Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Environment Impact Assessment/Statement saru minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Minn min saru u kemm swew?
Response (BORG, TONIO)
La l-Ministeru u l-ebda dipartiment li jaqa` taħtu ma talab biex isir xi EIA.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Environment Impact Assessment/Statement saru minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Minn min saru u kemm swew?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu imsemmi l-Forzi Armati, fuq talba ta’ l-Awtorita` ta’ l-Ippjanar, ikkummissjonaw studju wieħed ta’ dan it-tip (EIA). Dan kien dwar il-proġett ta’ estensjoni tal-moll tal-bażi marittima f’Xatt it-Tiben, Floriana u sar mill-Kumpanija “Environment Management Design and Planning”. B’kollox, l-istudju sewa Lm11,600.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Environment Impact Assessment/Statement saru minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Minn min saru u kemm swew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ma sar ebda Environment Impact Assessment/Statement minn Settembru 1998, fuq talba tal-Ministeru għall-Politika Soċjali jew dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Environment Impact Assessment/Statement saru minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Minn min saru u kemm swew?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Environment Impact Assessments/Statements kienu dawn:
STUDJU MINN MIN SARU NEFQA
Malta North Sewage
Treatment Plant (Sit 1) AIS Environmental Ltd. Lm 8,797.50
Malta North Sewage
Treatment Plant (Sit 2) AIS Environmental Ltd. Lm 7,877.50
Gozo Sewage
Treatment Plant AIS Environmental Ltd. Lm 5,520.00
Hay Wharf EMDP, Mosta Lm11,600.00
Jista' l-Ministru jgħid kemm entitajiet/individwi applikaw lill-PA/MEPA biex ikunu kkonsidrati biex jagħmlu EIA (environment impact assessment) fl-iżviluppi marittimi matul dwan l-aħħar 10 snin? Kemm minn dawn ma kienux Maltin?
Response (BORG, TONIO)
Il-proċess ta' l-EIA jitlob li l-konsulenti ta' l-EIA jiġu magħżula mill-applikant ta' żvilupp u mhux mill-PA/MEPA. L-applikanti jagħtu lista ta' nies li huma jkunu għażlu biex jaħdmu fuq l-EIA u wara ikunu l-PA u l-EPD (issa l-MEPA) li japprovaw jew le dawn il-konsulenti. Ninsab infurmat illi fl-aħħar għaxar snin ġew approvati 21 kumpanija differenti biex jaħdmu fuq EIAs għal proġetti marittimi. Erba' minn dawn kienu barranin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru EIA (environment impact assessment) fl-iżviluppi marittimi matul dawn l-aħħar 10 snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1993 u din is-sena intalbu li jsiru EIAs fuq 19-il proġett għal żvilupp marittimu. Minn dawn 4 għadhom qed jitħejjew u tnejn ġew abbandunati u l-applikazzjonijiet irtirati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm entitajiet/individwi kienu magħżula mill-PA/MEPA biex iwettqu EIA (environment impact assessment) fl-iżviluppi marittimi matul dawn l-aħħar 10 snin? Kemm minn dawn l-individwi ġew mogħtija konsultazzjoni b'aktar minn entita' waħda?
Response (BORG, TONIO)
Il-MEPA ma tagħżilx min iwettaq EIA, iżda huwa l-applikant li jagħżel. It-tieni parti tal-mistoqsija mhijiex ċara.
Jista' l-Ministru jgħid fil-korsijiet li dan l-aħħar organizzat l-awtorita' ta' l-ippjanar fil-proċeduri u preparazzjoni ta' l-EIA:
a) Kemm kien hemm esperti involuti?
b) Kemm minn dawn kienu lokali jew barranin?
c) Fuq liema bażi dawn il-persuni ġew magħżula?
d) Min ħallas għal dawn il-korsijiet li kienu rreklamati mill-PA, jekk hux il-PA innfisha jew xi aġenziji oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej:-
a) Saru żewġ korsijiet fuq l-EIA:
1. Kors għal nies impjegati mad-Dipartimenti tal-Gvern u li jieħdu ħsieb li jaraw l-EIA. In-nies li ipparteċipaw għal dan il-kors irrappreżentaw lil dawn id-Dipartimenti jew entitajiet governattivi:
Dipartiment għall-Ħarsien ta` l-Ambjent
Dipartiment ta` l-Agrikoltura u Sajd
L-Awtorita` ta` l-Ippjanar
Malta Maritime Authority
Dipartiment tas-Saħħa Pubblika
Malta Resources Authority
B`kollox kien hemm 18-il persuna li attendew dan il-kors.
