Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata Triq l-10 ta' Settembru 1797 magħrufa bħala taċ-Ċawsli u li tagħti bejn Ħaż-Żabbar u l-Fgura u bejn il-mina ta' Hompesch u r-roundabout u li hija biċċa triq qasira li kull meta tagħmel ix-xirta tispiċċa mgħarrqa? Jistgħu jittieħdu passi peress li minħabba f'dan l-inkonvenjent tista' issir ħsara strutturali fid-djar li jagħtu għal din l-istess triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Reċentament sar xogħol ta' tijib fis-sistema ta' l-istorm water f'din it-triq. L-Awtorita' dwar it-Trasport qegħda fil-proċess li tara kif din is-sistema ser taħdem biex hekk tkompli t-tieni fażi tax-xogħlijiet.
Peress li kulħadd jaqbel li t-toroq ta' Malta u Għawdex għandhom jinżammu ndaf, jaqbel il-Ministru li qabel ma jsiru r-regolamenti li bis-saħħa tagħhom jiġu mposti multi dwar ir-rimi ta' l-iskart domestiku, kien ikun iktar raġonevoli li jara li fejn huwa possibbli jkun hemm skips għar-rimi ta' dan l-iskart? Ma jaħsibx li għall-anzjani u dawk li jkunu morda huwa ta' inkonvenjent u anke ta' periklu għal saħħithom li joħorġu l-borża ta' l-iskart barra fil-kesħa ta' filgħodu kmieni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Kunsilli Lokali jagħtu servizz lil kull komunitá biex jinġabar l-iskart domestiku. Fil-każ li s-servizz mhux addattat, allura l-Kunsill għandu jiġi nfurmat ħalli jsiru l-arranġamenti meħtieġa. Il-multi qegħdin għal dawk in-nies li, minkejja dan is-servizz ta’ kuljum, u ġbir ta’ skart goff b’xejn, xorta għad hawn min jarmi barra. Dan l-aġir, bħal ma ninsab ċert li jaqbel l-Onor. Interpellant, għandu jiġi ppenalizzat.
Il-Gvern bħalissa għaddej b’arranġamenti mal-Kunsilli Lokali sabiex jiġu identifikati aktar siti għal ġbir ta’ skart separat. Nappella lill-Onor. Interpellant sabiex iħeġġeġ lil dawk il-Kunsilli Lokali li għadhom qed jopponu din l-inizzjattiva biex jipparteċipaw minnufih għall-benefiċċju tal-komunità tagħhom.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata Triq l-10 ta' Settembru 1797 magħrufa bħala taċ-Ċawsli u li tagħti bejn Ħaż-Żabbar u l-Fgura u bejn il-mina ta' Hompesch u r-roundabout u li hija biċċa triq qasira li kull meta tagħmel ix-xirta tispiċċa mgħarrqa? Jistgħu jittieħdu passi peress li minħabba f'dan l-inkonvenjent tista' issir ħsara strutturali fid-djar li jagħtu għal din l-istess triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Tista' il-Ministru tgħid min ta l-ordni biex isir kanċell tal-ħadid fil-Gallerija tal-Barrakka tat-Tiġrija fi Triq ir-Repubblika, Rabat, Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-post imsemmi mill-On. Interpellant huwa taħt il-kustodju tal-Kumitat Organizzattiv Kultura u peress li ġie innotat li waqt manifestazzjonijiet pubbliċi, (mhux waqt it-tiġrijiet tal-bhejjem) kien qiegħed ikun hemm nies mhux awtorizzati fil-gallarija tal-Barrakka li tinsab fi Triq ir-Repubblika, fir-Rabat, inħasset il-ħtieġa li jingħalaq l-aċċess minn fejn wieħed seta’ jidħol faċilment għal fuq il-gallerija tal-Barrakka.
B'riferenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 12668, ladarba l-Ministru jaf li hemm substation u hemm cable, jista' jgħid għaliex l-istess cable ma ġiex attwat jew komunikat? X'inhu jżomm li jsir dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-cable li saret referenza għalih ma jistax jintuża minħabba li l-każ qiegħed il-Qorti u s-sentenza għadha pendenti.
Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti — Esibizzjoni tal-Pittura
Question
B'riferenza għall-esibizzjoni tal-pittura "Six generations of Maltese contemporary artists", organizzata mill-kunsill Malti għall-kultura u l-arti, jista' il-Ministru jgħid xi kriterji oħra ntużaw biex jintgħażlu l-artisti, apparti dik tas-sena li fiha twieldu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-eżibizzjoni Six Generations of Maltese Contemporary Artists kienet imtellha mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti fuq tliet kriterji, li huma kif ġej :
1. Il-validita ta’ kull biċċa xogħol magħżula;
2. Perspettiva wiesgħa kemm jista’ jkun ta' l-istorja u l-kontribut għal spettru ta’ l-aħjar xogħolijiet fl-Arti Viżwali f’ Malta llum;
3. Selezzjoni proporzjonata ta’ artisti kontemporanji attivi f’kull wieħed mis-sitt ġenerazzjonijiet ta' l-esibizzjoni.
Kunsill Malti għall-kultura u l-arti — Esibizzjoni tal-pittura
Question
B'riferenza għall-esibizzjoni tal-pittura "Six generations of Maltese contemporary artists" organizzata mill-kunsill Malti għall-kultura u l-arti, jista' il-Ministru jgħid jekk l-artisti ġewx magħżula minn panel ta' esperti? Jekk iva, jista' jgħid min huma? Jekk ġew magħżula minn persuna waħda, min hi din il-persuna u xi kwalifiki għandha biex tagħmel din l-għażla?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-esibizzjoni Six Generations of Maltese Contemporary Artists organizzata mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti kienet fdata f’idejn membru tal-Kunsill, ċioe', is-sur George Glanville. Huwa fatt magħruf illi s-Sur Glanville għandu track record impressjonanti ħafna f’dik li hi organizazzjoni ta’ eżibizzjonijiet ta' l-arti.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Malti għall-kultura u l-arti jikkordinax ma' soċjetajiet oħra ta' l-arti biex avvenimenti ta' l-arti, speċjalment meta jkunu jittrattaw fuq l-istess materja u li fihom jieħdu sehem l-istess artisti, ma jsirux fl-istess ġranet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li teżisti ko-ordinazzjoni qawwija bejn il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti u soċjetajiet oħra ta’ l-Arti. Dan ma jeskludix iżda li minħabba l-attivita' artistika qed tiżdied ħafna, jinzerta li jkun hemm żewġ esibizzjonijiet fl-istess ġurnata.
Jikkonferma l-Ministru li f'dawn l-aħħar ġranet fl-awtorita' dwar it-trasport wieħed mill-impjegati nħatar assistent personali taċ-chief executive mingħajr ma ħarġet xi sejħa għal applikazzjonijiet? Meta din il-persuna bdiet taħdem ma' l-awtorita', f'liema kariga u b'liema salarju? Jista' jgħid kemm-il ħatra ngħatat minn dak iż-żmien 'il hawn u x'żidiet ħadet fis-salarju? Kemm hu s-salarju li se tieħu fil-kariga ġdida tagħha, li skond informazzjoni li għandi, għandha parentela ma uffiċjal fis-segretarjat personali tal-Ministru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-persuna li qed tiġi riferuta mill-Onorevoli Interpellant bdiet taħdem ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport fis-6 ta' Jannar, 2004. Ma ngħatatilha l-ebda żieda fis-salarju u ma saret l-ebda sejħa għall-applikazzjoni għar-raġuni li din il-kariga hija waħda ta' persuna ta' fiduċja u l-pożizzjoni ġiet kreata għal proġetti speċifiċi u moniteraġġ b'għajnuna lill-Kap Eżekuttiv.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ilha ma tidħol għax-xogħol ma' l-awtorita' dwar it-trasport il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament? Din il-persuna baqgħet titħallas minkejja li ma baqgħetx tidħol għax-xogħol? Din il-persuna għadha tidher fuq il-kotba ta' l-awtorita'?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-persuna li qed tiġi riferuta mill-Onorevoli Interpellant b'għadiex impjegata ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport.
