Jista' l-Ministru jikkonferma jekk għadiex fis-seħħ il-proċedura stabilita li l-biljetti ta' l-ajru tal-Ministru u membri f'delegazzjonijiet tal-Gvern jinqatgħu mill-kumpanija Air Malta?
Billi għal żmien twil kienet proċedura li Ministri u membri f'delegazzjonijiet tal-Gvern jaqtgħu il-biljetti ta' l-ajru mill-kumpanija Air Malta, partikolarment meta jkunu se jintużaw servizzi tagħha?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hu u l-membri li jakkompanjawh huwiex qed isewgu din il-proċedura, u jekk le, minn fejn qed jaqtgħu l-biljetti tagħhom ta' l-ajru?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura hija li Ministru jew uffiċjal tal-Gvern li jsiefru jaqtgħu l-biljetti ta' l-ajru mill-Air Malta jew imngħand xi aġenzija oħra jekk ta' l-aħħar tkun orħos wara li jittieħed inkonsiderazzjoni l-50% skont mogħti mill-Air Malta. Jien u l-membri li jakkompanjawni qed isegwu din il-proċedura.
Jista' l-Ministru jgħid :
Kemm hemm nies mhux Maltin jaħdmu ġewwa l-Isptar Sir Paul Boffa?
X'inhi l-kariga li għandhom?
X'inhu s-salarju li għandhom?
Hemm nuqqas ta' staff ġewwa l-Isptar Boffa?
Kemm jitħallas overtime ġewwa l-Isptar Boffa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li:
Nies mhux Maltin jaħdmu ġewwa l-isptar Boffa hemm tlieta (3);
Il-karigi tagħhom huma: tliet (3) 'Senior Radiographers';
`
Is-salarji tagħhom huma kif ġej:
- żewġ (2) 'Senior Radiographers' fuq kuntratti individwali ta' Lm16, 200 għas-sena
2000 u ta' Lm18,200 għas-sena 2001; u
- Senior Radiographer' oħra fuq kuntratt individwali ta' Lm13,668 għas-sena 2001;
In-nuqqas ta' staff ġewwa l-isptar Pawlu Boffa huwa kif ġej:
Konsulent Kliniku fid-Dipartiment ta' l-Onkoloġija (1)
'Senior Registrar' Kliniku fid-Dipartiment ta' l-Onkoloġija (1)
'Radiotherapy Radiographers' (3) mal-komplement li diġa jeżisti, fosthom il-barranin
fuq imsemmija
'Departmental Nursing Manager' (1)
'Deputy Nursing Officer' (2)
'Mould Room Technician' (1)
'Hospital Auxiliary' (1)
Skrivani (2)
F'sena waħda, l-overtime kollu li jitħallas fl-Isptar Boffa jammonta bejn wieħed u ieħor għas-somma ta' Lm10,000.
Jista' l-Ministru jgħid min ha l-promozzjoni ta' administrative assistant b'riżultat tas-sejħa ta' l-applikazzjoni li saret nhar is-16 ta' Awissu 2000 fl-Universita' ta' Malta
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li b'riżultat tas-sejħa ta' l-applikazzjoni li saret nhar is-16 ta' Awissu 2000 l-impjegati li se nsemmi ħadu l-promozzjoni ta' Administrative Assistant.
Ms Gillian Cachia
Ms Romina Tabone
Mr Christopher Camilleri
Ms Marina Plummer.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma d-duties tal-laboratory officers II assenjati lilhom individwalment mill-Kap tad-Dipartiment tal-Famaċija fl-Universita' ta' Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23713 f'Seduta 506.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa n-numru ta' siegħat ta' overtime li ħadmet l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija, laboratory attendant, fid-Dipartiment tal-Farmaċija fl-Universita' ta' Malta f'dawn l-aħħar sentejn, xahar b'xahar?
Jista' jgħid jekk għanduk permess li jagħmel xogħol barrani?
Jista' jgħid jekk għandux permess li jagħmel xogħol barrani waqt il-ħin tax-xogħol?
Jista' l-Ministru jikkonferma l-informazzjoni li għandi li wara li daħal ir-Reġistratur ta' l-Universita' daħlu warajh l-persuni li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija bħala impjegati full-time fl-Universita' ta' Malta.
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn Diċembru 1991, l-Universita` għamlet 1191 ħatra, fosthom tat-tlett persuni indikati, għalkemm mhinix f'pożizzjoni li nikkonferma r-relazzjoni ta' l-aħħar persuna ndikata. F'kull każ jien assigurat li m'hemm l-anqas l-iċken ħjiel ta' irregolarita` fil-ħatra tat-tlett persuni indikati u għalhekk ma nifhimx għal liema raġuni saret id-domanda sakemm l-Onor. Membru ma jridx jimplika li persuni li b'xi mod, fil-qrib, jew mill-bogħod direttament jew indirettament ikunu relatati ma' xi uffiċjal ta' entita` pubblika għandhom ikunu preklużi milli japplikaw u jiġu konsidrati għal ingaġġ ma' l-Universita`.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki akkademiċi tar-reġistrar, Director of Finance, Librarian, u l-estates & works manager fl-Universita' ta' Malta?