Il-kors ingħata minn espert mill-Institute of Environmental Management and Assessment.
2. It-tieni kors kien immirat għal konsulenti li jaħdmu fuq EIAs kif ukoll għal nies oħra li huma interessati li fil-futur jaħdmu fuq EIAs. Attendew 41 persuna għal dan il-kors.
Il-kors ingħata minn żewġ esperti barranin mill-istess Institute.
b) Il-parteċipanti kienu kollha Maltin (ħlief wieħed li huwa barrani imma jgħix Malta). It-'tutors' kienu żewġ barranin.
c) Għall-ewwel kors il-parteċipanti ġew magħżula mid-Diaprtiment tagħhom. Il-parteċipanti għat-tieni kors intgħażlu wara li ntlaqgħu applikazzjonijiet u l-għażla saret fuq 'first come first served basis'.
d) Il-parteċipanti kollha ħallsu miżata għall-parteċipazzjoni f`dawn il-korsijiet. Fil-każ tan-nies li jaħdmu mal-Gvern, id-Dipartimenti relevanti ħallsu għall-attendenza tagħhom.
Peress li fl-għola stituzzjoni tal-pajjiż, kemm minħabba l-kariga u kemm minħabba l-eta', hemm min qiegħed jirċievi aktar minn pensjoni waħda, jista' jgħidli għaliex persuna li għamlet żmien taħdem man-Navy Ingliża, meta tasal għaż-żmien tal-pensjoni ma tingħatax ukoll il-pensjoni li tingħata tas-servizz Ingliż flimkien mal-pensjoni tal-gvern Malti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali ma tipprekludix lil xi persuna milli tirċievi xi pensjoni tas-servizz filwaqt li tkun qed tirċievi l-pensjoni tas-Sigurta' Soċjali. Tajjeb jingħad li hemm pensjonanti li għandhom aktar minn pensjoni waħda tas-servizz u jirċievu fl-istess waqt pensjoni tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-bord ta' l-awtorita' ta' Malta dwar il-kommunikazzjoni għadu ma ġiex appuntat?
Ma jidhirlux illi dan qiegħed joħloq problemi serji lill-awtorita biex timplimenta d-deċiżjonijiet tagħha apparti l-fatt illi din qiegħda topera b'mod irregolari b'chairman/kap eżekuttiv biss?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord ta' l-Awtorita tal-Komunikazzjoni ġie appuntat b'effett mill-1 ta' April 2002. Ninsab infurmat ukoll li l-atti kolha li saru sa mill-1 ta' Jannar 2001 sa meta twaqqaf il-Bord inħarrġu skond il-proċeduri stipulati mill-liġi u taħt l-awtorita' ta' min kien intitolat joħroġhom.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Enemalta m'hix tagħti każ ta' l-ilmenti li saru mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara, mir-residenti u anke minni bħala rappreżentant fl-għola istituzzjoni tal-pajjiż li għalkemm għaddew ħafna ġimgħat minn kemm ilhom isiru ilmenti biex il-lampi ta' ħdejn id-dar nru 14 u l-lampa ta' blokk A u blokk B fil-Housing Estate ta' Triq il-Missjoni Taljana, Kalkara, għadhom ma nxtelux?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u tittieħed l-azzjoni relattiva.
Jista' l-Ministru jgħid jistax jittieħdu l-passi neċessarji sabiex s-street lighting ta' Triq il-Konvoy ta' Santa Marija u l-akwati, fil-Kalkara ma jibqgħux jintefgħu fl-4.00 ta' filgħodu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa diġa' saret.
