Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2195 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Tiswija tas-servizzi ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tissewwa l-ħsara fis-servizz ta' l-ilma li għandhom dawn il-persuni li qed nagħti n-numri tar-riferenza tagħhom tal-Water Services Corporation numru 11220 u numru 014750?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onor. Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma biex tieħu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #2196 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Ħsarat

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm-il ħsara ġiet irrapportata, jew inkella biex isir xogħol li għandu x'jaqsam mas-servizz ta' l-ilma, f'kull lokalita' separata fit-tieni distrett, meta kull waħda ġiet irrapportata u meta sar ix-xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2197 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Sahra

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema/jew jekk teżisti sistema kif jinħadem l-overtime fid-Dipartiment ta' l-Income Tax? Jaħseb il-Ministru li l-overtime f'dan id-dipartiment għandu jkun mqassam fuq kulħadd l-istess biex ma ssir diskriminazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Bħala regola meta jkun qed isir overtime fid-dipartiment dan isir fis-sezzjonijiet kollha iżda wħud mill-ħaddiema jintbagħtu jaħdmu f`sezzjonijiet oħra fejn hemm xogħol x`iwettqu. Impjegati oħra jingħataw xogħol speċifiku x`jagħmlu waqt l-overtime skond il-prijoritajiet stabbiliti mid-dipartiment. Sakemm hu possibli l-overtime jitqassam fuq l-impjegati kollha, iżda hemm ċirkostanzi fejn ċertu xogħol tekniku jrid isir minn nies tekniċi partikolari.
Leg 9 PQ #2263 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Scrapyard

Question

B'riferenza għall-kopja ta' ittra, li qed tintbagħat separatament jista' l-Ministru jgħid jekk din l-iscrapyard hijiex qed topera bla permess? Jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu min-naħa tal-Ministru u x'passi ttieħdu min-naħa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Ittieħdu passi mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar kontra s-sidien ta` kull scrapyard li hija bla permess f`Birebbuġia. Inħarġu Enforcement Notices, u l-kwestjoni hija quddiem il-Bord ta` l-Appell dwar l-Ippjanar. 07.12.98

Distrett Nru. 2 — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi programm ta' xogħlijiet hemm imħejjija fuq l-asfaltar tat-toroq fil-lokalitajiet tat-Tieni Distrett?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-programm ta` xogħolijiet għad-diversi lokalitajiet qiegħed jitfassal u informazzjoni dwaru tista` tingħata aktar `il quddiem.
Leg 9 PQ #2057 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tiftix taż-żejt — Diskussjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dati, mill-1993 sal-lum, tad-diskussjonijiet li saru li għandhom x'jaqsmu mat-tiftix, tħaffir, riċerki, eċċ taż-żejt? Jista' l-Prim Ministru jgħid min ħa sehem fid-diskussjonijiet u x'kien ir-riżultat ta' kull diskussjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Niskanta kif l-Onorevoli Interpellant jagħmel mistoqsija bħal din meta jaf - u bħala ex-Ministru responsabbli għat- Tiftix għaż-Żejt, jaf sewwa - li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali, u mhux ftit.
Leg 9 PQ #726 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Segretarju Permanenti - Staff

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-complement ta' l-istaff tas-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, xi gradi għandhom u x'allowances jieħdu? Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra rigward is-salarju tas-Segretarju Permanenti u x'benefiċċju u allowances għandu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-complement ta' l-istaff tas-Segretarju Permanenti fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru huwa ta' erbgħa kif hu ndikat hawn taħt: 1 Senior Principal Officer 1 Principal 1 Clerk 1 Motor Transport Driver Ħadd minn dawn l-Uffiċjali ma jieħu allowance, minbarra d- driver li hu ntitolat għal allowance ta' Lm75 fix-xahar minflok ħlas għall-overtime. Is-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru għandu Performance Agreement u jitħallas il-pakkett normali li jitħallas lil kull min ikun f'din il-kariga, jiġifieri, s-salarju ta' Skala Numru 1, expense allowance ta' Lm1,000, performance bonus, karozza uffiċjali u free telephone facilities.
Leg 9 PQ #777 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

MIA — Joseph Fenech

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba Joseph Fenech daħal fir-restricted area ta' l-Ajruport mit-8 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mit-8 ta' Settembru, 1998, 'l hawn, il-persuna msemmija fil-Mistoqsija qatt ma daħlet f'żona ristretta ta' l-ajruport. 30.11.98
Leg 9 PQ #1319 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tħaffir għaż-Żejt — Ftehim

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li ntlaħaq dwar il-finanzjament għat-tħaffir tal-bir ġewwa Għawdex mill-Protokol Taljan?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Mhix il-prattika li jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra ftehim jew komunikazzjonijiet li jistgħu jkollhom valur kummerċjali.
Leg 9 PQ #1448 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Tħaffir għaż-Żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fil-proċess tat-tħaffir tal-Bir il-Madonna taż-Żejt, kienx hemm xi tibdil jew xi użu differenti ta' materjal u affarijiet oħra f'dak li kien jintuża fil-proċess tat-tħaffir fiż-żmenijiet ta' qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u fil-perjodu ta' wara l-5 ta' Settembru, 1998? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-materjal li jintuża fit-tħaffir tal- bir f'Għawdex, bħal f'kull bir ieħor, jinbidel min ħin għall-ieħor skond il-programm ta' tħaffir u l-esiġenzi tax- xogħol. Dan kien hekk kemm qabel il-5 ta' Settembru 1998 u kif ukoll wara.
Leg 9 PQ #1449 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tħaffir għaż-Żejt — Nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se jiswa t-tħaffir tal-Bir Madonna taż-Żejt sa 7,000 metru?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u mhux prudenti li tingħata.
Leg 9 PQ #1450 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpannija AGIP — Tielet laqgħa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se ssir it-tielet laqgħa mal-AGIP, dwar il-progress tar-riċerka li qed issir mill-AGIP skond il-ftehim milħuq bejn il-Gvern Laburista u l-istess kumpannija?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li għad m'hemmx data stabbilita dwar meta ser issir il-laqgħa msemmija.
Leg 9 PQ #490 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Twaħħil ta' bozoz

