Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25663 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Kundannati

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena min kienu l-persuni ikkundannati barra minn Malta u kienu trasferiti biex ikomplu s-sentenza tagħhom f'Malta? Meta nqata' l-każ kontrihom barra minn Malta u x'kienet il-piena. Meta waslu Malta? Kemm kien baqalhom biex jiskontaw mill-piena tagħhom fil-ħabs ta' Malta? Meta ħarġu lura fis-soċjeta mill-ħabs?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-ahhar hamsa u ghoxrin sena kien hemm tmien 8 persuni li kienu kkundanati barra minn Malta li kienu trasferiti biex jkomplu jiskontaw is-sentenza taghhom f'Malta. It-taghrif mitlub dwarhom hu kif gej:- Isem Piena Data Trasferiti Kumplament Rilaxxati J. Debattista Sena u 4 xhur 22/6/93 8/12/93 48 jum 25/1/94 L. Attard Sentejn u 9 xhur 18/11/82 23/6/83 414-il jum 27/7/83* T.Attard Sentejn u 9 xhur 18/11/82 23/6/83 414-il jum 27/7/83* A. Bartolo Sentejn u 9 xhur 18/11/82 23/6/83 414-il jum 27/7/83* R. Sullivan Sentejn u 9 xhur 18/11/82 23/6/83 414-il jum 27/7/83* V. Farrugia Sentejn u 9 xhur 18/11/82 23/6/83 414-il jum 27/7/83* S. Mercieca Sentejn u 9 xhur 18/11/82 23/6/83 414-il jum 27/7/83* A. Borg 18-il xahar 17/3/83 23/6/83 269-il jum 27/7/83* * Rilaxxati qabel it-terminu tas-sentenza wara li nghataw amnestija mill-Gvern Libjan.
Leg 9 PQ #25614 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Proċess Kriminali

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista' ta' persuni ta' nazzjonalita Maltija li fl-aħħar għaxar snin kellhom proċess kriminali kontrihom barra minn Malta, f'liema pajjiżi, meta, x'weħlu u meta ġew lura Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #25615 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lista tal-Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-impjegati kollha fis-segretarjati privati, bin-numru tal-identita', x'tip ta' xogħol kienu jagħmlu mal-prim ministri u ministri u segretarji parlamentari, fl-aħħar għaxar snin, bid-dati rispettivi ta' meta kienu impjegati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #25616 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Skontar ta' Sentenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-Maltin li bħalissa jinsabu jiskontaw sentenzi barra minn Malta, għal liema akkużi qegħdin il-ħabs, kemm hu ż-żmien ta' kundanna u meta jidher li se jiskontaw is-sentenza li għandhom kontrihom

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #25655 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Kummissjoni Għolja Maltija

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-passi kollha li ha l-Ministeru wara l-każ ta' ħruq li kien sar fil-kummissjoni Għolja Maltija f'Londra? Kien hemm talba mill-Gvern Ingliz biex titneħħa l-immunita' tal-persuna Maltija biex jittieħdu passi kontrih fl-Ingilterra? X'deċiżjoni ha l-gvern dwar dan? X'passi ittieħdu kontra l-persuna konċernata mill-Ministeru permezz tal-kummissjoni għas-servizz pubbliku? X'irriżulta li sehh dakinhar tal-inċident? Kemm kienu l-ispejjez li saru minħabba l-każ? X'prekawzjonijiet ttieħdu fil-Kummissjoni wara dan il-każ? Ittieħdu xi passi kriminali kontra l-persuna konċernata? Jekk le, għaliex? Jekk iva, meta u x'kien l-eżitu tal-każ? Ittieħdu xi prekawzjonijiet bħal bdil fil-liġi kriminali biex inċidenti bħal dawn il-qrati Maltin ikollhom ġurisdizjoni meta l-persuna tasal lura Malta?