Taħt liema sejħa għall-applikazzjoni kull wieħed minn dawn ġie appuntat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li (bil-premessa li ħatriet ma jsirux biss fuq kwalifiċi akkademiċi partikularment meta l-pożizzjoni tkun ta' natura amministrattiva, anke għaliex il-kwalitajiet meħtieġa ma jitkejlux biss bil-kwalifiċi akkademiċi, u dan hu aċċettat u pprattikat f'kull organizzazzjoni kemm fis-servizz pubbliku kif ukoll f'azjendi privati) il-kwalifiċi akkademiċi ta' l-uffiċjali msemmija huma:-
Ir-Reġistratur: Ċertifikat ta' għalliem u Diploma in Education (Administration and Management). Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-post ta' Reġistratur kienet ħarġet fis-27 ta' Awissu 1991.
Direttur tal-Finanzi: Diploma in Business Law and Accounting. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-post ta' Direttur tal-Finanzi kienet ħarġet fit-22 ta' Awissu 1997.
Direttur tal-Bibljoteka: Baċillerat u Liċenzjat (Master's) fit-Teoloġija (B.D. & Lic. D) mill-Universita` ta' Malta u Master in Library and Information Science (M.A.) mill-Universita` ta' Sheffield fl-Ingilterra. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-post tad-Direttur tal-Bibljoteka ta' l-Universita` kienet ħarġet fit-22 ta' Awissu 1997.
Estates & Works Manager: M.A. Cost Engineer, M.R.I.C.S. (Bldg) Member of Institution of Chartered Surveyors (London - 15 years), MSc Facilities Management (Edin). Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-post ta' Estates & Works Manager kienet ħarġet fl-24 ta' April 1996.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kuntratti li ngħataw mill-precincts Office ta' l-Universita'? Kemm kienu jammontaw? Kemm kien hemm minnhom direct orders? Min ha dawn il-kuntratti u għal liema xogħol
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm direct orders u kemm ingħataw minnhom dawn l-aħħar sentejn fl-Universita' ta' Malta?
Kemm kienu jammontaw b'kollox? Liema kienu dawk il-kumpaniji li ħadu id-direct orders?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija li jaħdem fl-Universita' ta' Malta bħala clerk se jingħata l-promozzjoni ta' administrative assistant biex wara dan ikun trasferit għaċ-Ċentru ta' l-Universita' f'Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-persuna indikata ma ngħatatx promozzjoni ta' Administrative Assistant "biex wara jkun trasferit għaċ-Ċentru ta' l-Universita` f'Għawdex". Il-persuna ndikata applikat wara sejħa pubblika għal applikazzjonijiet minn persuni ggradwati u ntgħażlet għax għandha l-kwalifiċi u l-kapaċitajiet meħtieġa. L-Universita` timla' l-postijiet li jkun hemm vakanti skond il-ħtieġa b'dawk il-persuni li jkunu l-aktar adatti biex jimlew dawk il-postijiet.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk fil-Malta Shipbuilding ħarġitx tender biex jinbiegħ l-scrap tal-ħadid jew ingħatatx direct order? Jekk ingħata b'direct order, min ta l-ordni? Għaliex ma ntbagħatx security guard kif normalment isir biex jintiżen u għaliex ma ntiżinx fid-dwana ta' Kordin kif isir normali u minflok ingħata li jintiżen minn kumpanija privata?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-Malta Shipbuilding ma biegħet l-ebda scrap b'direct order. Kien hemm enquiries ma' erba' scrap dealers u l-bejgħ sar skond l-aħjar offerta.
L-iscrap intiżen fuq miżien ta' kumpanija indipendenti fil-preżenza kontinwa ta' uffiċjal tal-Malta Shipbuilding u l-ispejjeż kollha relatati tħallsu mill-iscrap dealer li kien qed jixtri.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarx xi rapport minn Ulstein fuq ix-Ship Equipment Stores li hemm fil-Malta Shipbuilding fejn ġie indikat li dawn l-aħħar tliet xhur kien hemm diżordni f'dawn l-istores? Jistax wkoll jinforma lill-Kamra jekk dan in-nuqqas jistax iservi ta' dannu għall-Malta Shipbuilding? L-istock taking li kien inbeda' fil-Malta Shipbuilding f'Settembru li għadda fuq il-materjal li inxtara minn Ulstein għall-kumpanija Gozo Channel tlesta? Jekk ma tlestiex, x'inhi r-raġuni? Jista' l-Ministru jiċċekkja jekk dan l-stock taking twaqqafx b'kapriċċ minn xi manager u jekk fl-affirmattiv x'passi ttieħdu kontra min hu responsabbli?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li Ulstein ilmentaw kemm-il darba dwar it-tmexxija ta' l-Equipment Stores waqt li kien għaddej il-bini tal-vapuri tal-Gozo Channel. Il-management tal-Malta Shipbuilding ħa l-passi u neħħa lill-uffiċjal li kien responsabbli minn dawn l-istores u ssostitwieh b'uffiċjal ieħor.