B'riferenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 12668, ladarba l-Ministru jaf li hemm substation u hemm cable, jista' jgħid għaliex l-istess cable ma ġiex attwat jew komunikat? X'inhu jżomm li jsir dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 12140, jista' il-Ministru jispjega kif is-soċjeta' La Stella għamlet ċitazzjoni lill-Enemalta, ċitazzjoni nru. 89/1998/1, fil-qorti ta' Għawdex minħabba li allegatament għadda cable minn fuq proprjeta' tiegħu bla permess, liema cable wassal għal substation?
Fid-dawl ta' dan kollu, jista' il-Ministru jgħid jekk it-tweġiba li ngħatat tistax tkun qed tiżvijja lill-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Mistoqsija Parlamentari 12140 għamlet referenza għal substation fil-Foss taċ-Ċittadella. Huwa kkonfermat li ma' hemm ebda substation fil-Foss taċ-Ċittadella.
Huwa minnu li hemm cable għaddej mill-Foss taċ-Ċittadella, li dwaru hemm il-kawża msemmija, u li jispiċċa f'substation iżda din is-substation mhux qiegħda fil-Foss kif ġie indikat fil-Mistoqsija Parlamentari 12140. Għaldaqstant ir-risposta li ngħatat ma kinitx qed tiżvija l-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu d-dħul annwali (inklużi bonuses u allowances): a) tal-Prim Ministru; b) ta' kull ministru fil-Kabinett; u c) ta' kull Segretarju Parlamentari?
Minbarra dan id-dħul, il-Prim Ministru, kull ministru u kull Segretarju Parlamentari huma ntitolati għal faċilita' ta' karozza jew aktar? Jekk aktar, kemm?
F'kull każ, kemm kienet l-ispiża annwali għal kull karozza, għall-provdiment u l-manutenzjoni tagħha fis-sena 2004?
Il-Prim Ministru, kull ministru u kull Segretarju Parlamentari huma ntitolati għal xufier jew aktar? Jekk aktar, għal kemm-il xufier?
Fil-preżent, min huma x-xufiera tal-Prim Ministru, kull ministru u Segretarju Parlamentari?
Fuq liema bażi kuntrattwali huma mpjegati?
Kemm għandhom salarju, bonuses u allowances kull wieħed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Wara t-tweġibiet li ngħataw fis-Seduti Numru 255 tat-18 ta’ April 2005 u Numru 265 ta’ l-10 ta’ Mejju 2005 rispettivament, qed nipprovdi hawn taħt il-kumplament ta’ l-informazzjoni mitluba dwar l-ispiża annwali ta’ provdiment u manutenzjoni fis-sena 2004 tal-karozzi għall-użu privat tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari:-
Ministeru
Provdiment
Lm
Manutenzjoni
Lm
Uffiċċju tal-Prim Ministru
Segretarju Parlamentari
463
480
Ministeru tal-Finanzi
Segretarju Parlamentari
243
-
Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern
Ministru
Segretarju Parlamentari
477
3,747**
448
-
Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol
Ministru
314
270
Ministeru għat-Turiżmu u Kultura
Ministru
101
157
Ministeru għall-Kompetittività u l-Komunikazzjoni
Ministru
Segretarju Parlamentari
2,308**
-*
187
-*
Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura
Ministru
-*
-*
Ministeru għal Għawdex
Ministru
-*
-*
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità
Ministru
Segretarju Parlamentari
1,108
-*
1,370
-*
Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni
Ministru
3,225**
74
Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent
Ministru
Segretarju Parlamentari
2,521**
3,448**
-
-
Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq
2,590**
-
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali
Ministru
3,732**
-
Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin
Ministru
903
583
* Ma jsirx użu mill-faċilità għat-tieni karozza
** Jinkludi wkoll l-ispiża tal-kiri tal-karozza
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 12140, jista' il-Ministru jispjega kif is-soċjeta' La Stella għamlet ċitazzjoni lill-Enemalta, ċitazzjoni nru. 89/1998/1, fil-qorti ta' Għawdex minħabba li allegatament għadda cable minn fuq proprjeta' tiegħu bla permess, liema cable wassal għal substation?
