Jista' l-Ministru jikkonferma li membru mill-istaff tas-sezzjoni staff recruitment & development office qed jagħti lectures waqt il-ħin tax-xogħol?
Jekk fl-affermativ, meta ngħata dan il-permess u minn min?
Kemm-il siegħa qed jagħti fil-ġimgħa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li Membru kkwalifikat fil-qasam tal-Management mill-istaff tas-sezzjoni "Staff Recruitment and Development Office" fl-Universita` ġie mogħti l-permess meħtieġ biex mill-1 ta' Ottubru 2000 jibda jagħti erba` siegħat 'tutorials' f'ħin rikjest mill-Fakulta` ta' l-Economics, Management and Accountancy. Dan il-permess ġie mogħti mir-Rettur fuq rakkomandazzjoni tal-Fakulta`. Il-Fakulta` qed ikollha diffikultajiet kbar sabiex timpjega 'lecturers' u għaldaqstant għamlet dan l-arranġament sabiex issolvi ċertu bżonnijiet.
Jista' l-Ministru jgħid min kien ingħata l-qualification allowance fis-sena 1999 mill-membri ta' l-istaff mhux akkademiku ġewwa l-Universita' ta' Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
Lista ta' membri ta' l-istaff mhux akkademiku li kien ingħata l-qualification allowance fis-sena 1999 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inqatgħux il-pagi tal-lecturers fil-Junior College minħabba li ma daħlux biex jagħtu lezzjonijiet fit-2 ta' Ottubru, 2000?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma kienx hemm lectures fit-tnejn ta' Ottubru. Fit-tnejn ta' Ottubru saret iċ-ċerimonja uffiċjali tal-ftuħ tas-sena akkademika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati l-Universita' li qabżu l-eta ta' irtirar u ngħataw estensjoni fis-sena 1999 u s-sena 2000? Jista' jgħid min kienu? Liema grad kienu jokkupaw? Għal kemm qed tingħata l-etensjoni? Liema grad qed jokkupaw issa u jekk humiex full-time jew part-time?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Nirriferi għal mistoqsija parlamentari nru. 20582, u nitlob lill-Ministru jgħid it-tul ta' leave mingħajr ħlas li ngħata kull impjegat u r-raġuni għal unpaid leave għal kull impjegat imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inqatgħux il-pagi tal-lecturers fil-Junior College minħabba li ma daħlux biex jagħtu lezzjonijiet fit-2 ta' Ottubru, 2000?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ir-registratur ta' l-Universita' tax awtorizzazzjoni li l-graduate trainees li daħlu s-sena li għaddiet ser jiġġeddidilhom il-kuntratt minkejja li fis-sejħa għall-applikazzjoni kien kemm stipulat li l-kuntratt ma jistax jiġġedded?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-Reġistratur m'awtorizzax l-estensjoni ta' xi kuntratt anki għaliex mhux il-funzjoni tar-Reġistratur li jagħmel dan. Ebda 'graduate trainee' ma ġġeddidlu l-kuntratt u lanqas hemm il-ħsieb li jiġġedded xi kuntratt ta' xi 'graduate trainee'. Dan ma jipprekludix lill-Universita` li fejn ikun hemm il-ħtieġa timpjega minn xahar għal xahar xi ħadd minnhom.
Jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex irreżenjaw iċ-Chairman u l-Viċi Chairman ta' l-Awtorita' tat-Trasport? Min qed imexxi din l-Awtorita' bħalissa?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, ir-rapport li kien tlesta fil-bidu tas-sena mill-aħħar Chairman dwar it-tibdil li kien hemm meħtieġ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s-Sur Alfred Triganza rriżenja minħabba pressjoni ta' xogħol fil-professjoni tiegħu waqt li s-Sur Pius Fenech irriżenja mingħajr ma ssottometta ebda raġuni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet fl-Universita' ta' Malta mis-sena 1998 'l hawn għall-postijiet akkademiċi u minn min imtlew il-postijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri ta' l-istaff mhux akkademiku fl-Universita' ta' Malta li ġew sekondati mal-gvern jew entitajiet oħra minn Jannar 1997 'l hawn?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li m'hemm ebda membru ġdid ta' l-istaff mhux akkademiku fl-Universita` ta' Malta li ġie sekondat mall-gvern jew entitajiet oħra minn Jannar 1997 'l hawn.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ir-registratur ta' l-Universita' tax awtorizzazzjoni li l-graduate trainees li daħlu s-sena li għaddiet ser jiġġeddidilhom il-kuntratt minkejja li fis-sejħa għall-applikazzjoni kien kemm stipulat li l-kuntratt ma jistax jiġġedded?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni mhux akkademiċi fl-Universita' ta' Malta li kienu qed jieħdu l-qualification allowance fil-bidu tas-sena 2000?
