Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25407 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet hemm minn awtoritajiet barranin biex jingħataw għajnuna f'investigazzjonijiet li qegħdin jagħmlu? Kemm-il talba ta' ġbir ta' ittri rogatorji hemm pendenti? U mil-liema pajjiżi saru t-talbiet?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni mitluba qieghdha tingabar u risposta tinghata f`xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #25408 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Ministeru tat-Turiżmu

MTA

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-impjegati tal-MTA (qabel NTOM) fl-uffiċju li għandha l-Awtorita' fl-Ingilterra Meta kienu impjegati u x'xogħol jagħmlu? X'tip ta' kuntratt għandhom? Meta saret sejħa biex jimtlew dawn il-postijiet? Kemm applikaw? Xi kwalifiki għandhom dawk l-impjegati? Kemm għandhom salarju u allowances dawn l-impjegati?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #25409 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Dermatoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba fid-dipartiment tad-Dermatoloġija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minkejja li dan hu 'Consultant based service', ninsab infurmat li fid-Dipartiment tad-Dermatoloġija hemm ħames tobba li huma 'full-timers' u tabiba oħra li hija 'part-timer'. Barra minnhekk żewġ tobba oħra bħalissa qegħdin fuq 'unpaid study leave' barra minn Malta.
Leg 9 PQ #25410 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Dermatoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ġewwa d-dipartiment tad-Dermatoloġija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' konsulenti ġewwa d-Dipartiment tad-Dermatoloġija huwa tlieta, inkluż iċ-Chairman.
Leg 9 PQ #25411 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Waiting List

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi twila l-waiting list biex tneħħi felula? Veru li trid tistenna fuq sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat miċ-Chairman tad-Dermatoloġija li l-'waiting list' għall-felul ('warts') bħalissa qiegħda 4 ġimgħat. Il-'waiting list' għall-felul ta' natura kożmetika ('Skin tags') bħalissa qiegħda xahrejn.
Leg 9 PQ #25412 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Inċineratur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inċineratur ta' l-Isptar Boffa huwiex ta' detriment għas-saħħa tan-nies tal-Floriana?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #25078 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal flus il-Gvern matul l-aħħar ħames snin sena b'sena, xahar b'xahar id-Dipartiment tal-Artijiet u l-Estate Management u għal xiex daħlu dawn il-flus u minn għand min?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi biex tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant jinħtieġ ħafna ħin u ħafna riżorsi u ma jidhirlix li l-użu ta` dan il-ħin u riżorsi biex tinġabar din l-informazzjoni hu ġustifikat. Il-flus li jdaħħal id-Dipartiment ta` l-Artijiet f`isem il-Gvern huma kollha riżultat ta` kirjiet, ċnus, bejgħ, permessi, penali u ħwejjeġ oħra simili li jirrigwardaw il-proprjeta` tal-gvern. L-ammont globali li jiddaħħal kull sena huwa ppublikat fl-Estimi tal-Gvern.
Leg 9 PQ #25082 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu fl-aħħar għaxar snin il-periti mpjegati tad-dipartiment ta' l-artijiet u l-estate management bid-dati rispettivi tal-appointment u meta ntemm is-servizz tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-periti mpjegati mid-Dipartiment ta` l-Artijiet bejn l-1991 u l-1997 kienu kif ġej:- Briffa Alfred mit-08.04.1986 sad-29.04.1992 (irriżenja) Caruana Montaldo mit-22.06.1981 sas-26.01.1994 (irtira bl-eta`) Oscar Sciberras John mill-01.08.1975 sal-31.03.1997 Sutton Carmen mit-02.06.1994 sat-30.04.1995 (irriżenjat) Ix-xogħol tal-periti għadda f`idejn id-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta` f`Marzu 1997, meta dan id-dipartiment sar jifforma parti mit-Taqsima ta` l-Artijiet u Kostruzzjoni, illum magħrufa bħala Taqsima Proprjeta` tal-Gvern. Minn dak iż-żmien sal-lum, il-periti mpjegati fid-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta` bejn l-1997 sas-sena 2001 kienu kif ġej:- Cilia Mario mill-01.03.1997 sal-31.08.2001 (irriżenja) Schembri Michael mill-01.08.2000 s`issa Sciberras John mill-01.04.1997 sat-23.10.1997 (assuma l-kariga ta` Direttur Ġenerali) Scotto Stefan mit-30.04.2000 s`issa
Leg 9 PQ #218 Sitting 530 2001-04-23 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Malta High Commission

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma il-locally engaged people jew personnel fil-Malta High Commission ta' Londra? Meta kienu ngaġġati u x'salarju għandhom?