Response (BORG, JOE)

Dan il-każ seħħ nhar il-Ħamis 22 ta' Frar 1996 fil-għaxija meta kien tqabbad nar f'wieħed mill-uffiċċji li jinsab fil-ħames sular tal-Kummissjoni Għolja Maltija f'Londra. In-nar ma laħaqx infirex prinċipalment minħabba li t-twapet ta' l-uffiċċju huma magħmulin minn materjal li huwa fire resistant, u b'hekk seta jiġi ikkontrollat f'ħin qasir meta waslu l-pumpieri għat-tifi tan-nar. L-ispejjeż għall-Ministeru kienu jlaħħqu madwar Stg 10,572. Malli l-Ministeru f' Malta kien infurmat bl-inċident, intbagħtu minn Malta Spettur tal-Pulizija u Engineer professjonali ta' l-elettronika mill-Management Systems Unit (MSU), sabiex jinvestigaw x'kien ġara u x'setgħu kienu l-kawżi tal-ħruq. Mill-istħarriġ preliminari li kien sar, kien ġie stabbilit li xi ħadd kien ġabar kwantita ta' dokumenti, karti, gażżetti u bnadar, għamilhom gozz f'nofs ta' waħda mill-kmamar tal-Kummissjoni Għolja Maltija u kien tahom in-nar. Il-ftuħ u l-egħluq ta' diversi bibien tal-kamra fejn tqabbad in-nar u ta' uffiċini oħrajn tal-Kummissjoni kienu ġew reġistrati permezz ta' computer apposta, u din l-evidenza tat l-ewwel indikazzjonijiet lill-investigaturi illi n-nar kien tqabbad minn persuna midħla sew tal-Kummissjoni. Is-sistema ta' closed circuit cameras ukoll irreġistrat in-nies li kienu daħlu jew ħarġu mill-binja f'ħinijiet differenti tal-ġurnata. Mill-eżami ta' l-evidenza ċirkustanzjali miġbura, l-investigaturi Maltin kellhom suspetti qawwija li wieħed mill-uffiċċjali pubbliċi li kien jaħdem fil-Kummissjoni Għolja Maltija kien responsabbli mill-ħruq. Filwaqt li l-Gvern Ingliż fl-ebda stadju qatt ma talab sabiex titneħħa l-immunita' diplomatika ta' xi uffiċċjal pubbliku Malti fil-Kummissjoni Għolja Maltija ta' Londra in konnessjoni ma' dan il-każ, kien il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Malti innifsu illi awtoriżża li titneħħa l-immunita lill-uffiċċjal indizjat mill-investigaturi Maltin sabiex il-pulizija Ingliża tkun tista' tkompli tistħarreġ il-każ. Waqt li dan l-uffiċċjal kien qed jiġi interrogat mill-pulizija, beda juri sinjali qawwija ta' stress, u għalhekk il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Malti, għal raġunijiet umanitarji, iddeċieda li terġa tingħatalu l-immunita' diplomatika, u jordnalu sabiex jiġi lura Malta minnufih. L-uffiċċjal konċernat qatt ma daħal lura għax-xogħol u kien ġie 'boarded out' mis-Servizz Publiku għal raġunijiet ta' saħħa. Ma setgħu jittieħdu ebda passi kriminali f'dan il-każ għax Malta ma kelliex ġurisdizzjoni rigward reati li jikkonċernaw diplomatiċi Maltin li jkunu qed iservu f'territorju barrani, inklużi l-Ambaxxati u Kummissjonijiet Għolja Maltin. Ittieħdu passi biex isir tibdil fil-Kodiċi Kriminali u fil-fatt permezz ta' l-Att XVII ta' l-1996, l-artikolu 5 tal-Kodiċi Kriminali ġie emendat b'mod li jkopri każijiet bħal dak li seħħ fil-Kummissjoni Għolja Maltija f'Londra. F'dan ir-rigward nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-artikolu 5(1)(f) tal-Kodiċi Kriminali. Madankollu, wara li ġew konklużi l-investigazzjonijiet minn naħa tal-Pulizija, l-Ministeru kien ħa passi dixxiplinarji kontra l-uffiċċjal konċernat skond ir-Regolamenti tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku (Proċedura tad-Dixxiplina) 1977. Wara li sar magħruf ir-rapport tal-Bord tad-Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, il-Ministeru għamel representations quddiem l-istess Kummissjoni. L-uffiċċjal konċernat instab li kien responsabbli għall-attentat ta' ħruq u għall-ħsara lil dokumenti u propjeta. B'konsegwenza, l-uffiċċjal konċernat inżammitlu il-gratuity u qed jitħallas biss nofs il-pensjoni uncommuted. Għaldaqstant is-somma fuq imsemmija ġiet maħfura għar-raġunijiet umanitarji peress li l-persuna qed tirċievi biss nofs il-pensjoni. Jiena nfurmat illi l-Ministeru huwa sodisfatt illi l-prekawzjonijiet ta' sikurezza li hemm fil-binja 36-38 Piccadilly, kif ukoll fil-Kummissjoni Għolja Maltija innifisha huma adegwati, iżda l-Ministeru jkun pront li jieħu aktar miżuri skond il-ħtieġa.
Leg 9 PQ #25656 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Każ Kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li għandhom każ kriminali pendenti fil-qorti Maltija u ħarbu minn Malta? Meta saret l-aħħar seduta ta' kull każ li kellhom pendenti fil-qrati Maltin? Biex kienu akkużati l-persuni li telqu mill-pajjiż jew jinsabu x'imkien moħbija f'pajjiżna u ma jistgħux jinstabu ħalli jkompli l-proċess tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress illi l-prosekuzzjoni fil-kazi msemmija titmexxa mill-Pulizija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tieghu lill-Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #25657 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Arrest Warrant

