Jista' il-Ministru jispjega l-aġir tal-bord taċ-ċentru tar-restawr f'Bighi li ġimgħatejn biss qabel ma jiġi xolt il-bord ħareġ call for applications għal pożizzjoni ta' direttur tal-laboratorji? Jaqbel il-Ministru li dan l-aġir tal-bord mhux etiku? Jikkonferma l-Ministru li din l-applikazzjoni missha ħarġet minn Heritage Malta? Jista' jispjega wkoll kif f'din il-call for applications hemm klawsola bil-kundizzjoni li l-applikant għandu jkollu esperjenza ta' għaxar snin fir-restawr tal-ġebla?
Jista' ukoll jgħid jekk din hijiex l-ewwel darba fl-istorja li hemm klawsola li titlob esperjenza daqshekk fit-tul?
Jaqbel il-Ministru li b'dan il-mod il-bord qiegħed iċaħħad nies b'ideat ġodda milli japplikaw u b'hekk inkomplu nirripetu l-istess żbalji tal-passat?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-bord tad-diretturi ta' l-Enemalta kull sena mill-bidu ta' l-2003 sal-lum? Kemm-il darba ltaqa' il-bord ta' l-Enemalta tul dan il-perjodu? X'kienet l-attendenza ta' kull membru tal-bord f'kull laqgħa tul dan il-perjodu?
X'allowances u perks oħra jirċievu l-membri tal-bord ta' l-Enemalta? Jista' jgħid xi ħlasijiet saru lil kull membru tal-bord f'allowances u perks mill-bidu ta' l-2003 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra meta jerġa' jiltaqa' l-Parlament.
Santa Luċija — Junior Lyceum - għalliema tax-Xjenza
Question
Jista' il-Ministru jinvestiga għaliex għalliema partikolari tax-Xjenza fil-Junior Lyceum ta' Santa Luċija qiegħda tagħmel xogħol ta' assistent kap ta' l-iskola meta din l-għalliema partikolari m'għandhiex din il-kariga?
Għalfejn din l-għalliema għandha id-desk tagħha fl-uffiċċju ta' l-assistenti kapijiet ta' l-iskola fejn għandha wkoll aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali ta' l-għalliema l-oħra u fejn hi qiegħda tqassam xogħol għall-għalliema l-oħra? X'passi se jieħu d-dipartiment dwar dawn l-abbużi serji?
Jista' jinvestiga x'wassal biex tlett assistenti kapijiet ta' l-iskola telqu mill-Junior Lyceum ta' Santa Luċija f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għalliema li għaliha qed jirreferi l-Onor. Membru hija Subject Co-Ordinator li għandha grad ekwivalenti għal dak ta' Assistent Kap. Tlabt lid-Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni tidħol fil-punti imqanqla mill-Onor. Membru avolja ġejt informat li m'hemmx bażi għall-allegazzjonijiet tiegħu.
Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-limiti ta' Ħal Farruġ hemmx impjant/i li jaħżnu jew jibbottiljaw xi żjut jew gassijiet? Kemm koperti u mhux koperti bil-permess. Jista' jagħti lista tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fl-inħawi msemmija mill-Onor. Interpellant, sa llum hemm applikazzjoni waħda quddiem l-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għal impjant li jkun kapaċi jaħżen xi gassijiet.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien stmat il-valur ta' kuntrabandu tad-diesel? Kemm ħallas skond il-ftehim li sar mad-dwana min għamel dan ir-reat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dan ma kienx każ ta’ kuntrabandu imma dan id-
diesel
bid-dazju mhux imħallas u li l-operatur kien awtorizzat iġorr, ġie trasferit f’post mhux awtorizzat mid-Dwana.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 8311, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti relatati ma' relazzjonijiet kuntrattwali rigward impjegati tal-kumpannija Tigne' Development Co. Ltd. u l-Holiday Inn?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim kollettiv relattiv.
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi direct promotions (bla sejħa għal applikazzjonijiet) fil-Maltacom jew xi kumpannija sussidjarja fil-Maltacom minn Jannar 2004 sal-lum?
Jekk fl-affermattiv, kemm saru, min huma l-ħaddiema, xi grad u skala kellhom qabel u xi grad u skala ta' salarju għandhom issa? Kemm hi d-differenza fil-massimu li se jiżdiedu dawn il-ħaddiema b'dawn id-direct promotions?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-P.Q.1130.
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi direct promotions (bla sejħa għal applikazzjonijiet) fil-Maltacom jew xi kumpannija sussidjarja fil-Maltacom minn Jannar 2004 sal-lum?
