Jista' l-Ministru jara li l-Enemalta tieħu passi biex jitneħħa l-periklu billi tinbidel il-lampa u l-arm tagħha li hija msadda u fi stat perikoluż li tinsab fuq 107, Triq l-Arkati, Isla?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta` l-Onorevoli Interpellant giet mghoddija lill-Korporazzjoni Enemalta biex issir l-investigazzjoni mehtiega u jekk ikun il-kaz tittiehed l-azzjoni mehtiega.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra bl-iżvilupp dwar l-agreements li ġew iffirmati mill-Gvern Laburista fejn għandu x'jaqsam tiftix u tħaffir għaż-żejt?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għanda valur kummerċjali u għaldaqstant mhux il-waqt li tingħata.
Tista' l-Ministru tpoġġi kopja tal-crew list tal-vapur Calypso għall-vjaġġi ta' nhar is-Sibt 24 ta' Ġunju bejn Malta u Għawdex u viċe versa li saru bejn l-10.00 a.m u 12.30 p.m.?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-crew tal-vapur 'Calypso' għall-vjaġġi ta' nhar is-Sibt 24 ta' Ġunju bejn Malta u Għawdex u viċe versa li saru bejn l-10.00am u 12.30pm kien jikkonsisti minn disa' (9) persuni magħmula minn Master, Engineer, Engine Driver, Bosun u hames (5) baħrin.
Inħoss li mhux prudenti li l-ismijiet ta' l-impjegati tal-Kumpanija Gozo Channel jiġu mxandra fil-pubbliku.
Peress li l-ġurnalisti ta' Malta qed jilmentaw li tnaqqsilhom l-ispazju u l-kumdita' minħabba li fil-Pixxina Nazzjonali, l-uffiċċju taċ-chairman tqiegħed fuq, jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li din is-sitwazzjoni titranġa speċjalment minħabba l-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar u logħob lokali u internazzjonali ieħor?
Għaliex inħass li ċ-chairman jiftaħ l-uffiċċju f'dan il-post, maqtugħ mill-kumplament tal-Pixxina u b'hekk b'nuqqas ta' kuntatt ma' l-istaff li qed jaħdem fil-Pixxina?
Kemm-il darba iċċaqlaq l-uffiċċju taċ-chairman f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ispazju disponibbli għall-ġurnalisti huwa biżżejjed għan-numru ta' ġurnalisti li jattendu waqt attivitajiet li jsiru fil-Pixxina Nazzjonali. Spazju addizzjonali jista' jiġi provdut skond il-ħtieġa.
Informat ukoll li l-uffiċċju li qed jirreferi għalih l-Onor. Membru iservi kemm ta' uffiċċju taċ-Chairman kif ukoll bħala board room li tintuża minn entitajiet sportivi oħra u li dan l-ispazju ma kienx qed jiġi utilizzat u mhuwiex iżolat mill-kumplament tal-kumpless. Il-kuntatt ma' l-istaff tal-Pixxina ma jiġix billi jkun hemm uffiċċju f'xi lolazzjoni partikolari imma billi ċ-Chairman idur id-diversi faċilitajiet u uffiċini u jara li l-kumpless qiegħed jopera. Tajjeb li nfakkar li dawn il-faċilitajiet żdiedu u tferrxu mal-kumpless kollu. L-uffiċċju taċ-Chairman iċċaqlaq darba biss matul l-aħħar sentejn.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex meta ma ġġeddix il-kuntratt ta' l-ex-Direttur tal-Customer Services fil-Ministeru għal Għawdex dan baqa' ma ngħata ebda raġuni għax il-kuntratt tiegħu ma ġġeddidx, la mill-uffiċċju tiegħek u lanqas mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, minkejja t-talbiet li għamel?
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jew jiċħad li dan sar għax kien hemm rapport sfavorevoli mis-Segretarju Permanenti fl-istess ministeru?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-ħatriet ta' Diretturi fuq bażi ta' Performance Agreement jiskadu awtomatikament meta jagħlaq l-Agreement u ma hemm l-ebda garanzija li Direttur jerġa jingħata l-ħatra. Il-ħatra l-ġdida ssir fuq bażi ta' kompetizzjoni u l-aħjar kandidat jintgħażel għall-post li jkun vakanti. Hekk sar ukoll fil-każ tal-vakanza li kien hemm ta' Direttur (Customer Services) fil-Ministeru għal Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid kemm qiegħda tħallas kera lill-Gvern il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għall-premises li għandha fi Triq Wara s-Sur, ir-Rabat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm qiegħda tħallas kera lill-Gvern l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-premises li għandha fi Triq Sir Luigi Camilleri, ir-Rabat, Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm staff li qegħdin jieħdu ħsieb l-N.G.O. Centre ix-Xewkija u ta' liema grad huma l-uffiċjali jew impjegati? Kemm kien hemm għaqdiet li s'issa għamlu użu minn dawn il-premises?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fiċ-Ċentru għal Għaqdiet mhux Governattivi fix-Xewkija hemm żewġ impjegati li huma Principal u Clerk.