Response (BORG, JOE)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 218 it-tagħrif mitlub huwa kif jidher hawn taħt: NAME DATE OF EMPLOYMENT ANNUAL SALARY £ stg Mr Alfred Cassar 10/06/81 17,524.92 Ms Bernadette Tirador 16/10/89 17,524.92 Mr Albert Dalli 14/07/97 17,524.92 Mrs Arsenia Reyes 01/02/93 16,753.62 Ms Sandra Ellul 13/06/94 15,075.13 Mrs Purisima Blomqvist 02/01/98 15,075.13 Mr James Cachia 13/07/98 14,203.82 Mr Ranjith Karunaratne 04/06/87 15,668.76 Mr Joseph Zerafa 01/08/96 14,324.76 Ms Maria Giner 01/02/01 15,979.80 Mrs Quin Zhao 10/10/94 6,495.12 Ms Angelica Caceres 03/03/00 6,495.12
Leg 9 PQ #25072 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista għal dawn l-aħħar għaxar snin x'propjeta' nxtrat mid-Dipartiment tal-Artijiet u l-Estate Management? Mingħand min? Kemm swiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi biex tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant jinħtieġ ħafna ħin u riżorsi u ma jidhirlix li l-użu ta` dan il-ħin u riżorsi biex tinġabar din l-informazzjoni hu ġustifikat. Is-somma ta` flus minfuqa mid-Dipartiment ta` l-Artijiet f`esproprjazzjonijiet ta` proprjeta` tingħata globalment kull sena fl-Estimi tal-Gvern. Barra minn hekk kull kuntratt ta` xiri huwa Att Pubbliku u allura jkun fih id-dettalji kollha.
Leg 9 PQ #25073 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kariga kellu l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament fid-dipartiment tal-artijiet u l-estate management? Meta irtira bl-eta? Sar xi riċeviment f'din l-okkażjoni u meta sar? Jekk għadux jidħol jaħdem il-Baviera? F'liema kapaċita qiegħed jidħol ix-xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant u li għandha l-kariga ta` Principal Officer fis-Sezzjoni tal-Kuntratti fid-Dipartiment ta` l-Artijiet, għadha ma rtiratx mis-Servizz, pero` bħalissa qiegħdha fuq Retirement Leave. Fl-aħħar ġurnata xogħol qabel ma ħarġet bil-Leave, il-persuna msemmija għamlet bibita żgħira waqt il-ħin tal-break, a spejjeż tagħha, biex isellem lil sħabha, li uħud minnhom ilha taħdem magħhom fuq tletin sena. Peress illi l-persuna msemmija kienet ilha taħdem f`din is-sezzjoni mit-18 ta` Jannar 1962, jiġifieri mit-twaqqif tad-Dipartiment ta` l-Artijiet, u peress illi l-persuna l-oħra li qegħdha tieħu x-xogħol ta` din il-persuna għandha esperjenza relattivament żgħira peress li ilha biss f`din is-sezzjoni għal dawn l-aħħar sentejn, il-persuna msemmija tidħol volontarjament darba fil-ġimgħa biex tgħin lil din l-uffiċjal u l-iskrivani l-oħra tas-sezzjoni f`xi diffikultajiet li jkollhom.
Leg 9 PQ #25074 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-Pulizija li qed jagħmlu taħriġ biex jilħqu surġenti hemm min qed jistenna li jgħaddi P.S.C? Jekk iva, fuq liema akkużi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma hemm ħadd.
Leg 9 PQ #25075 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Artijiet — Periti Indipendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-periti indipendenti (mhux impjegati tad-dipartiment tal-artijiet u l-estate management) li ntuża s-servizz tagħhom? Meta u kemm tħallsu?

