Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu kawżi quddiem il-qorti ċivili u superjuri f'Għawdex f'dawn l-aħħar erba' snin 2001, 2002, 2003 u 2004? Lil min ġew assenjati, f'liema ammonti u kemm minnhom ġew deċiżi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej:-
It-tabella ta’ hawn taht turi n-numru ta’ kawzi li dahlu quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) Gurisdizzjoni Superjuri, sena b’sena matul is-snin 2001, 2002, 2003, u 2004, lil min gew assenjati, u kemm gew decizi matul l-istess snin.
Din l-istatistika tinkludi biss kawzi (citazzjoni) u teskludi attijiet ohra bhal nghidu ahna Mandati ta’ Inibizzjoni u Rikorsi. Inoltre l-kolonni “Decizi” tinkluzi biss dawk il-kawzi li nghatat sentenza dwarhom u ghalhekk teskludi dawk li gew ceduti u waqghu dezerti.
Magistrat u Sezzjoni
Sena 2001
Sena 2002
Sena 2003
2004 – sas-17 ta’ Novembru
Introdotti
Decizi
Introdotti
Decizi
Introdotti
Decizi
Introdotti
Decizi
Dr P. Coppini – Sezzjoni Generali
77
55
90
48
92
64
77
59
Dr P. Coppini – Sezzjoni Familja (&)
N.A. (#)
N.A. (#)
N.A. (#)
N.A. (#)
2
0
5
0
Dr A. Micallef Trigona – Sezzjoni Generali
37
31
37
44
46
50
37
38
Dr A. Micallef Trigona – Sezzjoni Familja
N.A. (#)
N.A. (#)
N.A. (#)
N.A. (#)
0
0
3
0
Dr M. Mallia (*)
N.A. (#)
5
N.A. (#)
N.A. (#)
N.A. (#)
N.A. (#)
N.A. (#)
N.A. (#)
(&) Is-Sezzjoni Familja fil-Gurisdizzjoni Superjuri tal-Qrati giet imwaqqfa permezz ta’ Avviz Legali numru 396/2003 u bdiet topera mis-16 ta’ Dicembru 2003;
(*) Il-Magistrat Dr. M. Mallia ma baqax assenjat ghall-Qorti ta’ Ghawdex f’Novembru 2000 u minfloku gie l-Magistrat Dr. A. Micallef Trigona;
(#) N.A. = mhux applikabbli
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu kawżi kriminali quddiem il-qorti ta' Għawdex fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004, lil min ġew assenjati u kemm għad hemm pendenti minnhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher hawn taħt.
Ġudikatura Kriminali (Sommarji)
2000
2001
2002
2003
2004
Int-Pend.
Int-Pend.
Int-Pend.
Int-Pend.
Int-Pend.
Dr. P. Coppini
0 – 0
0 – 0
0 – 0
0 – 0
0 – 0
Dr. A. Micallef Trigona
0 – 3
0 – 0
0 – 0
34 - 24
158 - 158
Dr. M. Mallia
0 – 3
0 – 0
0 – 0
0 – 0
0 – 0
Dr. G. Grixti
716 - 318
841-288
800-365
76 - 199
0 – 104
Dr. C. Scerri Herrera
0 - 0
0 - 0
0 - 0
461 - 118
601 - 286
Qorti Istruttorja (Kumpilazzjoni)
2000
2001
2002
2003
2004
Int-Pend.
Int-Pend.
Int-Pend.
Int-Pend.
Int-Pend.
Dr. P. Coppini
18 – 28
11 - 21
29 – 25
6 - 26
3 – 20
Dr. A. Micallef Trigona
7 – 15
10 – 20
15 – 26
2 – 20
0 - 19
Dr. M. Mallia
0 – 15
0 – 0
0 – 0
0 – 0
0 – 0
Dr. G. Grixti
43 - 81
19 - 77
20 - 76
6 - 73
0 – 64
Dr. C. Scerri Herrera
0 – 0
0 - 0
0 - 0
34-32
44 - 51
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-allowance tal-petrol li kull ġudikant li jaħdem fil-qorti ta' Għawdex huwa ntitolat għaliha? Kemm kienet l-ispiża tal-petrol ta' kull vettura ta' kull ġudikant li jitħallas direttament mill-qorti ta' Għawdex matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej:-
L-
allowance,
ghal dak li hu ta'
petrol,
ta' magistrat tammonta ghal
Lm750
fis-sena.