S'issa kien hemm tlieta u ħamsin għaqda li rreġistraw maċ-Ċentru. Sbatax-il għaqda minnhom ġa bdew jagħmlu użu regolari mill-premises u l-faċilitajiet l-ohra offruti mill-istess ċentru.
Tista' l-Ministru tgħid min qiegħed jamministra l-playing fields u l-playgrounds ta' Għawdex, wieħed b'wieħed, u f'kull każ jekk hix tħallas kera lill-Gvern?
Tista' l-Ministru tgħid lil min ingħata b'kera x-shooting range taż-Zebbug, Għawdex, u jekk fl-affermattiv kemm hi l-kera? Jekk fin-negattiv, għaliex għadu ma nkeriex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li x-shooting range fiż-Żebbuġ Għawdex ma hi mikrija lil ebda għaqda iżda qegħdha tintuża mill-Gozo Clay Target Association.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' kuntratti ġew offruti liż-żewġ assistant directors fil-Planning Authority, inkluż dettalji tas-salarji u benefiċċji oħra? Jista' jikkonferma jekk iż-żewġ assistant directors hux se jingħataw vetturi ġodda? X'tip ta' vetturi ngħataw u x'kienet l-ispiża kapitali sabiex jinxtraw dawn il-vetturi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ż-żewġ Assistant Directors fl-Awtorita` ta` l-Ippjanar ġew offruti Kuntratt ta` sena bil-possibilita` li jiġi estiż għal sentejn oħra, liema estensjoni tkun tiddependi mill-kapaċita` u l-ħila li bihom ikun qdew dmirijiethom.
Id-dettalji tas-salarju u benefiċċi oħra huma kif ġej:
- Salarju ta` Lm11,923 fis-sena.
- Ħlas ta` abbonament wieħed fejn din il-professjoni hija meħtieġa għal funzjoni/ħtiġijiet ta` l-Awtorita`.
- Karozza tal-kiri bl-arja kundizzjonata mħallsa mill-Awtorita` jew inkella allowance ta` Lm2,000 fis-sena.
- Mobile telephone bl-ispejjeż mħallsa kif ukoll allowance ta` Lm200 fis-sena biex ikopru l-ispejjeż fuq it-telephone personali minħabba l-qadi ta` dmirijiet għal l-Awtorita`.
- Allowance ta` Lm1,000 fis-sena għal spejjeż ġenerali.
- Proviżjon ta` assikurazzjoni fuq Personal Accident, Life u Local Health.
- Performance Bonus sa massimu ta` 15% tas-salarju annwali li jitħallas darba fis-sena. Dan jiġi stabbilit skond il-ħila u l-kapaċita` murija matul is-sena.
Rigward il-mistoqsijiet li jikkonċernaw il-vetturi, ninsab infurmat li l-Assistant Directors għadhom qed jużaw l-istess karozzi li kellhom qabel il-ħatra tagħhom u għaldaqstant għad ma saret l-ebda nefqa ġdida f`dan ir-rigward, għalkemm hemm il-ħsieb li l-vetturi jiġu upgraded.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' periti impjegati fi ħdan id-direttorat tal-Planning Authority, il-kwalifiki tagħhom u s-snin ta' esperjenza?
Kemm irriżenjaw periti f'dawn l-aħħar xahrejn u kemm kienu ilhom jaħdmu fi ħdan id-direttorat?
X'kienu r-raġunijiet għar-riżenji ta' dawn il-periti? Sar xi attentat da parti tad-direttorat sabiex jiġu evitati dawn ir-riżenji?
X'inhu n-numru ta' impjegati fi gradi tekniċi u gradi professjonali li rriżenjaw mid-direttorat f'dawn l-aħħar tlett xhur?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` periti mpjegati fi ħdan id-Direttorat ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar huma 21. Il-kwalifiki u snin ta` esperjenza tagħhom hu kif ġej : -
Perit Kwalifiki Snin ta`
----- --------- --------
Esperjenza
----------
A BE & A 11-il xahar
B BE & A 10 snin
C A & CE, MA (Urban Design) 9 snin
D BE & A, MA (Planning) 13-il sena
E BE & A, MSc (Transportation & Policy) 9 snin
F A & CE, FRTPI, D. Univ. 29 sena
G BE & A 5 snin
H BE & A 5 snin
I BE & A, P.G. Dip (Environmental 8 snin
Management), MSc (Cons. Tech.)
