Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36778 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Shipyard Privata — Dispersant għal kontra ż-żejt

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru li shipyard privata kienet ingħatat kuntratt dirett ta' eluf ta' liri mingħajr ma nħareġ tender biex jiġi maħżun id-dispersant għal kontra ż-żejt u dan baqa' fis-seħħ sal-lum? X'passi dixxiplinarji ttieħdu u x'passi oħra tttieħdu mid-dipartiment tal-finanzi f'dan ir-rigward? Kemm ilu li skada dan id-dispersant? Veru li l-poplu kien qed iħallas għall-ħażna ta' dispersant skadut? X'ġara minn dan id-dispersant u jekk intrema fejn ġie mitfugh?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #36780 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li d-direttur il-ġdid tad-direttorat ta' l-ambjent tal-MEPA qiegħed jagħmel diskriminazzjoni kontra xi uffiċjali tal-gvern li qegħdin detailed mal-MEPA, fosthom li jirrifjutalhom il-leave mingħajr raġuni? Jista' il-Ministru jinvestiga jekk hux qed issir ukoll diskriminazzjoni politika mill-istess direttur? L-istess direttur qiegħed jinnomina persuni li mhumiex fid-direttorat ta' l-ambjent u saħansitra nies li lanqas biss jaħdmu mal-MEPA, biex jattendu f'ismu jew miegħu konferenzi jew okkażjonijiet simili barra minn Malta? Veru li dan l-istess direttur ġieli għamel ġimgħatejn barra minn Malta? Min kien is-sostitut tiegħu u x'remunerazzjoni ħadet din il-persuna?

Response (BORG, TONIO)

Ma jirriżultax li kien hemm xi diskriminazzjoni kontra xi uffiċjali tal-gvern detailed mal-MEPA wisq inqas xi diskriminazzjoni politika. Rigward ir-rifjut ta` leave ta` min jgħid li d-Direttur għandu d-dmir li jara li d-Direttorat jibqa` jiffunzjona kontinwament billi fost affarijiet oħra, ma jaċċettax applikazzjonijiet ta` leave b`avviż qasir. Ir-raġuni tar-rifjut dejjem ingħatat lill-impjegati konċernati. Mhux minnu li d-Direttur preżenti ta` l-ambjent innomina persuni li m`humiex fid-direttorat ta` l-ambjent u saħansitra nies li lanqas biss jaħdmu mal-MEPA, biex jattendu f`ismu jew miegħu konferenzi jew okkażżjonijiet simili barra minn Malta. Mhux minnu li d-Direttur ġieli għamel ġimgħatejn barra minn Malta. Id-direttur irrapreżenta lill-MEPA f`żewġ okkażżjonijiet barra minn Malta b`durata ta` mhux aktar minn tlett ijiem għal kull safra, inkluż l-ivvjaġġar. Fl-assenza tad-Direttur l-għola uffiċjali tas-sezzjonijiet jieħdu ħsieb il-'business' tad-direttorat. L-ebda persuna ma ħadet xi remunerazzjoni relatata f`dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #36355 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — SALARJI U FRINGE BENEFITS

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu salarju u xi fringe benefits hemm marbuta, id-direttur tad-direttorat għall-ħarsien ta' l-ambjent tal-MEPA? Kemm hu previst li jkun is-salarju u xi fringe benefits hemm marbuta maż-żewġ karigi oħra li ħarġu l-applikazzjonijiet tagħhom fosthom id-direttur ġenerali tal-MEPA u l-assistent direttur tal-biodiversity? Kemm huma s-salarji individwali u l-fringe benefits li għandhom is-Sur Matthew Gatt, iċ-chairman u s-segretarju tal-bord tal-MEPA minn mindu saret il-merger?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #36344 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Unjoni Ewropea — Multa

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-multa li weħel il-Gvern Malti fl-1988 mill-Unjoni Ewropea għall-ewwel project life sabiex isir state of the Environment Report? Min kienu l-uffiċjali pubbliċi li ħadu flus bħala kumpens minn dan il-proġett? Mil-liema fondi tħallset u min għamel tajjeb għal din il-multa? Jittieħdu xi passi dixxiplinarji kontra xi ħadd?

