġa' siefer mill-5 ta' Settembru, 1998 s'issa?
Liema bliet żar u x'kienet ir-raġuni?
Min akkumpanjah għal kull safra?
Kemm swiet kull safra?
Ma' min tkellem u fuq xiex tkellem?
Response (BONNICI, JOSEF)
Mill-5 ta` Settembru 1998 `l hawn saret safra ministerjali waħda li fiha attendejt għat-tieni konferenza Ewro-Mediterranja tal-Ministri responsabbli mill-Industrija tal-pajjiżi nvoluti fil-Proċess ta` Barċellona.
Din il-konferenza saret ġewwa Klagenfurt, l-Awstrija u jakkumpanjawni kelli lis-Segretarju Permanenti tiegħi, il-Konsulent tiegħi fil-Ministeru, u ċ-Chairman u l-General Manager tal-Korporazzjoni Maltija tal-Iżvilupp.
L-ispejjeż involuti kienu jammontaw għal Lm 3352.
Matul il-Konferenza d-delegazzjoni Maltija ltaqgħet ma' numru ta' ministri b'mod partikolari mal-Kummissarji ta' l-Unjoni Ewropea Martin Bangemann u Mario Monti.
Għal aktar dettalji nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija għall-istampa li l-Ministeru tiegħi ħareġ fl-1 t'Ottubru 1998.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il safar diġa' siefer mill-5 ta' Settembru 1998 s'issa?
Liema bliet żar u x'kienet ir-raġuni?
Min akkumpanjah għal kull safra?
Kemm swiet kull safra?
Ma' min tkellem u fuq xiex tkellem?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, kemm-il safra diġa' siefer mill-5 ta' Settembru, 1998 s'issa?
Liema bliet żar u x'kienet ir-raġuni?
Min akkumpanjah għal kull safra?
Kemm swiet kull safra?
Ma' min tkellem u fuq xiex tkellem?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għamilt l-ebda safra mill-5 ta' Settembru s'issa.
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm-il safra diġa' siefret mill-5 ta' Settembru 1998 s'issa?
Liema bliet żaret u x'kienet ir-raġuni?
Min akkumpanja għal kull safra?
Kemm swiet kull safra?
Ma' min tkellmet u fuq xiex tkellmet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lillOnor Interpellant li ma għamilt lebda żjara uffċċjali barra minn Malta mill5 ta' Settembru 'l hawn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Min huma?
Xi kwalifiki għandhom?
Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma nħatru l-ebda diretturi fid-dekasteru tas-Saħħa mill-5 ta' Settembru 'l hawn