Jista' l-Ministru jgħid min ta' l-permess sabiex jinfetaħ il-bieb li nfetaħ dan l-aħħar fil-Ġnien ta' Hastings (Windmill Street). Minn min saret l-applikazzjoni? Meta saret l-applikazzjoni? L-applikazzjoni ġiet approvata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-bieb li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant hi fetħa fil-ħajt li saret biex jitneħħa ħajt perikoluż li kien fi stat ħażin ħafna. L-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet infurmata bil-miktub (22/11/2001) dwar dan. Tneħħa wkoll ħadid dekorattiv imsaddad li kien ukoll fi stat perikoluż.
Sadanittant saret applikazzjoni li daħlet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fil-21 ta' Diċembru 2001 (PA 6777/01). Din saret mid-Direttur Ġenerali tat-Taqsima tax-Xogħlijiet. L-applikazzjoni għadha mhix approvata sa llum.
Jista' l-Ministru ta' l-Edukazzjoni jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-Collective Agreement ta' l-istaff akkademiku li ġie iffirmat dan l-aħħar bejn l-Universita ta' Malta u l-MUT?
X'inhi r-raġuni li l-istaff akkademiku ma ngħatax kopja tal-collective agreement bħal ma kien sar meta kien iffirmat dak ta' l-istaff mhux akkademiku?
Response (GALEA, LOUIS)
Kopja tal-Collective Agreement ta' l-istaff akkademiku li ġie ffirmat dan l-aħħar bejn l-Universita` ta' Malta u l-MUT qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat li għaddej proċess fejn kopji tal-collective agreement qed jiġu stampati.
Jista' l-Ministru jgħid meta il-minerals subject plan kien ikkomissjonat, lil min, meta tlesta u kemm sewwa? 2) Min kienu il-konsulenti tal-kumpanija li għamlet il-minerals subject plan li ħadmu fuq il-pjan u xi esperjenza kellhom? 3) Kemm il-impjegati fi grad I professjonali ġew inġaggati mal-environment management unit f'dawn l-aħħar tlett snin; 4) Kemm il-konsulenza l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għaddew lil-żewġ persuni li isimhom qed jintbagħtu separatament? Jista l-Ministru jgħidilna liema huma, f'isem min ħadmu u kemm tħallsu? 5) Meta il-persuna li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament daħal jaħdem fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar u f'liema grad? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra koppja tal-applikazzjoni ta' Mallia meta applika biex jidħol jaħdem l-Awtorita'?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej:-
1) Il-Minerals Subject Plan ġie kommissjonat lil Entec UK Ltd abbażi ta` Tender T036/98 li għaliha intefgħu ħdax-il offerta li minnha rriżulta li l-prezz skond l-offerta mitfuha minn Entec UK Ltd kienet l-orħos waħda. L-Awtorita` ta` l-Ippjanar fit-12 ta` Mejju 1999 iffirmat kuntratt ma` Entec UK Ltd sabiex ikun jista` jinbeda x-xogħol fuq il-Minerals Subject Plan. Il-Minerals Subject Plan għadu ma tlestiex. L-istima tat-tender sabiex ikun jista` jsir il-Minerals Subject Plan kienet tammonta għal Stg 43,795.30 (approx. Lm26,395.24)
2) Il-Minerals Subject Plan ġie fformulat minn tim ta` Entec UK Ltd immexxi minn wieħed mid-Diretturi tal-kumpanija, Dr. Ian Cromie, li kien responsabbli biex jitfassal dan il-Pjan. Dr. Ian Cromie għandu First Class Degree fl-Ippjanar u PhD fl-Aggregate Planning. Dan il-konsulent qabel ġie mpjegat mill-Etnec ħadem għall-UK`s Quarry Products Association (QPA) bħala Planning Policy and Research Officer b`responsabbilita` biex jagħti pariri u għajnuna lill-industrija tal-minerali fil-minerals planning, environmental and planning legislation li jinkludi ukoll Mineral Planning Guidelines (MPG) u policies ta` l-Ewropa. Huwa għandu esperjenza konsiderevoli fil-Mineral Local Plan (MLP`s) UDP`s u Structure Plans. Kien ukoll involut f`inkjesti għal 5 MLP`s fl-Ingilterra u 1 fl-Iskozja. Kellu wkoll sehem fil-preparazzjoni ta` 4 county structure plans. Dr. Ian Cromie fl-aħħar 10 snin kien iffukat fuq il-Minerals Planning u issues oħra relatati.