Response (BORG, TONIO)

Jien infurmat mill-uffiċjali tal-Ministeru li taħtu kien jaqa` d-dipartiment għall-Ħarsien tal-Ambjent li l-Gvern Malti ma weħel l-ebda multa mill-Unjoni Ewropea għall-ewwel proġett taħt il-'Life Programme' biex isir li State of the Environment Report. Li ġara kien li ġiet rifuża s-somma ta` Euro 74,777.50 għaliex l-Awduturi tal-Unjoni Ewropea ma qablux li r-rati li ġew użati biex jiġi valutat ix-xogħol li sar minn konsulenti maltin in konnessjoni ma` dan ir-rapport, ikunu fuq l-istess livell tar-rati li tħallsu lill-konsulenti barranin. L-ebda uffiċjal pubbliku ma ħa flus bħala kumpens għal dan il-proġett. Is-somma li ġiet rifuża tħallset mid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Ambjent. Ma kienx il-każ li jittieħdu passi dixxiplinari kontra xi ħadd.
Leg 9 PQ #36347 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PLANNING DIRECTORATE — KUMPENS

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm u min kienu l-uffiċjali pubbliċi jew uffiċjali tal-planning directorate li ħadu flus bħala kumpens għal xogħol li għamlu fil-proġett National Communication for Malta under the United Nations framework for climate change?

Response (BORG, TONIO)

Il-MEPA ma għandha l-ebda obbligu li tħallas l-ebda flus bħala kumpens lil uffiċjali pubbliċi jew uffiċjali tal-Planning Directorate, għal xogħol li għamlu fil-proġett National Communication for Malta under the United Nations framework for climate change. L-uffiċjali involuti huma Henrietta Debono (uffiċjal pubbliku) u Adrian Mallia (uffiċjal tal-MEPA).
Leg 9 PQ #36349 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MALTA UNIVERSITY SERVICES — KONSULENTI

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali mis-settur pubbliku li jaħdmu bħala konsulenti mal-Malta University Services fil-qasam ta' studju ambjentali u Environment Impact Assessments rispettivament.

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #36350 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm s'issa uffiċjali pubbliċi li talbu li jitilqu mill-MEPA jew li aċċettaw il-proposti tagħha? Kemm minnhom se jiġu rilaxxati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bħalissa hemm 130 uffiċjali pubbliċi tal-MEPA li 94 minnhom aċċettaw il-proposti ta` l-Awtorita` tagħha taħt perjodu ta` prova filwaqt li 36 għadhom m`aċċettawx il-proposti. Hemm 14 li talbu ir-revocation tad-detailing tagħhom filwaqt li 3 diġa` ġew rilaxxati.
Leg 9 PQ #36351 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — UNJONI EWROPEA

Question

Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-membri li għamlu aġġudikazzjoni biex jilħaq fil-kariga d-direttur tad-direttorat għall-ħarsien ta' l-ambjent tal-MEPA? X'kienu l-kriterji u fuq liema merti ntgħażel min intgħażel? X'kienu r-riżultati peress li xejn ma ġie ppubblikat? Kemm kien hemm u min kienu l-membri ta' l-aġġudikazzjoni li huma esperti jew konversanti mal-konvenzjonijiet u trattati internazzjonali, reġjonali jew ta' l-Unjoni Ewropea li jirrigwardaw l-ambjent? U kif dawn taw il-marki? Kif ingħataw il-marki fuq l-kwalifiki personali?

Response (BORG, TONIO)