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li hemm arrest warrant kontrihom irreġistrat mal-Interpol biex jgħaddu ġustizzja f'pajjiżna? X'każ għandhom pendenti fil-qrati Maltin? Meta hu maħsub li l-persuni konċernati ħarbu minn Malta? Meta ħareġ l-arrest warrant kontrihom u minn min? Teżisti informazzjoni dwar fejn jista' jkun il-persuni maħruba minn Malta jistgħu qegħdin jgħixu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm sitt persuni li f'isimhom inhareg mandat ta' arrest mill-Qrati Maltin kontra taghhom u li abbazi ta' dan il-mandat inharget red notice mill-Interpol fejn intalab arrest ghal estradizzjoni ta' l-istess persuni. Mhux maghruf fejn dawn il-persuni jinstabu bhalissa. Dawn il-persuni, kollha ta' nazzjonalita barranija huma mfittxija ghal dawn il-kazi:- - Kaz ta' persuna b'nazzjonalita mhux maghrufa mfittxija ghal kaz ta' qtil fl-1981 u harba fl-1982; - Kaz ta' Yemeni li hu mfittex in konnessjoni ma kaz ta' attentat ta' qtil fl-1985; - Kax ta' Svizzera li hija mfittxija ghal falsifikazzjoni fl-1987; - Kaz ta' Ingliz li hu mfittex ghal kaz ta' frodi fl-1989; - Kaz ta' Kanadiz li hu mfittex ghal reat konness ma abbuz ta' droga fl-1992; - Kaz ta' Libjan li hu mfittex ghal reat ta' traffikar ta' droga fl-1998 u harba fl-1999.

