Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #15739 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Confectionery goods

Question

Jista' l-Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment il-permess TL/G/16/95 kif konċess, jirriflettix dak li kkonċediet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u cioe' premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid għalfejn il-kummissarju tal-pulizija fehem il-kelma confectionery bħala u konċeda premess għal manifattura u bejgħ ta' pastry fl-istess bini meta pastry żgur ma jammontawx għal confectionery? Ikkonsulta ma' l-Awtorita'?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15735 f`din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #15740 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Confectionery goods

Question

Jista' l-Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment il-permess TL/G/16/95, kif konċess jirriflettix dak li kkonċediet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u cioe' premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid għalfejn il-kummissarju tal-pulizija fehem il-kelma confectionery bħala u konċeda premess għal manifattura u bejgħ ta' cigars fl-istess bini meta cigars żgur ma jammontawx għal confectionery? Ikkonsulta ma' l-awtorita'?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15735 f`din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #15588 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lija — Villa Francia

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi żvilupp dwar il-każ ta' Villa Francia ta' Ħal Lija? Jista' Ministru jgħid għal-liema skop sejra tintuża din il-villa? Jista' jikkonferma li bħalissa qed isiru xi xogħlijiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10373 fl-20 ta' Ottubru 1999.
Leg 9 PQ #15240 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Qorti t'Għawdex — Separazzjoni pendenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet ta' separazzjoni pendenti quddiem il-Qorti ta' Għawdex matul is-sena 1999? Kemm minnhom ġew deċiżi jew b'xi mod konklużi f'dik is-sena? Kemm daħlu każijiet ġodda matul Jannar u Frar ta' din is-sena 2000?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-numru ta' każijiet ta' separazzjoni quddiem il-Qorti ta' Għawdex kienu kif jidhru hawn taħt. In-numru ta' kawżi Superjuri Ċivili pendenti fil-31 ta' Diċembru 1999 kien ta' 24. Matul l-istess sena ġew deċiżi jew konklużi 7 kawżi. Rikorsi ta' Gurisdizzjoni Volontarja pendenti fil-31 ta ' Diċembru 1999 kien ta' 11 filwaqt li matul l-istess sena ġew deċiżi jew konklużi 36 każ. F'Jannar u Frar ta' din is-sena (2000) kien hemm tliet Kawżi Superjuri Ċivili u 12-il Rikors Ġurisdizzjoni Volontarja ġodda.
Leg 9 PQ #15241 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Casual Social Assistants

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' sigħat (average) ta' xogħol li kienu jaħdmu l-casual social assistants f'Għawdex f'ġurnata normali tax-xogħol f'Marzu, 1999? X'inhuwa n-numru ta' sigħat ta' xogħol li qiegħed jingħata f'ġurnata normali tax-xogħol bħalissa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-numru ta' sigħat average ta' xogħol li kienu jaħdmu l-Casual Social Assistants f'Għawdex f'ġurnata normali tax-xogħol f'Marzu 1999 kien ta' 462 siegħa filwaqt li f'Marzu 2000 kien ta' 476 siegħa.