Jekk fl-affermattiv, kemm saru, min huma l-ħaddiema, xi grad u skala kellhom qabel u xi grad u skala ta' salarju għandhom issa? Kemm hi d-differenza fil-massimu li se jiżdiedu dawn il-ħaddiema b'dawn id-direct promotions?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'qiegħed iżomm lill-Kummissarju tal-Pulizija milli joħroġ il-liċenzji lill-Aġenzija tas-Sigurta' li joperaw b'servizz ta' gwardjani privati?
Liema huma dawk l-aġenziji li huma reġistrati? Jista' jgħid jekk hux kull aġenzija għandha l-insurance kif rikjest mil-liġi?
Jista' jgħid jekk hux kull aġenzija qiegħda topera skond il-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-liċenzji skond l-Att ta' l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali (Kap. 389) m'humiex miżmuma u qed ikunu proċessati skond ir-Regolamenti. L-Aġenziji ta' Gwardjani Privati reġistrati mal-Pulizija huma:
Safetrust Security
J.F. Security Consultancy Services Ltd
The Guard & Warden Service House Ltd
Securital Ltd
Monitoring Services Ltd
Grange Security & Consultancy Services Ltd
Khiron Security Ltd
Zenith Investigative Services
Sterling Security Co. Ltd
Group 4 Securitas
Group 4 Services
Personal Security Services
Security Services Ltd
I.H.B.
Oscar 7
Hemm tnejn oħra li t-talba tagħhom għadha qed tkun proċessata. Infurmat ukoll illi matul is-sena l-oħra inqalgħu xi diffikultajiet dwar il-polza ta' assigurazzjoni. pero' jidher li din issa ġiet sorvolata u għalhekk il-liċenzji qed jiġġeddu.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' l-estensjoni tad-drenaġġ u servizzi oħra bħad-dawl tat-toroq u ilma fi Triq Lorry Sant, Fgura?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien informat li fit-triq imsemmija diġa' hemm mejn għall-provvista ta' l-ilma.
Ix-xogħol ta' l-estensjoni tal-mejn tad-drenaġġ ingħata lill-kuntrattur li ntalab biex jibda x-xogħol immedjatament.
Rigward is-servizz tad-dawl ninforma lill-Onor Interpellant li t-twaħħil ta' bozoz godda fil-Fgura għadda f'idejn il-Kunsill Lokali u m'għadux ir-responsabbilta ta' l-Enemalta. Din tipprovdi biss is-servizz ta' l-elettriku li diġa jezisti fi-triq imsemmija.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 8311, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti relatati ma' relazzjonijiet kuntrattwali rigward impjegati tal-kumpannija Tigne' Development Co. Ltd. u l-Holiday Inn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il seduta ċivili tinżamm f'Għawdex kull xahar minn kull maġistrat f'ġurisdizzjoni ċivili?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-turn ta' Għawdex huwa maqsum kull tliet ġimgħat, jiġifieri jagħmel ħmistax-il ġurnata għassa u f'dawk il-ħmistax jagħmel tmien seduti l-Maġistrat Coppini waqt illi l-Maġistrat Micallef Trigona jagħmel ġimgħa għassa u fiha jagħmel erba' seduti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fis-sigrieti tal-maġistrati hemmx computer għall-użu tal-maġistrat, u jekk hemm kemm-il computer hemm għad-dispożizzjoni tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li għall-ewwel parti tal-mistoqsija, t-tweġiba hija fl-affermattiv. Infurmat ukoll illi hemm għaxar Maġistrati li għandhom żewġ computers għad-dispożizzjoni tagħhom, filwaqt li s-sitta l-oħra għandhom wieħed.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm sentenzi mogħtija fiċ-ċivil fil-qorti ta' Għawdex ġew varjati jew mibdula mill-qorti ta' l-appell f'Malta u mill-qorti ta' l-appell f'Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefaq mill-qorti bħala allowance (mhux dak ta' trasport) fuq kull ġudikant f'Għawdex fis-snin 2002, 2003 u 2004 u liema huma l-ġudikanti ntitolati għal food and lodging allowance?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew introdotti inkjesti quddiem il-qorti ta' Għawdex fis-snin 2002, 2003 u 2004? Lil min ġew assenjati u f'liema ammont u kemm minnhom ġew mogħtija u mibgħuta lill-Avukat Ġenerali?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-qorti ċivili ta' Għawdex (sede inferjuri u superjuri) li ilhom pendenti aktar minn għaxar snin u kemm hemm kawżi li ilhom pendenti aktar minn ħames snin?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il kawża li kienet ilha pendenti għal aktar minn ħames snin quddiem il-qorti ċivili ta' Għawdex/inferjuri u superjuri ġiet deċiża fis-snin 2003 u 2004?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.