Is-selezzjoni ta' l-applikanti ghall-kariga ta' Direttur tad-Direttorat ghall-Harsien ta' l-Ambjent fil-MEPA saret f''zewg fazijiet. L-ewwel fazi kienet tikkonsisti f-"short-listing" ta l-applikazzjonjiet kollha. Il-bord li ghamel l-ghazla kien jikkonsisti minn Victor Torpiano (chairman), Alfred Mangion (membru), Peter Zammit (membru) u Profs. Rev. Peter Seracino Inglott (konsulent). Dan il-bord wasal ghall-"short-list" u ipproceda bl-ewwel intervista. Wara dan il-process, intghazlu hames kandidati li l-bord deherlu li kellhom jigu intervistati ghat-tieni darba. Il-membri tal-bord ghat-tieni intervista kienu: Andrew Calleja (Chairman), Victor Torpiano (Deputy Chairman), Louis Cassar (Member of MEPA Board), Rev. Alfred Darmanin (advisor) u Philip Tortell (konsulent). L-esperti teknici fuq il-bord kienu Louis Cassar u Philip Tortell. L-applikanti ghall-kariga ta' Direttur fid-Direttorat ghall-Harsien ta' l-Ambjent riedu jkollhom esperjenza fit-tmexxija ta' processi u progetti f'organizzazzjoni multi-dixxiplinarja u riedu jkunu kapaci sew f'immaniggjar tar-rizorsi, specjalment dawk umani. Riedu wkoll ikollhom kwalifici akkademici relatati u kellhom jipprovdu vizjoni u direzzjoni biex jibnu organizzazzjoni kapaci li tilhaq il-miri ta' l-obbligi tad-direttorat. Riedu wkoll ikunu familjari ma' l-oqsma relatati ma' l-isfera ta' l-ambjent nazzjonali. Il-bord ikkonsidra il-kapacitajiet tal-hames applikanti fl-isfond ta' dawn il-kriterji u l-Inginier Ray Piscopo gie rrakkomandat bhala l-ahjar kandidat. Il-bord tal-MEPA qabel ma din ir-rakkomandazzjoni u approva il-hatra.
Leg 9 PQ #34918 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rinella — Kalkara

Question

B'riferenza għall-inċident li ġara nhar it-T nejn, 24 ta' Ġunju 2002, fejn kien hemm roqgħa żejt fil-bajja tar-Rinella, Kalkara, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx site plan u pjan ta' proċess dwar il-ħażna u tindif fit-tankijiet viċin il-bajja ta' Rinella? X'informazzjoni hemm dwar użu ta' additives ma' hydrocarbons? Jekk huwa l-każ, x'tip u kemm kien l-ammont ta' żejt kalkulat li ħareġ meta sar l-inċident; u x'azzjoni qed tittieħed biex jiġu evitati inċidenti simili?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li jeżisti proċess rigward il-ħażna u tindif fit-tankijiet li t-Tarzna għandha fl-inħawi msemmija. Dan il-proċess jikkonsisti fl-ilqugħ taż-żejt u ilma ġewwa t-tankijiet u separazzjoni permezz ta' sħana u gravita'. Ma jintużaw l-ebda additives fit-trattament taż-żejt. L-ammont ta' żejt li aċċidentalment spiċċa fil-baħar kien ta' madwar tlitt metri kubi u kien żejt ta' oriġini minerali. Sabiex fil-futur jiġu evitati inċidenti simili, ser jitwaħħal valve fuq il-pipeline, jinbena ħajt baxx quddiem il-boiler house u jiġu adottati proċeduri bil-miktub meta jsir trasferiment ta' żejt.
Leg 9 PQ #34919 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Rinella — Kalkara

Question

B'riferenza għall-inċident li ġara nhar it-Tnejn, 24 ta' Ġunju 2002, fejn kien hemm roqgħa żejt fil-bajja tar-Rinella, Kalkara, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx site plan u pjan ta' proċess dwar il-ħażna u tindif fit-tankijiet viċin il-bajja ta' Rinella? X'informazzjoni hemm dwar użu ta' additives ma' hydrocarbons? Jekk huwa l-każ, x'tip u kemm kien l-ammont ta' żejt kalkulat li ħareġ meta sar l-inċident; u x'azzjoni qed tittieħed biex jiġu evitati inċidenti simili?

Response (BORG, TONIO)

Jien infurmat li jeżisti proċess rigward il-ħażna u tindif fit-tankijiet li t-Tarzna għandha fl-inħawi msemmija. Dan il-proċess jikkonsisti fl-ilqugħ taż-żejt u ilma ġewwa t-tankijiet u separazzjoni permezz ta` sħana u gravita`. Ma jintużaw l-ebda "additives" fit-trattament taż-żejt. L-ammont ta` żejt li aċċidentalment spiċċa fil-baħar kien ta` madwar tlitt metri kubi u kien żejt ta` oriġini minerali. Dan inġabar mill-Oil Pollution Module li taqa` taħt il-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura. Sabiex fil-futur jiġu evitati inċidenti simili, ser jitwaħħal valve fuq il-pipeline, jinbena ħajt baxx quddiem il-boiler house u jiġu adottati proċeduri bil-miktub meta jsir trasferiment ta` żejt.
Leg 9 PQ #34372 Sitting 765 2002-07-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tat-Turiżmu

Environment Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Environment Impact Assessment/Statement saru minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Minn min saru u kemm swew?