J BE & A, MA (Urban & Regional Planning) 12-il sena
[Developing Countries]
K BE & A 7 snin
L MA (EPDP), BE & A, MMCEP, MIM, A & CE 9 snin
M BA (Hons) Architecture 3 snin
N A & CE, MSc 7 snin
O BE & A, MA, PhD (Berkley), A & CE 12-il sena
P BE & A, MTP 9 snin
Q A & CE, P.G.Dip. (Environmental 13-il sena
Management) MSc (Protected Landscape
Management)
R BE & A, LRSM, Dip.Cons.(Milan), A&CE 12-il sena
S A & CE 12-il sena
T BE & A, P.G.Dip. (Environmental
Management), MA (Environmental
Management) 7 snin
U MRIBA, FRTPI 35 sena
Ninsab infurmat ukoll li f`dawn l-aħħar xahrejn irreżinjaw żewġ (2) periti minn mad-Direttorat ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar li kienu ilhom jaħdmu sa minn Diċembru 1992.
Ir-raġunijiet għar-riżenji ta` dawn il-periti kienu:
a) Fl-ewwel każ l-impjegata lmentat dwar nuqqas ta` qbil fuq deċiżjonijiet li l-Awtorita` ħadet fir-rigward tagħha u għaldaqstant ħasset li l-ambjent tax-xogħol ma baqax wieħed li jinkoraġġiha li taħdem;
b) Fit-tieni każ ma ngħatat l-ebda raġuni għar-riżenja.
F`dawn iż-żewġ każijiet l-Awtorita` mxiet mal-proċedura tagħha.
Infurmat ukoll li f`dawn l-aħħar tlett xhur irriżenjaw erbgħa (4) impjegati fi gradi tekniċi u gradi professjonali mid-Direttorat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti barranin u Maltin jaħdmu fid-direttorat tal-Planning Authority? X'tip ta' kuntratti għandhom il-konsulenti barranin u x'inhi l-iskala tas-salarji tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fid-Direttorat ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar hemm jaħdmu tliet konsulenti barranin, tnejn full-time u wieħed part-time. Dawn għandhom kuntratt definit li jista` jiġi mġedded u kull wieħed għandu kundizzjonijiet speċifiċi ta` remunerazzjoni.
M`hemmx konsulenti Maltin jaħdmu fi ħdan l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu lampi ġodda, xahar b'xahar, bejn Ottubru 1998 u Frar 2000 f'dawn id-distretti: Mosta, Sliema, Qormi u Għawdex?
Jista' jgħid kemm daħlu lmenti minn ħsarat kaġunati mill-materjal ta' l-Enemalta, xahar b'xahar, bejn Ottubru 1998 u Frar 2000 f'dawn id-distretti: Mosta, Sliema, Qormi u Għawdex?
Jista' jgħid kemm daħlu u saru applikazzjonijiet ta' single u 3 phase, xahar b'xahar, bejn Ottubru 1998 u Frar 2000 f'dawn id-distretti: Mosta, Sliema, Qormi u Għawdex?
Jista' jgħid kemm ħarġu Works Order sabiex isiru deviations tal-linji, xahar b'xahar, bejn Ottubru 1998 u Frar 2000 f'dawn id-distretti: Mosta, Sliema, Qormi u Għawdex?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma narax raguni ghaliex ghandi noqghod nigbor l-informazzjoni mitluba li tkopri xejn anqas minn sbatax-il xahar. Biex dan isir jittiehed hafna zmien li jista` jigi utilizzat ferm ahjar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mhux akkademiċi fl-Universita' li kienu qed jieħdu allowance matul is-snin 1998, 1999 u 2000?
Jista' jgħid għal-liema raġuni kienu qed jieħduhom u liema gradi kienu jokkupaw?
Jista' jgħid minn min kien kompost il-Bord ta' l-Għażla, sew għar-reklutaġġ kif ukoll għal promozzjonijiet tal-ħaddiema mhux akkademiċi matul is-snin 1998, 1999 u 2000?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment il-permess 4690/93 kif konċess, jirriflettix dak li kkonċediet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u cioe premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid jekk bil-kelma confectionery ġiex ukoll konċess il-go ahead sabiex il-kummissarju tal-pulizija jikkonċedi premess għal manifattura u bejgħ ta' soft drinks and natural waters by bottle fl-istess bini meta soft drinks and natural waters by bottle żgur li ma jammontawx għal confectionery?
Ikkonsulta ma' l-awtorita'?
Jista' l-Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri jgħid attwalment il-permess 4690/93 kif konċess jirriflettix dak li kkonċediet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u cioe premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid jekk bil-kelma confectionery ġiex ukoll konċess il-go ahead sabiex il-kummissarju tal-pulziija jikkonċedi premess għal manifattura u bejgħ ta' fruit juices and squashes fl-istess bini meta fruit juices and squashes żgur ma jammontawx għal confectionery?
Ikkonsulta ma' l-awtorita'?