Jista' l-Ministru jgħid x'passi qegħda tieħu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar l-ilment mir-residenti tal-Fgura dwar nugrufun li qed ikun ta' spiss preżenti, fl-istess lokalita' u li qiegħed jikkawża inkonvenjent kbir lir-residenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar irreferiet l-ilment lid-Dipartiment għall-Protezzjoni ta` l-Ambjent permezz ta` l-Uffiċjal Pubbliku membru fuq il-Bord ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna qiegħed jagħti lill-klabb tal-football tax-Xgħajra, biex jitneħħa l-periklu li hemm wara l-lasti tal-ground tal-football, in-naħa li qiegħed jitla' bini ġdid?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'Awissu 1998 kienet ingħatat għajnuna finanzjarja ta' Lm2,500 lil Xgħajra Tornadoes F.C. mis-Segretarjat għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti sabiex itejbu l-faċilitajiet tal-ground tagħhom. Jirriżulta minn stħarriġ li din l-għajnuna ma ġietx utilizzata sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa tal-ground skond l-istess talba tal-club. Informat ukoll li sal-lum, il-club naqas li jipprovdi dettalji u xhieda tax-xogħol li effettivament sar mill-club permezz ta' l-imsemmija għotja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qiegħed isir xi bini fuq in-naħa tan-nofsinhar ta' Mġarr Road, Qala, Għawdex? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħidli jekk din iz-zona kenitx green area sa ftit ta' żmien ilu, u għadhiex hekk sal-lum? Jekk kien hemm tibdil, jista' l-Ministru jinformani meta sar dan it-tibdil u x'tip ta' żvilupp hu permess li jsir f'din iz-zona?
Response (BORG, TONIO)
Jista` l-Onor. Interpellant jindika fuq site plan is-sit li qed jirreferi għalih.
Billi fit-3.6.99 int kont għedt permezz ta' stqarrija għall-istampa li kont se toffri 863625 share fil-Middle Sea Insurance Plc għall-bejgħ lix-shareholders tal-Mid-Med Bank irreġistrati fl-istock exchange fl-għeluq tal-5.4.99 bil-prezz indikat ta' Lm2.28.1 kull share, jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jsir dan u meta beħsiebek tħabbar l-policy għal allokazzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dan l-eżerċizzju għandu jkun konkluż sa l-aħħar ta` Marzu 2000.
Jista' l-Ministru jgħidli jekk il-bastiment Erika li kien involut fl-inċident ħdejn il-kosta Franċiża, qattx daħal Malta taħt dan l-isem jew xi isem ieħor? Jekk fl-affermattiv, meta daħal u kemm dam Malta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-Tanker Erika daħal fl-ibħra territorjali u portijiet Maltin 12-il darba, kif ġej:
ISEM IT-TANKER DATA META WASAL DATA META TELAQ
Nobless 28.01.96 29.01.96
Nobless 30.01.96 31.01.96
Nobless 18.04.96 27.04.96
Erika 19.12.96 19.12.96
Erika 25.03.97 27.03.97
Erika 27.03.97 27.03.97
Erika 12.05.97 12.05.97
Erika 13.05.97 13.05.97
Erika 13.07.97 13.07.97
Erika 11.06.98 12.06.98
Erika 28.11.98 30.11.98
Erika 02.05.99 04.05.99