L-ispiza tal-
petrol
tal-Magistrat Paul Coppini - l-uniku gudikant li jithallas minn hawn - kienet:
Sena
Spiza (Lm)
Rimarki
2000
0
Kien ghadha tigi wtilizzata karozza tal-kiri bix-xufier
2001
41.65
Minn Dicembru
2002
439.50
-
2003
510.40
-
2004
523.27
Sat-12 ta' Novembru
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża matul is-snin 2001, 2002, 2003 u 2004 ta' kull ġudikant li jaħdem fil-qorti ta' Għawdex kemm għar-rigward ta' telephone ċellulari tiegħu u kemm għar-rigward tal-ħlas tat-telefonija fissa?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-allowance għal ġudikant Malti li jaħdem f'Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-allowancegħal ġudikant Malti li jaħdem f'Għawdex tikkonsisti fis-segwenti:
Bed & Breakfast
Lm26
Half Board
Lm36
Full Board
Lm46
Lunch
Lm12
Biljett tal-vapur għal karozza
Biljett tal-vapur għal passiġġier
Jista' il-Ministru jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet tad-dipartiment tal-liċenzji sabiex il-persuna - isimha qed jintbagħat separatament - bdiet taħdem mad-dipartiment tal-liċenzji? Kemm kien in-numru ta' applikanti, kemm intgħażlu u x'salarji u benefiċċji għandhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-persuna msemmija ġiet impjegata fuq pożizzjoni ta' fiduċja. Is-salarju ta' din il-persuna hija dik ta' Lm10,000 fis-sena u għandha karozza bħala benefiċċju.
Jista' il-Minsitru jispjega r-riforma li seħħet fir-rotta tal-karozzi tal-linja ta' l-Isla u l-Kalkara? X'kien ir-raġunar wara dan it-tibdil? L-interess tar-residenti ta' dawn iż-żewġ lokalitajiet ingħata piż f'din ir-riforma? Kif se jiġi assigurat li r-residenti ta' dawn iż-żewġ lokalitajiet jingħataw servizz xieraq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-iskeda tas-servizz l-antika u dik preżenti tar-rotot ta’ l-Isla (Rt 3), l-Kalkara (Rt 4) u l-Birgu (Rt 1, Rt 6) sabiex ikunu ikkomparati.
L-iskop prinċipali ta’ l-bidla fl-iskeda seħħ sabiex jiġu amalgamati ir-rotot u jingħata serviżż aktar effiċjenti. Filfatt bl-iskeda preżenti, wara 10.20 ta’ filgħodu, il-vjaġġi li jitilqgħu mill-Isla lejn il-Belt Valletta jgħaddu mill-Birgu, għaldaqstant qed jingħata serviżż anki lejn il-Birgu u l-Fgura.
Barraminhekk, beda ukoll servizz ġdid bin-numru tar-rotta 300, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, li titlaq mill-Isla lejn l-Universita via tas-Sliema.
L-Awtorita dwar it-Trasport ta’ Malta ser ikollha laqgħat fil-ġimgħat li ġejjin mar-rappreżentanti tal-Kunsilli ta’ l-Isla, l-Birgu u l-Kalkara sabiex tiġi riveduta is-sitwazzjoni għall l-aħjar serviżż għan-nies tal-lokalita.
Jista' il-Minsitru jispjega r-riforma li seħħet fir-rotta tal-karozzi tal-linja ta' l-Isla u l-Kalkara? X'kien ir-raġunar wara dan it-tibdil? L-interess tar-residenti ta' dawn iż-żewġ lokalitajiet ingħata piż f'din ir-riforma? Kif se jiġi assigurat li r-residenti ta' dawn iż-żewġ lokalitajiet jingħataw servizz xieraq?
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra dwar dawk l-impjegati li kienu jaħdmu maż-żewġ tarznari u li issa ġew trasferiti mal-kumpannija IPSL, għal finijiet ta' l-ETC taħt liema grad huma mniżżlin? Għadhom bl-istess grad li kienu meta kienu għadhom jaħdmu mat-Tarzna?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dawk l-impjeagati li kienu jaħdmu maż-żewġ tarznari u li issa ġew trasferiti mal-kumpanija IPSL, ġew trasferiti mill-Korporazjoni bl-istess grad li kellhom mat-Tarzna.
Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess sabiex f'Għawdex ikun hemm decompression chamber? Tista' tgħid għaliex qed ikun hemm dewmien fil-ħruġ ta' dan it-tender?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena ninsab nfurmata li l-progett ghall-bini ta' facilitajiet ta' "Decompression Chamber" fil-prezent qieghed ghall-konsiderazzjoni tal-Gvern.