Benefiċċji Soċjali — Benefiċjarji Għawdxin

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm benefiċjarji Għawdxin taħt il-35 sena li qegħdin jibbenefikaw taħt l-iskema tal-għajnuna soċjali, skond kull skema? Kemm hemm benefiċjarji li għandhom iktar minn 36 sena iżda li ma għalqux is-46 sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprovdi li titħallas Għajnuna Soċjali jew minħabba mard jew minħabba qagħad. L-Għajnuna Soċjali li titħallas lill-benefiċċarji li joqgħodu f'Għawdex hi maqsuma kif jidher hawn taħt. Għajnuna Soċjali 447 Għajnuna Soċjali għal Disimpjieg 281 Ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika li tiddentifika l-etajiet tal-benefiċċjarji li jirċievu l-Għajnuna Soċjali.
Leg 9 PQ #15243 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet — Museum Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħareġ ir-riżultat ta' l-eżami tal-Museum Officers? Kemm għaddew b'kollox u meta ħadu l-ħatra? Meta ġew assenjati x-xogħol ġdid tagħhom? X'passi ħa s'issa d-Dipartiment tal-Mużewijiet ħalli posthom jimtela' bi gwidi tal-mużew ġodda? Kemm ikun hemm bżonn museum officers għal Għawdex jekk jiġu assenjati xogħol fuq l-istess kriterju bħal dawk ta' Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li: i) Ir-riżultat ġie ppublikat fl-1 ta' Settembru 1999. ii) Għaddew b'kollox 44, li minnhom ġew rakkomandati 24 għal ħatra skond l-eżiġenzi (15 Maltin u 9 Għawdxin). iii) Ħadu l-ħatra fis-16 ta' Diċembru 1999 b'effett lura mid- 19 ta' Novembru 1999. iv) Immedjatament mal-ħatra. v) Deċiżjoni dwar ingaġġ ġdid ser tittieħed bħala parti mir- riforma tad-Dipartiment tal-Mużewijiet. vi) 9 mill-24 Museum Officers ġodda huma Għawdxin u qed jagħmlu xogħolhom Għawdex stess.
Leg 9 PQ #15376 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Animazzjoni "Sentinella"

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14833, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex ma tatx informazzjoni dwar sar minnhom il-flus ivvotati għall-Animazzjoni "Sentinella" għas-sena finanzjarja 1999? Tista' tagħti din l-informazzjoni lil dan il-Parlament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ma kienx hemm flus ivvotati speċifikament għall-animazzjoni 'Sentinella'.
Leg 9 PQ #15124 Sitting 274 2000-03-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ TL/G/16/95

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija kkonċeda l-permess Nru. TL/G/16/95 għal manifattura u bejgħ ta' cheese cakes mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15125 Sitting 274 2000-03-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Każ 4690/93

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, permezz tal-permess 4690/93 kkonċeditx permess għal manifattura u bejgħ ta' pies fiż-żona hemm indikata?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15126 Sitting 274 2000-03-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ TL/G/16/95

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija kkonċeda permess numru TL/G/16/95 għal manifattura u bejgħ ta' soft drinks fi żona residenzjali mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15127 Sitting 274 2000-03-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Każ 4690/93

Question

Jista' ll-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, permezz ta' permess 4690/93 kkonċeditx permess għal manifattura u bejgħ ta' pizza fiż-żona hemm indikata?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15128 Sitting 274 2000-03-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Każ 4690/93

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, permezz tal-permess 4690/93, kkonċeditx permess għal manifattura u bejgħ ta' sigarri fiż-żona hemm indikata?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15129 Sitting 274 2000-03-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ TL/G/16/95

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija kkonċeda permess numru TL/G/16/95 għal manifattura u bejgħ ta' sigarri fi żona residenzjali mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15118 Sitting 273 2000-03-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Każ 4690/93

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, permezz tal-permess 4690/93 ikkonċedix permess għal manifattura u bejgħ ta' tortellini fiż-żona hemm indikata?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15119 Sitting 273 2000-03-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Każ 4690/93

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, permezz tal-permess 4690/93 ikkonċeditx permess għal manifattura u bejgħ ta' soft drinks fiż-żona hemm indikata?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15120 Sitting 273 2000-03-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ TL/G/16/95

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija kkonċeda l-permess numru TL/G/16/95 għal manifattura u bejgħ ta' tortellini mingħajr l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15121 Sitting 273 2000-03-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ TL/G/16/95

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija kkonċedix il-permess numru TL/G/16/95 għall-manifattura u bejgħ ta' ravioli mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15122 Sitting 273 2000-03-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ TL/G/16/95

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Kummissjarju tal-Pulizija kkonċeda l-permess numru TL/G/16/95 għall-manifattura u bejgħ ta' pizza mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.
Leg 9 PQ #15123 Sitting 273 2000-03-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ TL/G/16/95

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija kkonċeda l-permess numru TL/G/16/95 għal manifattura u bejgħ ta' pies mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15091.