Jista' l-Ministru jikkonferma jew jeskludi kategorikament jekk apparti l-istatements magħmula minn Joseph Fenech u li jinsabu fl-atti tal-proċess fil-kawża Repubblika ta' Malta vs Abraham Grima et (Att ta' Akkuża Nru. 10 93) m'hemmx statements oħra, dejjem mill-istess persuna u dejjem konċernanti l-istess każ, li għadhom qatt ma ġewx esebit u li jinsabu jew għand l-Avukat Ġenerali jew għand il-Kummissarju tal-Pulizija?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Avukat Generali tar-Repubblika nfurmani illi hu ezebixxa l-`istatements` kollha li qed jirreferi ghalihom l-Onor. Interpellant. Dwar il-Kummissarju tal-Pulizija, l-Onor Interpellant hu mitlub jaghmel id-domanda tieghu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk daħlux impjegati ġodda ma' l-Awtorita' ta'l-Ippjanar, jekk iva ħarġet call for application? Jekk ma ħarġitx, kif ġew impjegati u kemm kienu ilhom jirreġistraw? Minn liema lokalita' huma? Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux transfers interni fi ħdan l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jekk fl-affermattiv, kif saru u x'ġustifikazzjonijiet kien hemm?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika l-perijodu li dwaru qed tintalab l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx il-ħsieb li xi art/artijiet li huma meqjusa bħala wirt naturali u allura huma tal-gvern ser jiġu mogħtija lil xi għaqda volontarja? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' fejn huma dawn l-artijiet u lil liema għaqda dawn ser jingħataw? Jekk dan hu minnu x'kienu l-kriterji li uża l-gvern biex wasal għal din id-deċiżjoni meta saret l-għażla ta'l-għaqda u l-art/artijiet? X'passi se jiġu meħuda biex l-art/artijiet jibqgħu jitgawdew mill-pubbliku u mingħajr ħlas? Jekk jeżisti abbozz ta' xi kuntratt, nitlob lill-Ministru jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma sar fil-passat, meta artijiet tal-Gvern jingħataw b`titolu lil xi għaqdiet volontarji/kulturali/sportivi, dan isir permezz ta` Riżoluzzjoni Parlamentari.
25.10.99
Rigwardanti l-każ Repubblika ta' Malta vice Tarcisio Borg, etc. fejn żewġ imputati ħlief Joe Fenech ammettew, jista' l-Ministru jgħid jekk l-istatement rilaxxat minn Joe Fenech jinstabx għand l-Avukat tar-Repubblika? Jekk fin-negattiv, għand min jinstab? Jista' l-Ministru jgħid meta l-każ kontra Joe Fenech se jkompli jinstema'?
Response (GATT, AUSTIN)
L-istatements maghmula mill-akkuzati kollha fil-Kaz `Repubblika ta` Malta versus Abraham Grima et` (Att ta` Akkuza Nru. 10 ta` l-1993), fejn hemm akkuzi wkoll kontra Tarcisio Borg u Joseph Fenech) jinstabu fl-atti tal-process, il-Qorti.
Il-kaz kontra Joseph Fenech ghadu mhux appuntat wara li l-istess Joseph Fenech gie moghti mahfra mill-President tar-Repubblika bil-kundizzjoni illi hu jixhed u jixhed il-verita` f`numru ta processi kriminali kontra persuni ohra. Sa issa dawn il-processi ghadhom ma stemghux kollha u ghalhekk ma jistax jitkompla l-kaz kontra Joseph Fenech qabel ma jkun hemm l-opportunita` li hu jixhed f`dawn il-processi biex jigi assigurat illi hu jottempora ruhu skond il-kundizzjonijiet tal-mahfra.
