Jista' l-Ministru jitlob lid-dipartiment konċernat biex jittieħdu passi biex titneħħa kaxxa tad-dawl ta' żmien is-servizzi u li qegħda maġenb Block 6, Triq l-Isptar Navali, Kalkara peress li m'għadhiex tintuża u qed tkerrah l-ambjent?
Jista' l-Ministru jieħu passi wkoll biex il-high tension overhead cable li ġej min-naħa ta' Verdala, Bormla u jibqa' sejjer sa l-ex-rinella Wireless Station, Kalkara jitneħħa peress li ma hemmx użu għalih għaliex fih ħafna ħsara u qed ikerrah ħafna l-ambjent?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li wara li saret stima sabiex il-kaxxa tad-dawl titneħħa, hemm il-ħsieb li x-xogħol isir mill-iktar fis possibbli.
Il-Korporazzjoni Enemalta qiegħda wkoll tieħu l-passi neċessarji biex tneħħi l-cable imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jieħu passi biex titwaħħal letter box fi Triq il-Merħba, Fgura viċin l-area tad-dar Nid D'Amour peress li biex in-nies ta' l-akwati jinqdew ikunu jridu jmorru 'il bogħod ħafna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ser inressaq is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant
lill-Maltapost plc.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex tiġi rranġata l-pressa ta' l-ilma fi Triq il-Vitorja, l-Isla fl-akwati tad-dar numru 105?
Response (BONNICI, JOSEF)
Riċentement, żviluppaw diffikultajiet fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma fil-parti għolja tal-Isla. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet ħsieb li l-provvista tal-ilma terġa tkun regolari fl-inqas żmien possibli.
Saru diversi tentattivi mill-Korporazzjoni biex isir kuntatt mal-Konsumatur fi Triq il-Vitorja iżda ħadd ma wieġeb. Għaldaqstant sar test fil-pressa tal-ilma fir-residenza qrib fejn joqgħod il-konsumatur imsemmi. Irriżulta li l-provvista tal-ilma hija adekwata bħal mhi tar-residenti fl-inħawi.
Il-konsumatur jista jċempel lis-sezzjoni tal-Customer Care fuq il-freephone 157 u jiġi ffissat appuntament biex ikunu jistgħu isiru l-investigazzjonijiet tekniċi fir-residenza.
Jista' l-Ministru jgħidli meta t-talba tal-persuna li applikat għal sit ta' qabar fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata b'referenza 39/95/313, se tiġi milqugħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata għas-sit ta' qabar fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata li għandha referenza DH 39/95/313, giet registrata fil-25 ta' Ottubru 1995. Din l-applikazzjoni qiegħda fuq il-waiting list u tinsab il-569 fil-lista msemmija.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru, 1998?
Min huma u xi grad għandhom?
F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin?
Għal-liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li s`issa m`hemmx impjegati fid-dekasteru tiegħi li bdew jirċievu xi forma ta` `allowance` mill-5 ta` Settembru 1998.
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Allowances
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru, 1998?
Min huma u xi grad għandhom?
F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin?
Għal-liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru, 1998?
Min huma u xi grad għandhom?
F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin?
Għal-liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?
Response (REFALO, MICHAEL)
S'issa m'hemm ebda impjegat fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt it-treġija tiegħi li mill-5 ta' Settembru 'l hawn bdew jingħataw xi forma ta' allowance.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jaqbilx ma' dak li qal il-Kunsill Studenti Universitarji, fis-sens li l-istudenti universitarji ħassewhom sgwidati u ingannati bil-kliem Stipendji Sħaħ fil-programm elettorali Nazzjonalista li llum huwa l-programm tal-Gvern?