3) In-nies li jiġu mpjegati m`humiex impjegati ma` section jew unit partikolari imma ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar u imbagħad jiġu ppustjati skond il-bżonnijiet tal-organizzazjoni. F`dawn l-aħħar 3 snin ġew ingaġġati 4 persuni fi gradi professjonali mill-Awtorita` li kienu mpoġġija fl-environment management unit.
4) Dawn il-persuni tqabbdu mill-Awtorita` fuq numru ta` xogħlijiet kif elenkat hawn taħt:
Stħarriġ fuq Għar il-Friefet, somma ta` Lm63.25 mħallas lil Joseph A. Borg fid-9/9/97
Video survey ta` taħt il-baħar fl-akwati tal-proġett tal-Hilton għas-somma ta` Lm57.50 lil Joseph A. Borg fl-14/10/99
Spejjeż u servizzi professjonali konnessi ma` stħarriġ dwar l-irtirar ta` garanzija bankarja tal-Hilton għas-somma ta` Lm775.00 lil Professur Patrick Schembri fil-31/10/99
Dawn il-persuni kienu wkoll involuti bħala parti minn grupp ta` esperti mqabbda mill-Malta University Services Ltd fuq numru ta` konsulenzi għall-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
5) Is-Sur Adrian Mallia ġie ingaġġat mill-Awtorita` fl-1 ta` Settembru 1994 fi Grad B.
Jista' l-Ministru ta' l-Edukazzjoni jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-Collective Agreement ta' l-istaff akkademiku li ġie iffirmat dan l-aħħar bejn l-Universita ta' Malta u l-MUT?
X'inhi r-raġuni li l-istaff akkademiku ma ngħatax kopja tal-collective agreement bħal ma kien sar meta kien iffirmat dak ta' l-istaff mhux akkademiku?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm ħin biżżejjed biex it-tagħrif jasalli, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li matul din l-aħħar sena ħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet għal top jobs fl-amministrazzjoni mingħajr ma ntalbu kwalifiki akkademiċi meta l-pagi tagħhom huma relatati mal-postijiet akkademiċi?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Onor. Membru ġentilment mitlub jispeċifika aktar il-mistoqsija tiegħu biex tkun tista' tingħata tweġiba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx iffirmata dikjarazzjoni fejn ġie konness il-Ministeru tiegħu biex regolarment jiċċekkja l-air data monitoring measure u biex din id-data tkun aċċessibbli għall-pubbliku. Jekk fl-affermattiv, huma minnu li madwar in-Naxxar dan l-iċċekkjar mhux se jsir? Meta u fejn il-pubbliku jkun jista' jara din id-data?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant ikun aktar ċar u jispjega xi jrid ifisser b'dikjarazzjoni fejn ġie konness il-Ministeru tiegħu biex regolarment jiċċekkja l-air data monitoring measure.
Fil-frattemp, nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent għaddej bi programm ta' monitoraġġ tal-kwalita' ta' l-arja. F'dan il-programm jiġu mkejjla l-livelli ta' tniġġiż ta' l-arja f'għadd ta' lokalitajiet. Għalkemm s'issa għadu ma sarx monitoraġġ fin-Naxxar, dan sejjer isir fil-futur qarib.
Ir-riżultati miksuba f'dan il-programm jinsabu ppubblikati fuq il-website tad-dipartiment (www.environment.gov.mt).
Jista' l-Ministru jgħid x' sar mis-sistema tat-telemetrija li ġiet mirbugħa b' tender CT/110/98 (FA125/MTL) minn kumpanija barranija? Min hi din il-kumpanija li ħadet it-tender, jekk is-sistema kinietx qeda taħdem jew le u x' inhi r-raġuni jekk ma' kinietx qeda taħdem? X' inhi r-raġuni li t-tender CT/WSC/T26/2001 tal-31 ta' Awissu 2001 qeda tirristrinġi l-użu tat-teknoloġija u kommunikazzjoni mobile fil-qasam tat-telemetrija billi jintuża l-istess apparat diġa eżistenti? Jekk sarx feasibility study ta' kemm ser jiswa l-Scada Software u l-interface ma' l-apparat eżistenti u jekk dan jagħtix garanzija li s-sistema topera b' mod effiċjenti?