Response (BORG, TONIO)

Is-servizz ta` periti indipendenti (li mhumiex impjegati tat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern) beda jintuża f`Lulju 1996, prinċipalment biex jagħtu pariri fuq il-valur ta` proprjeta` li l-Gvern ikun ser jesproprja. Is-servizz tal-periti jintuża fuq bażi irregolari u skond il-bżonn. Ninsab infurmat illi minn Lulju 1996 sal-lum dawn tħallsu skond it-tabella illi qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #25076 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Direttur Ġenerali — Kuntratti

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti ta' kull Direttur Ġenerali f'kull dipartiment tal-Gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra mudell tal-kuntratti (“performance agreements”) li għandhom id-Diretturi Ġenerali. Ninsab infurmat illi, minbarra l-funzjonijiet, oġġettivi, u responsabbilitajiet speċifiċi tal-post, il-kuntratti tad-Diretturi Ġenerali huma kollha l-istess.
Leg 9 PQ #25077 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

M.S.C.L

Question

Fir-rigward tal-promozzjonijiet riċenti fil-livell tal-manager fil-M.S.C.L., jista' l-Ministru jgħid jekk irriżultax li kien hemm nuqqas ta' qbil bejn l-Union u l-Management u ġie maqbul bejn il-partijiet li jinħatar arbitru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li jirriżulta li hemm nuqqas ta' qbil bejn il-Management tal-Malta Shipbuilding u l-union rigward promozzjonijiet li ngħataw dan l-aħħar fil-livell ta' Manager. Dan wassal biex bi qbil bejn iż-żewġ naħat jinħatar arbitru indipendenti.
Leg 9 PQ #24769 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — NGOs

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm sewa lill-gvern l-operat taċ-ċentru għal NGOs f'Għawdex minn mindu fetah sa l-aħħar ta' Frar 2001? Tista' tgħid jekk il-gvern daħħalx xi revenue matul l-istess perijodu? Jekk fl-affermattiv, kemm?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-operat taċ-Ċentru għall-Għaqdiet mhux Governattivi f’Għawdex sewa LM11,213.58 f’salarji u LM210.85 fi spejjes rikorrenti minn meta nfetaħ sa l-aħħar ta’ Frar 2001. L­iskop li għalih twaqqaf dan iċ­Ċentru għall­Għaqdiet mhux Governattivi huwa sabiex jingħata servizz lil dawn l­għaqdiet u mhux biex ikun hemm xi dħul finanzjarju.
Leg 9 PQ #24770 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Dipartiment - Accounts

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk jekk hux veru li s-sistema ta' l-accounts fid-dipartimenti tal-gvern f'Għawdex hix qed isir kemm bil-computer kif ukoll bl-idejn? Jekk fl-affermattiv, għaliex qiegħed jiġri dan?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li d-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex qalbu għas-sistema kompjuterizzata ta’ l-accounts magħrufa bħala d-Departmental Accounting System f’Lulju 2000. Fil-preżent hemm xi taqsimiet li għadhom qegħdin iżommu ċ-chargebooks bl-idejn ukoll.
Leg 9 PQ #24771 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ħasil ta' karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus fil-ħasil ta' karozzi tal-gvern assenjati mas-segretarjat tal-Ministeru, ma' l-uffiċċju tas-segretarju permanenti, mad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministru għal Għawdex, u mat-taqsimiet ta' l-istess dipartimenti, kull każ għalih, matul is-sena 2000?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul is-sena 2000 il-Ministeru għal Għawdex nefaq is-somma ta’ Lm110.40 fil-ħasil tal-karozzi tal-gvern assenjati mas-sezzjonijiet li jaqgħu taħtu. Lm20.80 minn dan l-ammont intefaq mis-Segretarjat Privat filwaqt li l-bqija ta’ Lm89.60 intefqet mis-Segretarjat Permanenti. Id-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi, dak għall-Proġetti u Żvilupp u dak tal-Customer Services ma nefqu l-ebda ammont f’ħasil ta’ karozzi matul l-istess sena.
Leg 9 PQ #24772 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat - Bus Terminus

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm se jonfoq il-gvern biex jagħmel it-trial holes madwar il-bus terminus tar-Rabat ta' Għawdex u l-inħawi tiegħu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l­Geological Site Investigation għal­bus terminus u l­inħawi tiegħu fir­Rabat, Għawdex, hija stmata li ser tiswa Lm14,656 (inkluz il­VAT)
Leg 9 PQ #24773 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Mistoqsijiet parlamentari

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha mistoqsijiet parlamentari pendenti u/jew mhux imwieġba? Tista' tagħti lista tan-numri ta' dawn il-mistoqsijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li hemm 46 -il mistoqsija parlamentari pendenti u/jew mhux mwieġba mill-bidu ta’ din il-leġislatura sas-seduta Nru 524. In-numri ta’ dawn il-mistoqsijiet parlamentari huma mogħtija fil-lista annessa.