Liema pożizzjonijiet kienu jokkupaw?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri ta' l-istaff mhux akkademiku fl-Universita' ta' Malta li ħadu unpaid leave mis-sena 1994 'l hawn? Min huma u liema gradi jokkupaw?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kien hemm 69 persuna li ħadu unpaid leave mis-sena 1994 'l hawn fl-Universita` ta' Malta. L-informazzjoni dwar min huma u l-gradi li jokkupaw qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid xi kwalita' ta' konsulenza qed jagħmel Lou Bondi mal-kumpannija Maltacom?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jagħmel din il-konsulenza u jekk hux qed jagħmilha waħdu inkella ma' xi kumpannija?
Jista' jgħid kemm qed iħallas tal-konsulenza li qed jagħmel Lou Bondi?
Jista' jgħid ukoll il-Ministru kemm se jitħallas Lou Bondi ta' forum li se jmexxi f'isem il-Maltacom fit-Trade Fair Grounds in-Naxxar?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 19797 waqt din l-istess Seduta
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn persuni li wettqu suwiċidju tul l-aħħar ħames snin - sena b'sena?
Jista' jaqsamhom irġiel u nisa, kemm kellhom eta' u fejn kienu joqgħodu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa disponibbli taħt forma kompjuterizzata sa mill-1 ta` April ta` l-1997 u huwa kif jidher fuq it-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kariga tokkupa l-persuna li d-dettalji tagħha qed tintbagħat separatament, fil-ministeru jew f'xi dipartiment jew entita' oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu?
Jekk fl-affermattiv jista' jgħid xi ħlas qiegħed jirċievi u x'kondizzjonijiet oħra għandu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li bħalissa qed tiġi implimentata struttura ġdida għall-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi. F'din l-istruttura il-MIMCOL qed tingħata rwol aktar wiesgħa f'dak li għandu x'jaqsam mal-ko-ordinazzjoni tal-ħafna entitajiet parastatali li jagħmlu parti minn dan il-Ministeru. Fost affarijiet oħra, qed tinħass ukoll il-ħtieġa li l-funzjoni tar-relazzjonijiet pubbliċi tiġi ikko-ordinata aħjar.
Il-persuna indikata ingħatat kuntratt fuq bażi part-time b'remunerazzjoni ta' Lm3,500 fis-sena sabiex tassisti fil-funzjoni msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-applikazzjonijiet li ħarġu fl-Universita' ta' Malta għall-promozzjonijiet għall-gradi ta' lecturers, senior lecuture, associate professor u professor li kienu ħarġu fis-sena 1998, s'issa kważi sentejn wara, għadhom ma ngħatawx?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-promozzjonijet fi grad ta' lecturers u senior lecturers tlestew. Dawk fi grad ta' associate professor ma jistgħux jiġu terminati għal issa għax għadhom ma waslux l-assessments ta' l-applikanti mill-assessuri barranin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix konflitt ta' interess dirett ġaladarba l-koordinatriċi ta' l-Inclusive Education Programme ġewwa l-Universita' ta' Malta hija wkoll waħda minn dawk li tmexxi l-Equal Partners Foundation li hija kumpannija privata?
Kemm se tkun il-kontribuzzjoni ta' l-Universita' għas-seminar li se ssir f'nofs Lulju bejn din il-kumpannija privata u l-Inclusive Education Programme ta' l-Universita'?
Kif se jinqasam l-introjtu minn dan is-seminar?
Lil min qed tirrappreżenta l-koordinatriċi ta' dan is-seminar, lill-Universita' jew lill-fondazzjoni li tmexxi?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.