Konsulent

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'xogħol għamlet il-persuna li isimha qed jintbagħt separatament kemm dam konsulent tal-Ministeru tal-Politika Soċjali b'sena b'sena? Fejn kien l-uffiċju tiegħu? Kellu staff taħt is-superviżjoni tiegħu? Min kien dan l-istaff, bil-karigi? Saret sejħa biex jintela' l-post ta' konsulent li ngħatat il-persuna imsemmija? X'kwalifiki kella l-persuna msemmija biex kienet impjegata bħala konsulent? Jista' jgħid f'liema kumitati, bordijiet, konnessi mal-qasam tal-politika soċjali kienet membru l-persuna msemmija jirrappreżenta l-Ministeru tal-Politika Soċjali bejn l-1989 u l-1994?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li bejn Lulju 1989 u Diċembru 1994, il-persuna ndikata kienet responsabbli mill-introduzzjoni u żvilupp tal-komputeriżżazzjoni fil-Ministeru. L-uffiċċju tagħha kien fil-Ministeru u bħala konsulent ma kelliex impjegati taħt is-superviżjoni tagħha. L-ingaġġ ta' konsulenti mhux suġġett għal sejħa għall-applikazzjonijiet. Il-persuna konċernata kellha diplomi fl-elettronika u taħriġ u esperjenza fil-kamp ta' l-informatika. Ma jirriżultalix li din il-persuna kienet f'kumitati jew bordijiet konnessi mal-qasam tal-politika soċjali fil-perijodu ndikat.
Leg 9 PQ #25609 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema kumitati, bordijiet, konnessi mal-qasam tal-intern, kienet membru l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament tirrapreżenta l-Ministeru tal-Politika Soċjali u l-Intern bejn l-1989 u 1994? F'liema bordijiet biex jingħataw liċenzji jew permessi ta' ħwienet jew każijiet oħra kienet membru tagħhom il-persuna?

Response (BORG, TONIO)

Għal dak li għandu x`jaqsam mal-qasam ta` l-Intern, bejn l-1992 u l-1995 il-persuna msemmija mill-Onor. Interpellant kienet membru fuq il-Bord tal-Pariri dwar Liċenzji tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #25610 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

FMSS

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ingħatat il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament mill-FMSS fl-1995 u l-1996? meta ngħata dan ix-xogħol u kemm tħallas għal kull biċċa xogħol li ngħatat ta' konsulenza?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi kienet tutilizza s-servizzi tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament bħala 'Professional Support and Advisory Services' minn Mejju ta` l-1995 sa Ottubru ta` l-1996. Mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, din il-persuna tħallset kif ġej: 1995 Lm8,400.26 1996 Lm9,811.90
Leg 9 PQ #25611 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntratt

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li kellu l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament bħala konsulent tal-Gvern Nazzjonalista? L-uffiċju tiegħek wera oggezzjoni fl-1994 biex jiġġedded il-kuntratt ta' din il-persuna?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li kellha l-persuna indikata mill-Onorevoli Interpellant bħala konsulent tal-Gvern. Dan il-kuntratt kien ġie mġedded sa l-aħħar tal-1994. Ma saritx talba oħra biex il-kuntratt jiġi mġedded wara din id-data.
Leg 9 PQ #25612 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

Servizzi ta' Persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk meta kien segretarju parlamentari jew ministru użax is-servizzi tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament fis-segretarjat tiegħu? Meta u b'liema kundizzjonijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija kien impjegat fis-segretarjat tal-ministeru tiegħi bejn id-19/11/87 u t-30/10/96 bħala skrivan. Jiġifieri dan kien aktar minn erba' snin ilu.
Leg 9 PQ #25613 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Klandestini