L-Avukat Generali infurmani wkoll illi wara li Joseph Fenech jixhed f`dawn il-processi l-ohra, hu, l-Avukat Generali, jkun f`pozizzjoni jiddetermina, bla indhil minn hadd kif titlob il-Kostituzzjoni, jekk Joseph Fenech ikunx qaghad ghal kundizzjonijiet kollha imposti lilu fil-mahfra; u li wara li studja l-processi fejn Joseph Fenech gia` ta ix-xhieda tieghu skond l-istess mahfra hu tal-fehma fil-kumpless tal-provi kollha illi Joseph Fenech, s`issa, mexa skond il-kundizzjonijiet imposti fuqu fil-proklama.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx il-ħsieb li xi art/artijiet li huma meqjusa bħala wirt naturali u allura huma tal-gvern, jiġu mogħtija lil xi għaqda volontarja?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' fejn huma dawn l-artijiet u lil liema għaqda dawn se jingħataw? Jekk dan hu minnu, x'kienu l-kriterji li uża l-gvern biex wasal għal din id-deċiżjoni meta saret l-għażla ta' l-għaqda u l-art/artijiet? X'passi se jiġu meħuda biex l-art/artijiet jibqgħu jitgawdew mill-pubbliku u mingħajr ħlas? Jekk jeżisti abbozz ta' xi kuntratt, ntalab lill-Ministru konċernat ipoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'karozza qiegħed juża s-Segretarju Parlamentari l-Onor. George Hyzler? Jista' jgħid ukoll jekk is-Segretarju Parlamentari Hyzler kienx qiegħed jagħmel użu minn karozza differenti sa xi żmien ilu? Jekk jirriżulta li l-karozza tas-Segretarju Parlamentari nbidlet, jista' jgħid il-karozza li kienet tintuża minnu xi żmien ilu minn min qed tintuża? Jista' jgħid ukoll il-karozza preżenti: 1) kemm inxtrat; 2) jekk inxtrat ħarġietx sejħa offerta; 3) jekk hijiex mikrija; 4) jekk mikrija, mingħand min; 5) Jekk mikrija, x'ammont qed jitħallas?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li meta l-Onorevoli Dottor George Hyzler inħatar Segretarju Parlamentari beda jagħmel użu mill-karozza li sab u li issa qed tintuża mis-segretarjat. Wara 'call for quotations', ġiet aċċettata l-orħos 'quotation' li kienet dik ta' Meli Car Rentals Limited li offra Volvo S80 b'Lm517.08c - taxxa eskluża - fix-xahar b'arranġament ta' 'lease with option to purchase at its written down value'.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex maħtur id-Direttur taċ-Ċentru tar-Restawr ta' Bighi? Jekk fl-affermattiv, min hu u jista' jgħid jekk kienx hemm sejħa għall-applikazzjonijiet, liema kienu l-gradi li setgħu japplikaw, sarux interviews u xi kwalifiki kienu meħtieġa? Jekk ma sarux interviews, kif ġiet magħżula l-persuna li se tmexxi ċ-ċentru? X'inhuma l-kwalifiki tagħha u jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' dawk kollha li applikaw bil-kwalifiki tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Direttur taċ-Ċentru tar-Restawr ta' Bighi sejjer jintgħażel minn "short-list" ta' tliet kandidati li tħejjiet wara interviews li saru nhar it-Tlieta 6 ta' Lulju 1999. Bħalissa għadhom għaddejjin it-trattattivi finali mal-persuni konċernati. Din ix-short-list tħejjiet wara li kien hemm sejħa għall-applikazzjonijiet li ġiet ippublikata f'Ġunju li għadda kemm fil-Gazzetta tal-Gvern kif ukoll fl-istampa lokali. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet speċifikat tliett kriterji prinċipali għall-pożizzjoni ta' Direttur, jiġifieri li din il-persuna tkun gradwat, b'esperjenza fi tmexxija t'ażjenda b'missjoni pubblika u b'dimensjoni internazzjonali.
L-għażla saret mill-Board of Governors taċ-Ċentru tar-Restawr fuq rakkomandazzjoni ta' Selection Board kompost miċ-Chairman u żewġ membri tal-Board of Governors li sejħu għal intervista lil dawk il-kandidati li mill-applikazzjonijiet tagħhom dehru li jissodisfaw il-kriterji indikati.
Il-liġi fuq il-ħajja privata hi tali li ma teżistix biżżejjed ġustifikazzjoni li l-applikazzjonijiet t'individwi privati jiġu mxandra, speċjalment jekk dawn ma jixtiqux ixandru l-fatt li tefgħu applikazzjoni, ħaġa li tista' tkun ta' ħsara lill-impjeg preżenti tagħhom. Iżda, jekk l-Onor. Membru jixtieq aktar dettalji, ninsab informat li l-Board of Governors taċ-Ċentru Malti tar-Restawr jista' jilqgħu f'laqgħa fejn jiġi muri kopji anonimizzati tal-applikazzjonijiet li rċieva u jkun dispost iwieġeb kwalunkwe domanda raġonevoli.