Ninsab infurmat ukoll li l-istock taking tlesta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 22245, jista' l-Ministru jassigura illi dik il-lista li ġiet impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra fiha n-nies kollha li kienu jieħdu l-qualification allowance matul is-sena 1999 fl-Universita?
Jista' l-Ministru jpoġġi listi separati ta' dawk il-membri mhux akkademiċi fis-snin 1996, 1997, 1998?
Response (GALEA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista addizzjoniali ta' membri ta' l-istaff mhux akkademiku li kienu ingħataw il-qualification allowance fis-sena 1999.
Infromat li r-raġuni għala dawn ma kienux inklużi fil-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mal-Mistoqsija Parlamentari Numru 22245 hija murija fil-kolonna tar-rimarki.
Listi separati ta' dawk il-membri mhux akkademiċi li kienu ingħataw il-qualification allowance fis-snin 1996, 1997 u 1998, qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll.
B'referenza għall-mistoqsija nru. 22243, jista' l-Ministru jgħid:
- jekk dan il-kandidat intagħżilx għall-post ta' administrative assistant?
- jekk dan il-kandidat huwiex parentela tar-Reġistratur ta' l-Universita'?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kandidat li minn rajħ ma' attendiex għall-intervisti li saru għall-promozzjoni ta' Administrative Assistant ovvjament ma ntagħżilx għall-post ta' Administrative Assistant. Hu ma għandu ebda parentela mar-Reġistratur.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri ta' l-istaff mhux akkademiċi ġewwa l-Universita' li marru fuq xi scholarship/kors jew żjarat barra minn Malta matul din is-sena?
Fuq liema kors kull wieħed minnhom mar?
Kemm hu t-tul ta' żmien?
Jekk humiex marbutin b'xi kuntratt?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul is-sena 2000 Ms Joanna Felice, Assistant Librarian ingħatat scholarship mill-Universita` ta' Malta. Din ingħatat scholarship fuq part-time basis (żjara ta' ġimgħatejn fl-Universita` ta' Wales kull sena fis-snin 2000, 2001, 2002) bil-kuntratt tas-soltu li kull impjegat ta' l-Universita` jiffirma meta jingħata scholarship. Mrs Felice qed issegwi kors li jwassal għall-M.Sc in Management of Library and Information Services.
Mr Kevin Ellu, Assistant Librarian, żar l-Universita` ta' Amsterdan u l-Uffiċji ta' l-Eurydice ġewwa Brussel biex jipprepara għal miġja ta' l-istudenti ta' l-Erasmus li bdew iżuru Malta fuq is-Socrates/Erasmus Exchanges.
Mr Christopher Camilleri, Executive Officer, beda perjodu bħala stagaire ġewwa s-Socrates, Youth & Leonardo Technical Assistance Office ta' Brussel. Is-Sur Camilleri ifirma kuntratt li jaħdem ma' l-Universita` ta' Malta wara l-istage ġewwa Brussel.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati l-Universita' li qabżu l-eta ta' irtirar u ngħataw estensjoni fis-sena 1999 u s-sena 2000? Jista' jgħid min kienu? Liema grad kienu jokkupaw? Għal kemm qed tingħata l-etensjoni? Liema grad qed jokkupaw issa u jekk humiex full-time jew part-time?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat li meta l-membri ta' l-Academic Staff jgħalqu l-61 sena matul is-sena akkademika normalment l-impjieg tagħhom jiġi estiż awtomatikament sa tmiem is-sena akkademika. Fejn tingħata estensjoni ġeneralment din tingħata għal sena.
Informat li m'hix il-prassi li tingħata informazzjoni personali dwar impjegati partikolari.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri ta' l-istaff mhux akkademiċi ġewwa l-Universita' li marru fuq xi scholarship/kors jew żjarat barra minn Malta matul din is-sena?
Fuq liema kors kull wieħed minnhom mar?
Kemm hu t-tul ta' żmien?
Jekk humiex marbutin b'xi kuntratt?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għall-intervisti li saru riċentement għall-promozzjoni ta' Administrative Assistant fl-Universita', jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-kandidati kollha attendew għall-intervista?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li wieħed mill-kandidati m'attendiex għall-intervisti li saru riċentement għall-promozzjoni ta' Administrative Assistant.