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħmistax il-sena kemm il-darba Maltin inqabdu fi Sqallija inkonnessjoni ma' vjaggi klandestini? Meta? Min kienu u x'weħlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar ħmistax-il sena n-numru ta` Maltin li nqabdu fi Sqallija in konnessjoni ma` vjaġġi klandestini huwa ta` 8. Ma nħossx illi l-ismijiet tal-persuni nvoluti għandhom ikunu ippublikati. Meta seħħ il-każ Eżitu / Stadju tal-każ 19.10.1992 Lm300 multa 02.02.1996 Lm100 multa 17.08.1998 sub-judice 17.08.1998 sub-judice 23.01.1999 sec 9 għal 6 xhur 23.01.1999 sub-judice 18.12.2000 għadu qed jgħaddi proċeduri l-Italja 18.12.2000 għadu qed jgħaddi proċeduri l-Italja
Leg 9 PQ #25413 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Ħuġġieġa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ta' detriment għas-saħħa anke għall-impjegati u l-pazjenti ta' l-isptar Boffa peress li kull meta tinxtegħel il-ħuġġieġa l-isptar jintela bid-duħħan u nugrufun?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #25414 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Boffa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inċineratur li hemm fl-isptar Boffa huwiex jilħaq l-iskop li għalih qiegħed jintuża u jekk huwiex f'kundizzjoni li jintuża?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #25415 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija dwar il-carpark ta' l-ajruport, jista' l-Ministru jispjega għaliex jaħseb li jekk jagħti raġunijiet għala l-kumpanija MIA li taqa taħt id-dekasteru tiegħu, ġeddet il-kuntratt tal-carpark mingħajr sejħa għall-offerti jista' jkun ta' dannu kummerċjali, meta fil-fatt l-MIA għandha esklussivita rigward il-parking fil-MIA u m'hi suġġetta għall-ebda forma ta' kompetizzjoni kummerċjali? Jikkonferma l-Ministru li dan sar b'dannu għall-interessi kummerċjali ta' l-istess MIA li issa mhux tagħti rendikont ċar ta' għemilha kif wara kollox hija obbligata li tagħmel għax qed tamministra assi u fondi pubbliċi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-M.I.A. iddeċidiet li tieħu lura l-pompa tal-petrol u l-ħanut biswt tagħha u tinħareġ sejħa għall-offerti għal min ried jagħti servizz ta' pompa tal-petrol, car wash u valeting services peress li fl-opinjoni tal-Kumpanija b'dan il-pass qed iġib introjtu akbar għall-M.I.A. milli kellha qabel. Il-proċedura li ntużat mill-Kumpanija f'dan il-pass kienet l-istess bħal dik li ntużat mill-Kumpanija qabel, anke fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, fir-rigward ta' numru ta' "concessionaires" li joperaw mill-M.I.A.
Leg 9 PQ #25416 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

HSBC

Question

Billi għaddew fuq sentejn minn meta tħabbar il-bejgħ tal-Mid Med lill-HSBC, jista' l-Ministru jinforma jekk: 1. It-tlieta fil-mija ta' l-ishma tax-ex-Mid Med għaddewx kif imwiegħed lill-Fondazzjoni tal-ħaddiema bħal ma ġara fil-każ tal-Bank of Valletta u l-Maltacom? 2. Jekk iva, meta - jekk le, meta se jgħaddu? 3. Jekk hemm xi dewmien, għaliex dan id-dewmien meta l-gvern ilu li daħħal il-flus?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi.
Leg 9 PQ #25464 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Marsa Shipbuilding

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li x-xogħol fuq il-barkun fil-Marsa Shipbuilding waqa' lura minħabba li ngħatat informazzjoni zbaljata minn manager fuq l-ammont ta' pjanċi li suppost kien hemm in stock. Jekk fl-affirmattiv, ittieħdux passi dixxiplinarji kontra l-istess manager? Kemm waqa' xogħol lura u jekk hux se jinħarġu multi mill-propjetarji tal-barkun?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xogħol fuq il-barkun fil-Malta Shipbuilding, s'issa jinsab lura b'erbgħa u għoxrin ġurnata. Dan id-dewmien huwa attribwit għall-fatt li l-proprjetarji tal-barkun għadhom ma pprovdewx id-disinji kollha kif kien miftiehem. Minħabba f'hekk mhux il-każ li jinħarġu multi.
Leg 9 PQ #25465 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Computers

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk inxtrawx computers għat-training fil-Marsa Shipbuilding, u jekk fl-affermattiv inħarġux tenders ? F'każ li ma nħarġux tenders, għaliex u min iddeċieda li jinxtraw u kemm kien l-ammont tax-xiri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li ma nxtawx kompjuters għat-training fil-Malta Shipbuilding.
Leg 9 PQ #24095 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm direct orders u kemm ingħataw minnhom dawn l-aħħar sentejn fl-Universita' ta' Malta? Kemm kienu jammontaw b'kollox? Liema kienu dawk il-kumpaniji li ħadu id-direct orders?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Universita` ta' Malta ħarġet 32 Direct Order tul dawn l-aħħar sentejn. Id-Direct Orders li kollha kienu approvati mill-Ministeru tal-Finanzi skond il-proċedura, kienu f'diversi muniti u lil diversi kumpaniji, kif jidher fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.