Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-avukat ġenerali fil-każ ta' Mario Camilleri magħruf bħala Imnieħru fl-Att ta' l-Akkuza ma talabx li jkunu ssekwestrati l-immobbli ta' Camilleri fid-dawl tal-kummenti li għamel l-Imħallef Vincent Degaetano fis-sentenza fejn qal li l-qorti "tosserva wkoll li kemm fl-ewwel kap kif wkoll fit-tielet kap l-avukat ġenerali talab biss il-konfiska tal-flejjes u propjeta mobbli tal-ħati, u mhux wkoll il-konfiska tal-propjeta' immobbli tiegħu"? Kemm kien il-valur tal-propjeta' immobbli ta' Camilleri? X'passi se jittieħdu mill-avukat generali biex dawn ikunu konfiskati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il test irriżulta posittiv għad-droga fil-Ħabs ta' Kordin wara eżamijiet li saru fuq priġunieri fl-aħħar sitt xhur? X'passi dixxiplinarji ittieħdu kontra l-priġunieri li rriżulta li testjaw b'mod pożittiv għad-droga f'dawn l-eżamijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Jannar sas-26 ta` Ġunju 2001 instabu 19-il każ "pożittiv" għad-droga. Ittieħdu passi dixxiplinari fil-każijiet kollha. 3 każi inqatgħu b`effett ta` telfien ta` 168 jum remission; 15-il każ għadhom pendenti; f`każ ieħor priġunier ġie liberat.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji kollha dwar l-istħarriġ li sar dwar it-traġedja ta' lejlet il-Milied 1996 bejn Malta u Sqallija? Min mexxa l-istħarriġ? X'laqgħat saru u meta barra minn Malta? X'irriżulta s'issa mill-istħarriġ li sar fejn fost dawk rapportati nieqsa hemm Marcel Barbara u Dionisios Averinou, ġrieġ miżżewweġ Maltija? Ta' min kienet il-lanca li intużat fil-każ?
X'passi ħadu l-pulizija wara l-artiklu li deher fil-ġurnal Kullħadd miktub mill-ġurnalista Joe Mifsud fis-6 ta' Diċembru 1998 bit-titlu, 'Iġsma, ħwejjeġ u żraben fix-xbiek tat-tkarkir'?
X'passi ttieħdu kontra l-Pakistani llum naturalizzat bħala ċittadin Malti Turab Ahmed Sheikh dwar dan il-każ?
Response (BORG, TONIO)
Rigward dan il-każ hemm inkjesta mill-maġistrat inkwerenti. S`issa din l-inkjesta għadha mhux magħluqa. Nixtieq nassigura lill-Onorevoli Interpellant li kull informazzjoni li l-Pulizija Maltija rċeviet ġiet mistħarrġa jew permezz ta` l-Interpol kif ukoll permezz ta` sehem attiv f`laqgħat li saru kemm lokalment kif ukoll fil-Greċja ma` l-awtoritajiet Griegi u Taljani. L-investigazzjonijiet min-naħa tal-pulizija Maltija f`dan il-każ għadhom sejrin.
Ninsab infurmat li ttieħdu l-passi meħtieġa kontra Ahmed Turab Sheikh fil-Qorti wara li instab li kellu fil-pussess tiegħu apparat mingħajr fili mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa. Dan il-każ għadu mhux deċiż.
Jista' l-Ministru jgħid x'laqgħat saru jew kuntatti ma' awtoritajiet barranin jew entitajiet barranin dwar il-każ tat-traġedja ta' lejlet il-Milied bejn Malta u Sqallija li fiha mietu 283 persuna u hemm irrapurtati nieqsa ċittadin Malti u ieħor miżżewweġ Maltija?
Saru rappreżentazzjonijiet ma' l-Ambaxxata Taljana f'Malta dwar il-każ? Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin talab spjegazzjoni u informazzjoni wara l-artiklu li deher fil-ġurnal Kullħadd miktub mill-ġurnalista Joe MIfsud fis-6 ta' Diċembru 1998 bit-titlu 'Igsma, ħwejjeġ u żraben fix-xbiek tat-tkarkir?
Jista' l-Ministru jwieġeb it-tielet u r-raba parti tal-mistoqsija parlamentari nru. 25550?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar pubblikazzjonijiet maħruġa mill-Ministeru ta` l-Intern u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena liema kienu talbiet minn barra minn pajjiżna għall-estradizzjoni ta' persuni? meta saru t-talbiet? Min kienu l-persuni li saret talba kontrihom? Għal liema akkużi intalbet l-estradizzjoni tagħhom ? Liema kienu l-każijiet li saret l-estradizzjoni tal-persuni? Jekk ma saritx l-estradizzjoni x'kienet ir-raġuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-impjegati tal-MTA (qabel NTOM) fl-uffiċju li għandha l-Awtorita' fl-Ingilterra Meta kienu impjegati u x'xogħol jagħmlu? X'tip ta' kuntratt għandhom? Meta saret sejħa biex jimtlew dawn il-postijiet? Kemm applikaw? Xi kwalifiki għandhom dawk l-impjegati? Kemm għandhom salarju u allowances dawn l-impjegati?
