Jista' l-Prim Ministru jgħid kif għandu jkun kompost board li jagħmel interviews għad-dħul fi gradi dipartimentali f'dipartiment tal-gvern? Jista' jkun hemm board li ma jkun fih ebda rappreżentant mid-dipartiment jew ministeru konċernat?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li:
kull bord ta' l-għażla jkun kompost minn Chairman u numru ta' membri li jinkludi rappreżentant tal-Management and Personnel Office. Fejn il-vakanza tkun waħda teknika, wieħed mill-membri għandu jkun kwalifikat fis-suġġett;
in-nominazzjonijiet isiru mill-Kap tad-Dipartiment u jiġu approvati mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-postijiet li ġew allokati mill-elezzjoni sal-lum? F'liema lokalita' u f'liema dati ġew allokati? Jista' l-Ministru jinformana wkoll dwar il-marki li kellhom biex ikkwalifikaw biex jieħdu l-post?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
28.4.99
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tad-dipartment konċernat dwar l-istqarrija maħruġa mill-Kumitat t'Azzjoni tat-Toroq San Gwann u l-Iskola, fil-Fgura? Kopja ta' din l-istqarrija qed tintbagħat separatament.
Response (GALEA, ĊENSU)
Ix-xogħol f`kull triq f`Malta jrid isir skond pjan li qed jiġi mfassal. Għalhekk, f`dan l-istadju, għalkemm l-istqarrija msemmija ttieħdet inkonsiderazzjoni, ix-xogħol ikun jista` jsir skond dan il-pjan.
Peress li fi żmien il-Gvern Laburista kien hemm il-ħsieb li jitkompla l-asfaltar ta' Triq Lia, Ħaż-Żabbar fil-parti li tmiss ma' Triq il-Karmnu, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jsir dan l-asfaltar?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tad-dipartiment konċernat dwar l-istqarrija maħruġa mill-Kumitat ta' Azzjoni tat-toroq San Gwann u l-Iskola fil-Fgura? Kopja ta' din l-istqarrija qed tintbagħat separatament.
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari numru 1912 u 6080.
Peress li kienet inbdiet central strip fil-Bypass ta' Ħaż-Żabbar għal Wied il-Għajn ftit metri bogħod mill-bidu tal-bypass, in-naħa ta' Ħaż-Żabbar fil-parti l-wiesgħa ħafna, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li titkompla din is-central strip għaliex hemm il-ħtieġa li jsir xi ħaġa peress li hemm periklu għan-nies biex jaqsmu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-istrip imsemmija mill-Onor. Interpellant kienet saret xi għaxar snin ilu biex tissepara s-service road mill-bypass. Minħabba ċ-ċirkostanzi li qed isemmi l-Onor. Interpellant, għaddejt is-suġġeriment lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara x`jista` jsir.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport dwar l-istipendji ta' l-istudenti ta' l-Universita' li tkellem dwaru is-Segretarju Parlamentari Mugliett?
Peress li kienet inbdiet central strip fil-bypass ta' Ħaż-Żabbar għal Wied il-Għajn ftit metri bogħod mill-bidu tal-bypass, in-naħa ta' Ħaż-Żabbar fil-parti l-wiesgħa ħafna, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li titkompla din is-central strip għaliex hemm il-ħtieġa li jsir xi ħaġa peress li hemm periklu għan-nies biex jaqsmu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Peress li fi żmien il-gvern Laburista kien hemm il-ħsieb li jitkompla l-asfaltar ta' Triq Lia, f'Ħaż Żabbar, fil-parti li tmiss ma' Triq il-Karmnu, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jsir dan l-asfaltar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tax-xogħol u t-testijiet li saru fil-bir esploratorju Madonna taż-Żejt? Jista' jagħti stima ta' l-ispejjeż involuti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-bir Madonna taż-Żejt
kopra diversi affarijiet, fosthom il-preparazzjoni tas-sit,
provista ta' l-ilma għat-tħaffir, tħaffir sa fond ta' 8,012
metri b'wisgħa ta' bejn 36" u 5 7/8" djametru, it-twaħħil
ta' conductor pipe ta' 30", it-twaħħil ta' casings ta' 20",
13 3/8" u 9 5/8", it-twaħħil ta' liners ta' 7" u 5",
reġistrazzjoni ta' diversi logs, provi ta' produzzjoni,
monitoraġġ u konsulenza ta' esperti fuq il-post u minn
barra, analiżi ta' kampjuni fuq il-post u barra, twettiq
ta' diversi studji, u xogħol anċillari ieħor.
Infurmat ukoll li l-provi ta' produzzjoni li saru sa issa
fond ta' madwar 6,000 metru wrew li l-produzzjoni tal-gass
li nstab hi baxxa ħafna u mhux kummerċjali, u li fil jiem
li ġejjin ser isiru provi oħra fond ta' madwar 7,000 metru.
Infurmat li l-ispejjeż sa 5,000 metru laħqu madwar Lm5.3
miljuni u dawk bejn 5,000 metru u 8,012 metru, inklużi l-
provi, mistennija jlaħħqu madwar Lm5 miljuni oħra. Madwar Lm4.8 miljuni minn dawn l-ispejjeż huma provduti taħt ir-Raba' Protokol bejn Malta u
l-Italja.