Response (REFALO, MICHAEL)

Mill-informazzjoni li waslitli s’issa ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru kellu ħtieġa li jsir EIS dwar il-proġett tat-tiġdid tar-ramla tal-Bajja ta’ San Ġorġ. L-istudju li sewa Lm20,000 sar mill-ICOD li rebħu t-tender relattiv.
Leg 9 PQ #34373 Sitting 765 2002-07-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

Environment Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Environment Impact Assessment/Statement saru minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Minn min saru u kemm swew?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma sar l-ebda Environment Impact Assessment/Statement fil-Ministeru tiegħi fil-perjodu msemmi.
Leg 9 PQ #34357 Sitting 764 2002-07-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Environment Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Environment Impact Assessment/Statement saru minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Minn min saru u kemm swew?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn Settembru 1998 sa llum fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa sar Environmental Impact Assessment wieħed. Dan sar mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS), relatat mal-proġett ta' l-iSptar Mater Dei f'Tal-Qroqq, skond termini mitluba mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Dan ir-rapport sar mid-ditta Lino Bianco & Associates u ġie jiswa Lm11,351 eskluż il-VAT.
Leg 9 PQ #34362 Sitting 764 2002-07-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Environment Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Environment Impact Assessment/Statement saru minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Minn min saru u kemm swew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sa llum ma sarux Environment Assessment/Statement fuq talba tal-Ministeru jew Dipartimenti.
Leg 9 PQ #34364 Sitting 764 2002-07-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Environment Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Environment Impact Assessment/Statement saru minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Minn min saru u kemm swew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #34366 Sitting 764 2002-07-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Environment Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Environment Impact Assessment/Statement saru minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Minn min saru u kemm swew?

Response (BORG, JOE)

Ma saret ebda talba għal xi Environment Impact Assessment/Statement mill-Ministeru.
Leg 9 PQ #34368 Sitting 764 2002-07-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Environment Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Environment Impact Assessment/Statement saru minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Minn min saru u kemm swew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li minn Settembru 1998 sal-lum ma sar l-ebda Environment Impact Assessment/Statement fuq talba tal-Ministeru għal Għawdex u tad­dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Leg 9 PQ #34370 Sitting 764 2002-07-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Environment Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Environment Impact Assessment/Statement saru minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Minn min saru u kemm swew?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul is-sena l-oħra l-Malta Drydocks ikkummissjonat studju dwar "Environment Impact Assessment". Dan l-istudju sewa 7,500 dollaru Amerikan.
Leg 9 PQ #34349 Sitting 763 2002-07-01 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Environment Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Environment Impact Assessment ġew sottomessi lill-awtorita' ta' l-ippjanar fejn jirrigwardja żviluppi marittimi matul dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm minn dawn kienu barranin u kemm minn dawn kienu Maltin? Minn min saru?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34071. L-EIAs kienu ikkoordinati minn dawn il-kumpaniji: Applied Economics Consulting Ltd Aquabiotech Ltd EKOplan EMDP Ltd Insular Coastal Dynamics Institute (ICOD) Lino Bianco & Associates Malta University Services Ltd Tnejn mill-EIAs saru minn grupp ta` konsulenti mhux koordinati minn ebda kumpanija. Dawn il-konsulenti kienu kollha Maltin, ħlief għal wieħed li huwa barrani iżda jgħix Malta.
Leg 9 PQ #34350 Sitting 763 2002-07-01 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

B'riferenza għar-risposta li l-Ministru tani għal mistoqsija 34075, min kienu ż-żewġ esperti barranin u xi kwalifiki kellhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ż-żewġ esperti kienu is-Sur Karl Fuller, Manager tas-Centre for Environmental Assessment and Management (CEAM) tal-Institute for Environmental Management and Assessment (IEMA) ta` l-Ingilterra u Dr John Henry H. Looney li huwa wkoll membru fuq il-Kunsill tal-IEMA. Dawn iż-żewġ esperti għandhom esperjenza twila f`dan il-qasam. Id-dettalji dwar l-Istitut u l-esperti huma kif jidher fid-dokument hawn mehmuż.