B'riferenza għal kopja ta' ittra li qiegħed nibgħat separatament dwar "Proposta mill-Kumitat ta' Azzjoni tar-Residenti ta' Bormla", jista' l-Ministru jgħidli x'inhuma l-intenzjonijiet tal-Ministeru dwar il-bini ta' Crisis Intervention Centre ġewwa Bormla?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li dan l-iżvilupp huwa f'idejn il-Caritas. Ma jidhirx illi ser jinvolvi materji li jirrigwardaw primarjament is-saħħa. Nissuġġerixxi li l-Onor. Membru jagħmel id-Domanda lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għal kopja ta' ittra li qiegħed nibgħat separatament dwar "Proposta mill-Kumitat ta' Azzjoni tar-Residenti ta' Bormla", jista' l-Ministru jgħidli x'inhuma l-intenzjonijiet tal-Ministeru dwar il-bini ta' Crisis Intervention Centre ġewwa Bormla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Waqt li nemmen li l-preokkupazzjonijiet tar-residenti ta' Bormla dwar dan il-Proġett għandhom jiġu ndirizzati b'mod sodisfaċenti, naħseb li l-Onor. Membru japprezza li dan il-Proġett m'huwiex ir-responsabbilta' diretta tal-Ministeru tiegħi.
23.11.98
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998?
Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?
X'karigi ngħataw fil-ministeru?
X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?
Min minnhom kien jaħdem mal-gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem?
X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn?
X'kondizzjonijiet ingħataw?
Jista' jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Qed nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għas-Segretarjat Privat.
Ninsab infurmat li l-ebda kuntratt jew ftehim ma għadu ġie ffirmat ma' l-individwi konċernati, u nkun f'qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f' xi seduta oħra, wara li dawn jiġu ingaġġati formalment.
Nirreferi ukoll lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b' risposta għal Mistoqsija Parlamentari Numru 81/9/1.
Jista' l-Ministru jispjega x'inhuma l-miri tal-gvern f'dak li għandu x'jaqsam mat-trażżin ta' l-inflazzjoni?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi mira ta' kemm jixtieq li tkun ir-rata ta' inflazzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru, 1998?
Min huma u xi grad għandhom?
F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin?
Għal-liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma kien hemm ebda mpjegat li beda jirċievi xi forma ta' allowances mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn, ħlief dawk konnessi ma' rosters, allowances tal-Ħadd, shift allowances u allowances oħra skond l-Estacode.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru, 1998?
Min huma u xi grad għandhom?
F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin?
Għal-liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Mill-5 ta' Settembru sallum, ħadd ma beda jirċievi xi forma ta' allowance.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta' dawk l-impjegati li kienu qed jirċievu allowance qabel il-5 ta' Settembru, u għadhom jirċievuha.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta'allowance mill-5 ta' Settembru, 1998?
Min huma u xi grad għandhom?
F'liema diparitment jew sezzjoni qegħdin?
Għal-liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li sa issa m'hemmx impjegati fid-dekasteru tiegħi li bdew jirċievu xi forma ta' 'allowance' mill-5 ta' Settembru, 1998.
18.11.98
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Ingaġġar
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998?
Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?
X'karigi ngħataw fil-ministeru?
X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?
Min minnhom kien jaħdem mal-gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem?
X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn?
X'kondizzjonijiet ngħataw?
Jista' jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit
Nazzjonalista?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onorevoli Nterpellant ghar-risposta ghall-Mistoqsjia Parlamentari numru 296.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fil-Ministeru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998?
Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?
X'karigi ngħataw fil-ministeru?
X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?
Min minnhom kien jaħdem mal-gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem?
X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn?
X'kondizzjonijiet ngħataw?
Jista' jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?
Response (REFALO, MICHAEL)
Qed nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għas-Segretarjat Privat.
Ninsab infurmat li l-ebda kuntratt jew ftehim għadu ma ġie ffirmat ma' l-individwi kkonċernati u nkun f'qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f'xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.
Nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 81/9/1.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998?
Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?
X'karigi ngħataw fil-ministeru?
X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?
Min minnhom kien jaħdem mal-gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem?
X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn?
X'kondizzjonijiet ingħataw?
Jista' jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998?
Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?
X'karigi ngħataw fil-ministeru?
X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?
Min minnhom kien jaħdem mal-gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem?
X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn?
X'kondizzjonijiet ingħataw?
Jista' jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998?
Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?
X'karigi ngħataw fil-Ministeru?
X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?
Min minnhom kien jaħdem mal-Gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem?
X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn?
X'kondizzjonijiet ingħataw?
Jista' jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?
Response (GALEA, LOUIS)
Ebda kuntratt jew ftehim għadu ma ġie ffirmat ma' individwi ingaġġati fil-Ministeru u nkun f'qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f'xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.
Nirreferi ukoll lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b'risposta għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 81.