Jista' l-Ministru jgħid mit-8 ta' Settembru sal-lum kemm-il darba siefer fuq xogħol tal-Gvern, f'liema pajjiż mar, min kienu l-membri ta' kull delegazzjoni u x'kien il-għan prinċipali ta' kull safra?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsijiet numru 3812 u 5764.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tad-dipartiment konċernat dwar l-istqarrija maħruġa mill-Kumitat ta' Azzjoni tat-Toroq San Ġwann u l-Iskola fil-Fgura? Kopja ta' din l-istqarrija qed tintbagħat separatament.
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-computers li hemm fid-Dipartiment ta' l-Artijiet mhux qed jieħdu l-manutenzjoni u l-attenzjoni li jenħieġu mill-persuni responsabbli mill-IT tad-dipartiment u għalhekk mhux qed isir użu minnhom?
Jista' l-Ministru jassigura li l-persuni nkarigati mill-IT jkunu disponibbli matul il-jum kollu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li hemm persuna waħda biss li ġiet mogħtija l-inkarigu ta' IT Facilitator, biex tkopri d-Dipartiment ta' l-Artijiet u dak ta' l-'Estate Management'.
Barra mix-xogħol ta' IT Facilitator, il-persuna konċernata għandha xogħol ieħor fid-Dipartiment ta' l-Artijiet u għalhekk ma tistax tkun disponibbli fuq xogħol ta' IT matul il-jum kollu.
Ninsab infurmat ukoll li l-computers li mhux isir użu minnhom għandhom bżonn tiswijiet li ma jistgħux isiru mill-IT Facilitator. Qed jittieħdu l-passi biex dawn jiġu msewwija.
22.03.99
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-permess li nħareġ mid-Dipartiment ta' l-Artijiet biex jiġu operati Leisure Attractions (Bumping Cars) ġewwa l-Furjana lill-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament ingħata b'mod regolari?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li r-risposta hija fl-affermattiv.
22.03.99
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-approvazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Furjana sabiex il-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament ingħatat permess mid-Dipartiment ta' l-Artijiet biex jopera Bumping Car Attraction?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Furjana ma kienx favur li l-kumpannija li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant tarma Bumping Car Attraction bejn it-12 u s-16 ta' Frar, 1999, f'parti żgħira mill-car park li hemm fit-tarf tal-fosos tal-Furjana. Il-Kunsill kien tal-fehma li din l-attrazzjoni kienet ser tokkupa l-parking area b'detriment għan-nies tal-lokal.
Id-Dipartiment ta' l-Artijiet ikkunsidra din l-oġġezzjoni u ħareġ permess biex tintrama din l-attrazzjoni f'parti żgħira ħafna fit-tarf tal-car park, biex, filwaqt li ma jinħolqux problemi għan-nies tal-lokal, tkun tista' tiġi armata din l-attrazzjoni għal jiem tal-Karnival, liema attrazzjoni ilha tintrama fl-istess post għal ħafna snin.
22.03.99
Jista' l-Ministru jgħidli fuq liema local plan qiegħed taħdem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fil-preżent? Jista' l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol (dettalji ta' meta beda x-xogħol u f'liema stadju waslu) li sar s'issa fuq il-local plans?
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ż-żewġ persuni, li isimhom qed jintbagħat separatament, se jingħataw il-Long and Efficient Service Medal bħala membri ta' l-Airport Fire Services mal-Forzi Armati ta' Malta?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ż-żewġ persuni li
dwarhom saret il-mistoqsija ġew irrakkomandati biex
jirċievu l-Midalja għal Servizz Twil u Effiċjenza tal-Forzi
Armati ta' Malta.
Irrid ngħid li kien fi żmien il-Gvern immexxi minni
jiġifieri fl-1992 meta bdew jingħataw il-Midalji għal
Servizz Twil u Effiċjenza. Fil-fatt, f'dik is-sena kienu
rċevew din il-midalja 248 membru ta' l-Armata, 24 fl-1993,
23 fl-1994, 106 fl-1995 u 26 fl-1996.
Għal xi raġuni mhux magħrufa mill-Gvern preżenti, fi żmien
il-Gvern preċedenti, din il-midalja ma ngħatatx la fil-1997
u lanqas fil-1998. Per konsegwenza ta' dan, il-membri ta'
l-Armata li fil-31 ta' Marzu li ġej ser jirċievi din il-
midalja ser ikunu ta' 151, li huwa ogħla mill-medja tas-
snin l-oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nies tilfu x-xogħol minħabba redundancy tul Frar 1999? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-eta' tagħhom? Jista' l-Ministru jindika x-xogħol preċedenti tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
15.3.99
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ħa l-gvern tiegħu fl-aħħar sitt xhur biex jassigura li l-pajjiż jibda lejn it-triq li għandha twassal għal deficit ta' 3% tal-GDP?
Response (DALLI, JOHN)
Il-passi li ttieħdu huma konformi ma` dawk imħabbra fil-Budget f`Novembru li għadda.
Jista' l-Prim Ministru jgħid bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u t-28 ta' Frar, 1999: (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-uffiċċju tiegħu; (ii) min għamel l-ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv) intalbu quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; u (vii) ingħataw extensions?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Kif jaf l-Onor Interpellant, minn meta fetaħ dan il-
Parlament f'Ottubru li għadda, b'risposti għall-diversi
domandi fir-rigward ta' din il-mistoqsija, diġa tajt
informazzjoni dettaljata, li f'kull każ inħlew ħafna żmien
u enerġija biex tinġabar. Għalhekk, sakemm ma ningħatax
raġuni valida 'l għala l-informazzjoni mitluba għandha
tingħata, ma nara l-ebda skop li dan isir.