Jista' il-Ministru jgħid meta dawk il-persuni li kienu mpjegati mat-Tarzna u li ġew sekondati mal-Heritage Malta, se jieħdu l-benefiċċji kollha dovuti lilhom fosthom tal-ħin żejjed li ħadmu minħabba li ħadmu għan-nofs ta' nhari; l-istess bħal ħaddiema l-oħra li hemm jaħdmu mal-Heritage Malta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ħaddiema li huma sekondati ma' Heritage Malta għal perijodu mhux definit baq għu jaħdmu fuq skeda ta' ġurnata ta' tmien sigħat xogħol (eskluż il-breaks) minn meta bdew jaħdmu ma' Hertitage Malta. Għalhekk ma hemmx lok ta' ħlasijiet żejda.
Bord ta' l-Għażla — Offset perfecting 2 colour machine
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid min kienu l-membri tal-Bord ta' l-Għażla fir-rigward tal-makna offset perfecting 2 colour machine li għadha kif ġiet approvata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-membri tal-Bord ta’ l-għażla fir-rigward tal-makna offset perfecting 2 colour machine li għadha kif ġiet approvata kienu dawn:
Charles Sammut Chief Printer
Ray Zammit Assistant Chief Printer
Alex Cutajar Press Inspector (Offset Section)
B'riferenza għad-dokument li qed jintbagħat separatament, jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dipartiment tal-VAT ma jridx jindaga t-talba hemm spjegata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-cash register indikat fil-mistoqsija nxtara b’sussidju mogħti mill-Gvern fis-sena 1994. Kienet il-proċedura ta’ dak iż-żmien li cash registers mixtrija b’sussidju jiġu ritornati lid-Dipartiment meta negozju jingħalaq bħal ma kien f’dan il-każ biex b’hekk jiġi trasferit għal negozju ieħor.
Jirriżulta li l-cash register imsemmi kien ġie trasferit fuq negozju ieħor.
Jien infurmat li d-Dipartiment tal-VAT sejjer jitlob kopja ta’ dawn id-dokumenti sabiex ikun jista’ jindaga jekk ikun il-każ.
Jista' il-Prim Ministru jara li kull meta tiżviluppa xi problema fl-Istamperija tal-Gvern li taffettwa x-xogħol, id-direttur u ċ-chief printer jindirizzaw l-istaff b'mod diċenti u mhux bl-użu ta' kliem xejn deni u oxxen u ta' theddid?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub ikun aktar speċifiku għax il-mistoqsija hija vaga ħafna.
Jista' il-Prim Ministru jgħid: 1) x'kienet ir-raġuni li l-image setter (CREO), fl-Istamperija tal-Gvern li għadha kif ġiet installata, mhijiex l-istess waħda bħal dik li kienet inħarġet it-tender oriġinali? 2) Jista' jgħid għalfejn din il-bidla kienet awtorizzata u x'differenza kien hemm fil-prezz, jekk kien hemm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Imagesetter (CREO) li ġiet installata fl-Istamperija tal-Gvern hija l-istess waħda li ġiet awarded fit-tender oriġinali (CREO Dolev 800 V2 Imagesetter).
Ma kien hemm ebda bidla mill-award oriġinali u għalhekk ma kien hemm ebda differenza fil-prezz.
Jista' il-Prim Ministru jgħid: a) wara l-istallazzjoni ta' l-image setter (CREO) kemm ġew minfuqa flus s'issa fuq films u kimika? b) Jista' jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-istess films u kimika jibdew jinxtraw permezz ta' l-offerti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Wara l-installazzjoni ta’ l-Imagesetter (CREO) il-flus minfuqa f’films u kimika kienu:
Films 711mms x 60m Lm2009
Films 508mms x 60m Lm1172
Kimika Lm 145
Il-films u l-kimika mixtrija huma skond kif irrikmandat mill-manifattur ta’ l-istess Imagesetter u marbuta mal-garanzija ta’ l-istess makna.
Il-films u l-kimika jiġu mixtrija skond ir-regolamenti finanzjarji.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati u seconded ħaddiema mal-WSC mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum? F'liema grad ġew impjegati u minn liema dipartimenti ġew seconded?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li mill-1 ta' Jannar 2004 sas-7 ta' Mejju 2004 ġew seconded/mislufa sitt (6) ħaddiema mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mill-Maltapost fil-grad ta' skrivan.
Ma kien hemm l-ebda mpjieg ġdid fil-perjodu msemmi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħarraf lil din il-Kamra x'inhuma r-raġunijiet għalfejn it-traskrizzjonijiet tax-xhieda fil-kawża li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mhumiex qegħdin isiru b'detriment għall-partijiet u l-andament tal-Kamra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-traskrizzjoni tax-xhieda fil-kawża li d-dettalji dwarha intbagħtu separatament qegħda fil-proċess. Erronjament id-data ta' fuq it-tali traskrizzjoni qegħda indikata bħala s-7 ta' Novembru 2004 minflok is-7 ta' Novembru 2003.