Response (REFALO, MICHAEL)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub li jinkludi kemm il-kwalifiki akkademiċi ta’ l-impjegati kif ukoll l-esperjenza tagħhom fix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ta' detriment għas-saħħa anke għall-impjegati u l-pazjenti ta' l-isptar Boffa peress li kull meta tinxtegħel il-ħuġġieġa l-isptar jintela bid-duħħan u nugrufun?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-inċineratur ġewwa l-Isptar Boffa ma għadux jintuża.
Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet hemm minn awtoritajiet barranin biex jingħataw għajnuna f'investigazzjonijiet li qegħdin jagħmlu?
Kemm-il talba ta' ġbir ta' ittri rogatorji hemm pendenti? U mil-liema pajjiżi saru t-talbiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Talbiet minn awtoritajiet barranin ghall-Assistenza Kriminali:
Sena 2000 - 24
Sena 2001 sat-30 ta` April - 9.
Dawn jinkludu gbir ta` xhieda u /jew dokumenti, kif ukoll notifika t`atti lil persuni residenti f`Malta u/jew li ghandhom rapprezentanza f`Malta.
Minn dawn hemm 7 ittri rogatorji li ghadhom pendenti.
Pajjizi li ghamlu t-talbiet: Italja 6
Ungerija 5
Renju Unit 3
Stati Uniti 2
Russja 1
Ukraina 1
Spanja 1
Olanda 1
Austria 1
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena liema kienu talbiet minn barra minn pajjiżna għall-estradizzjoni ta' persuni? meta saru t-talbiet? Min kienu l-persuni li saret talba kontrihom? Għal liema akkużi intalbet l-estradizzjoni tagħhom ? Liema kienu l-każijiet li saret l-estradizzjoni tal-persuni? Jekk ma saritx l-estradizzjoni x'kienet ir-raġuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tinghata f`xi seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena kemm il-persuna li kienet imfittxija permezz tal-interpol minn xi pajiż ieħor instabet fil-gżejjer Maltin? Min kienu l-persuni u x'passi ittieħdu fil-konfront tagħhom? Meta l-persuni intbagħtu lejn il-pajjiż li kien qiegħed ifittixhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma kompjuterizzata.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25416 li oriġinarjament kienet saret lil Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u ċioe billi għaddew fuq sentejn minn meta tħabbar il-bejgħ tal-Mid Med lill-HSBC, jista' l-Ministru jinforma jekk:
1. It-tlieta fil-mija ta' l-ishma tax-ex-Mid Med għaddewx kif imwiegħed lill-Fondazzjoni tal-ħaddiema bħal ma ġara fil-każ tal-Bank of Valletta u l-Maltacom?
2. Jekk iva, meta - jekk le, meta se jgħaddu?
3. Jekk hemm xi dewmien, għaliex dan id-dewmien meta l-gvern ilu li daħħal il-flus?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rrid niċċara li l-Gvern qatt ma kien wiegħed tlieta fil-mija ta' l-ishma ta' l-ex Mid-Med Bank lil Fondazzjoni li għandha titwaqqaf għall-impjegati tal-Mid-Med Bank. Il-Gvern wiegħed iżda li jipprovdi self fit-tul sabiex din il-fondazzjoni tkun tista' titwaqqaf. Il-parametri għal dan is-self issa ġew miftiehma mal-Unions konċernati u d-dokumenti meħtieġa jinsabu fi stat avvanzat ta' preparazzjoni sabiex is-self ikun jista' jingħata fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena min huma l-persuni rrapurtati nieqsa mill-pajjiż ħareġ avviz dwarhom permezz tal-Interpol? Meta dawn il-persuni kienu rrapurtati nieqsa? Hemm persuni li kienu rrapurtati nieqsa li nstabu? Fejn instabu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena, kemm-il omiċidju volontarju seħħ f'Malta u Għawdex? Min huma l-vittmi? Min kienet jew kienu l-persuni akkużati b'dawn l-omiċidji? Meta kienu akkużati fil-qorti? Liema każijiet għadhom mhux solvuti mill-pulizija? Jekk persuna kienet akkużata fil-qorti dwar l-omiċidju volontarju x'kien l-eżitu tal-każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-taghrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena liema kienu s-serqiet bil-vjolenza (hold ups) li l-ammont tal-valur misruq kien ilaħħaq aktar minn Lm 25,000? Fejn saru dwar is-serqiet? Meta saru? Jekk il-każ kien solvut mill-pulizija, meta persuna jew persuni tressqu quddiem il-qorti? X'kienu l-eżita tal-każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata.
Jista' l-Ministru jgħidx'passi ittieħdu kontra l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament inkonnessjoni ma' bigamija ma' ċittadina Griega? X'kien l-eżitu fil-qorti dwar il-każ? U x'passi ttieħdu wara deċiżjonijiet tal-qorti tal-appell kriminali inkonnessjoni ma' dan il-każ?
Response (BORG, TONIO)
Il-kaz gie deciz fis-6 t'April, 1996 mill-Qorti tal-Magistrati; l-akkuzat gie kundannat sentejn habs, izda appella. Il-Qorti ta' l-Appell hassret is-sentenza ta' l-Ewwel Qorti, u baghtet il-kaz lura lill-Qorti tal-Magistrati bil-kondizzjoni li jinfethu proceduri civili. Dawn il-proceduri inbdew u meta dawn il-proceduri civili jintemmu, ikun jista' jitkompla l-kaz kriminali.