Question

Jista' l-Ministru jitlob lill-Korporazzjoni Enemalta biex tieħu passi biex titwaħħal lampa f'dawn il-lokalitajiet peress li huma mudlama ħafna: kantuniera ma' Triq Alessio Erardi u Triq Kapuċċini, Żabbar; Triq Papa Alessandru VII, Żabbar; oħra fejn Block B2 Housing Estate, Fgura u oħra fejn Omega House, Triq Karmnu, Fgura fejn hemm ix-showroom tal-karozzi?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

Fgura/Zabbar — Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir dan ix-xogħol ta' asfaltar u patching f'dawn it-toroq: Triq Papa Alessandru VII, Żabbar (Asfaltar); Triq quddiem Block B2 fil-Housing Estate, Fgura (Asfaltar); u Triq iż-Żarun u Triq il-Farfett tal-Fejgel, Żabbar (Asfaltar)?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f`laqgħa mal-Kunsill Lokali tal-Fgura dawn ix-xogħolijiet ġew diskussi fost xogħolijiet oħra. Id-Direttur tat-Toroq ser jiltaqa` mal-Kunsill Lokali sabiex ikomplu jifformulaw il-pjanijiet biex jitwettqu x-xogħolijiet.

Fgura/Xgħajra — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi biex ix-xogħol li kien beda fuq il-bankina fi Triq Cospicua, Fgura u Triq Wied Glavan, ix-Xgħajra jitkompla?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dan ix-xogħol qed isir mid-Diviżjoni tax-xogħolijiet.
Leg 9 PQ #609 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

SAIPEM — Ftehim

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ġie ffirmat il-ftehim mas-SAIPEM mill-Gvern Malti biex jitħaffer il-bir ġewwa Għawdex?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Diskussjonijiet mas-SAIPEM Spa dwar ftehim biex jitħaffer il-bir f'Kerċem bdew fil-25 ta' Mejju 1995 u ntemmu fid- 19 ta' Novembru 1997 bl-iffirmar tal-ftehim.
Leg 9 PQ #610 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Protezzjoni Ċivili — Salvage tug

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jaslu Malta il-fire fighting boat u s-salvage tug għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żewġ laneċ SAR bdewx jintużaw mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Multi Purpose Fire Fighting and Oil Pollution Control Tug għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili waslet Malta fl-20 ta' Novembru, 1998, filwaqt li l-Fire Fighting/Patrol Vessel hija mistennija li tasal għal bidu ta' Marzu, 1999. Ninsab infurmat ukoll li t-tweġiba għat-tieni parti tal-Mistoqsija hija fl-affermattiv. 25.11.98
Leg 9 PQ #611 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Ambjent

Tieni Distrett — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi programm ta' xogħlijiet hemm inħejjija fuq l-estensjonijiet tad-drenaġġ u fuq l-asfaltar tat-toroq fil-lokalitajiet tat-Tieni Distrett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet għandu programm ta' xogħlijiet kif ġej: Fgura: Triq il-Gardjola Triq Hompesch Diversi toroq ġodda. Żabbar: Triq il-Beribies Triq Baldacchino Xogħol ieħor. Bormla: Xogħol fuq 'Relief Main'. Rigward asfaltar, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #213 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Ambjent

Birżebbugia — Scrapyard

Question

B'riferenza għall-kopja ta' ittra, li qed tintbagħat separatament ma' din il-mistoqsija, jista' l-Ministru jgħidli jekk din l-iscrapyard hijiex qed topera bla permess? Jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu minn naħa tal-Ministeru u x'passi ttieħdu minn naħa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #214 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Logħob tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu in vigore ir-regolamenti dwar il-logħob u l-manifattura tan-nar? Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li l-liġi dwar il-logħob u l-manifattura tan-nar titressaq fil-Parlament u jekk huwiex se jitressaq l-istess abbozz li kien ipprepara l-Gvern Laburista?

Response (BORG, TONIO)

Ir-regolamenti ġodda dwar il-logħob u l-manifattura tan-nar ġew pubblikati fit-3 ta' Novembru, 1998, b'Avviż Legali Numru 243 ta' l-1998. Qed jiġi propost Avviż Legali biex id-diversi provvedimenti jidħlu fis-seħħ f'dati differenti in kunsiderazzjoni tal-fatt li xi wħud minnhom għad jinħtieġilhom l-emendi għall-liġi prinċipali sabiex kemm il-liġi u kemm ir-regolamenti jkunu jaqblu ma' xulxin. Dwar l-emendi għall-liġi, il-gvern għandu l-ħsieb li jżomm mal-ftehim li ġie milħuq ma' l-għaqdiet pirotekniċi. Naturalment jista' jkun hemm diskussjonijiet finali bejn iż-żewġ naħat qabel ma jiġi ppublikat l-abbozz ta' liġi. 24.11.98