Jista' l-Ministru jgħid x'karozza qiegħed juża s-Segretarju Parlamentari l-Onor. George Hyzler? Jista' jgħid ukoll jekk is-Segretarju Parlamentari Hyzler kienx qiegħed jagħmel użu minn karozza differenti sa xi żmien ilu? Jekk jirriżulta li l-karozza tas-Segretarju Parlamentari nbidlet, jista' jgħid il-karozza li kienet tintuża minnu xi żmien ilu minn min qed tintuża? Jista' jgħid ukoll il-karozza preżenti: 1) kemm inxtrat; 2) jekk inxtrat ħarġietx sejħa offerta; 3) jekk hijiex mikrija; 4) jekk mikrija, mingħand min; 5) Jekk mikrija, x'ammont qed jitħallas?
Peress li xi residenti fil-qasam tad-djar f'San Ġwann t'Għuxa, Bormla f'Jannar li għadda ġew mistoqsija mill-Awtorita' tad-Djar jekk iridux jixtru l-post li jgħixu fih, u peress li min hu nteressat sal-lum għadu mingħajr tweġiba, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna fiex waslu l-affarijiet u jekk hemm xi problemi x'inhuma u meta jaħseb li jkunu riżolti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7921 qiegħda tinġabar u tingħata f'xi Seduta oħra.
21.06.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkwilini ta' Triq Sant'Anna, fil-Furjana jistgħux jixtru l-appartamenti fejn joqogħdu? Jekk le, x'inhi l-problema u jekk hemmx xi ħsieb li tiġi rranġata?
Response (BORG, TONIO)
Bħalma diġa` għidt fit-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7191, sabiex il-Gvern ikun jista` jiddisponi minn postijiet mikrija, l-art li fuqhom jinsabu dawn il-postijiet trid tkun tal-Gvern b'titlu assolut.
Ħafna mill-art fi Triq Sant'Anna, il-Floriana, ġiet meħuda b'titlu ta' 'possession and use'. Il-proprjeta` tal-Gvern li tinsab fuq din l-art tista` tinbiegħ biss jekk is-sidien li kienu jipposjedu din l-art jew il-fondi li kien hemm, ikunu lesti li jaqilbu t-titlu għad-dominju pubbliku (public tenure) u kontestwalment ibiegħu l-kera tal-għarfien (recognition rent) lill-Gvern.
Is-sidien li kellhom proprjeta` meħuda b'dan il-mod qegħdin jiġu mħajjra jagħmlu dan.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk mid-19 ta' Mejju, 1999 sal-lum niżlux xi ajruplani tal-gwerra fl-ajruport internazzjonali ta' Malta? Jekk fl-affermattiv, meta niżlu, kemm damu, kemm kienu u ta' liema nazzjonalita' kienu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mid-19 ta` Mejju 1999 sa llum niżlu u telqu minn Ħal Luqa dawn l-arjuplani:
TIP No. NAZZJONALITA NIŻŻLU TELQU
Tornadoes 3 UK 20-05-1999 21-05-1999
Tornadoes 2 UK 21-05-1999 24-05-1999
Hawks 2 UK 22-05-1999 24-05-1999
P3A 1 USA 26-05-1999 27-05-1999
Jista' l-Prim Ministru jgħidli x'xogħol u testijiet saru s'issa in konnessjoni mat-tħaffir tal-bir tal-Madonna taż-Żejt ġewwa Għawdex u x'riżultati ħarġu s'issa?
Kemm ġiet tiswa l-ispiża s'issa, x'inhu pproġettat li fadal isir dwar tħaffir u testijiet qabel jiġi terminat kompletament ix-xogħol/testijiet?
Kemm hi stmata l-ispiża totali sa meta jispiċċa x-xogħol kollu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-Onorevoli Interpellant ġentilment mitlub jirreferi għad-diversi tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari li saru s'issa rigward ix-xogħol, testijiet u spejjez fuq il-bir f'Għawdex, fosthom dawk numru 5959, 6077 u 5362. Ninsab infurmat li l-pożizzjoni preżenti dwar it-tħaffir u t-testijiet ma tbidlitx minn dik imsemmija fl-aħħar tweġiba mogħtija fil-11 ta' Mejju 1999 għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5362. It-tħaffir tat-toqba oriżżontali li qed isir bħal issa, mistenni jintemm fi ftit jiem oħra u wara għandhom isiru testijiet.
Sa issa l-ispiża ġiet tiswa madwar Lm10.680 miljun u mistennija tlaħħaq madwar Lm1 miljun ieħor sa meta jispiċċa x-xogħol kollu. Madwar Lm4.8 miljuni minn dawn l-ispejjez huma provduti taħt ir-Raba Protokol bejn Malta u l-Italja.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3645, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni b'kuntratt jew fuq bażi part-time, casual fil-perijodu: (1) bejn 1989 - 1996; (2) mill-1996 sa l-1998; u (3) minn 1998 s'issa? F'liema kapaċitajiet/gradi ġew ingaġġati dawn in-nies u kemm huma stmati s-salarji globali tagħhom? Jista' l-Prim Ministru jindika meta ħarġet is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal kull post?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li mill-informazzjoni li tinġabar f'dan l-Uffiċċju, tista tingħata dik li qiegħda miġbura f'tabella u listi li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. It-tabella turi n-numru ta' kuntratti ġodda li saru matul is-snin imsemmija, u n-numru ta' persuni li kienu jaħdmu fuq bażi part-time jew każwali kif kienu fl-aħħar ta' kull sena.
Il-listi mehmuża mat-tabella juru l-kuntratti ġodda li saru, sena b'sena, mill-1989 sal-1998.
Jien infurmat ukoll li l-informazzjoni dwar kuntratti ġodda ma tinkludix dik ta' persuni li bħal issa qed jaqdu dmirijiet fis-Segretarjati Privati tal-Ministri u Segretarji Parlamentari minħabba li l-proċess biex jiġu ffirmati dawn il-kuntratti għadu mhux konkluż.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il enforcement notice ħarġet mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u ma ġietx imwettqa, minn mindu ilha mwaqqfa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jista' l-Ministru jindika l-post ukoll ta' fejn ħareġ l-enforcement?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn mindu twaqqfet l-Awtorita` ta' l-Ippjanar (01/01/1993) sa l-aħħar ta' Frar ta' l-1999, inħarġu 7,672 Avviż (Enforcement Notice u/jew Stop and Enforcement Notice). L-ammont ta' 2,532 (jew 33%) minn dawn l-avviżi ġew osservati u/jew ittieħdu passi mill-Awtorita` u l-illegalita` illum tneħħiet jew ġiet sanzjonata. Il-kumplament, u ċioe` 5,140 għadhom pendenti. Minn dawn l-avviżi, 1,047 huma suġġetti għal-applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorita`, liema applikazzjonijiet qegħdin jitolbu li l-ksur jiġi ssanat. 316 avviżi oħra huma quddiem il-Bord ta' l-Appell. Għalhekk, skond il-liġi, l-azzjonijiet fuq dawn il-1,363 avviżi huma sospiżi sakemm ikun hemm xi forma ta' deċiżjoni. Il-kumplament, u ċioe` 3,777 avviżi huma pendenti b'azzjoni li għad trid tittieħed mill-Awtorita`. L-enforcement notices nħarġu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
12.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkwilini ta' Triq Sant'Anna, Furjana, jistgħux jixtru l-appartamenti fejn joqogħdu? Jekk le, x'inhi l-problema u jekk hemmx xi ħsieb li tiġi rranġata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar hi informata li l-art li fuqha hemm mibnija l-blokki ta' appartamenti f'din it-triq hi fil-pussess tal-Gvern taħt it-titlu ta' "Possession & Use". Għaldaqstant hu opportun li aktar dettalji għandhom jiġu mitluba lill-Ministru responsabbli mid-Dipartiment ta' l-Art.
10.5.99