Fid-dawl ta' dan kollu, jista' il-Ministru jgħid jekk it-tweġiba li ngħatat tistax tkun qed tiżvijja lill-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jispjega għalfejn id-direttorat għall-minerali ta' l-awtorita' tar-riżorsi fi ħdan il-ministeru tiegħu f'April 2005 ħareġ żewġ sejħiet għall-applikazzjonijiet, waħda biex persuna tintbagħat tistudja l-ġeoloġija f'Universita' Ingliża għal erba' snin u oħra biex jiġi impjegat b'kuntratt ġeoloġista ma' l-awtorita' tar-riżorsi bi kwalifiki minimi u mingħajtr esperjenza jew speċjalizzazzjoni fil-ġebla ta' Malta?
Jista' il-Ministru jinnota li għal seba' snin sħaħ kellu għad-dispożizzjoni tal-ministeru fi ħdan id-diviżjoni tax-xogħlijiet, ġeoloġista Malti on loan bi kwalifiki post graduate mill-Ingilterra bi speċjalizzazzjoni dwar il-ġebla ta' Malta u dan il-ġeoloġista ntbagħat f'ministeru ieħor fejn ma jistax jipprattika l-professjoni ta' ġeoloġista?
Jista' il-Ministru jispjega għalfejn tliet snin ilu dan il-ġeoloġista tneħħa minn xogħlu mid-direttur ġenerali tax-xogħlijiet fuq il-premessa li m'hemmx iżjed bżonnu fil-ministeru biex issa l-awtorita' għar-riżorsi fl-istess ministeru ħarġet dawn iż-żewġ sejħiet għal ġeoloġisti li se jwasslu għal infiq ta' eluf kbar ta' liri biex l-awtorita' għar-riżorsi jkollha ġeoloġisti bi kwalifiki minimi?
Jista' il-Ministru jispjega dan in-nuqqas ta' ippjanar fl-użu tajjeb tar-riżorsi umani u finanzjarji fil-ministeru tiegħu, inkluż l-awtorita' tar-riżorsi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li kemm il-Ministeru tiegħi kif ukoll l-Awtorita' tar-Riżorsi, diġa jgawdu mis-servizzi ta' diversi ġeoloġisti kwalifikati. Naturalment meta jkun hemm bżonn t'aktar xogħol f'dan il-qasam bħal ma hu l-każ, toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet biex jiġu ngaġġati ġeoloġisti ġodda. Nispera li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Membru għandha l-kwalifiki meħtieġa u applikat għall-post imsemmi biex tiġi kkunsidrata ma' l-oħrajn. Ta' min jinnota li normalment jinħtieġu bejn 4 u 5 snin ta' studju undergraduate fil-ġeoloġija (u mhux f'xi suġġett ieħor) biex wieħed jilħaq ġeoloġista.
Il-ġeoloġista li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant fit-tieni paragrafu kien impjegat fil-grad t'għalliem mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Dan beda jaħdem mat-Taqsima tax-Xogħlijiet f'Ottubru 1997 u jirriżulta li dakinhar dan it-trasferiment kien sar mingħajr ma ntalbet l-approvazzjoni tal-MPO kif jinħtieġ li jsir f'każi bħal dawn.
Hija ħaġa naturali li għalliem jintbagħat jaħdem fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u dan b'mod partikulari meta t-trasferiment ta' dan l-għalliem ma kienx approvat mill-MPO.
Dwar l-infieq tal-flus fil-borża ta' studju, ninforma l-Onor. Interpellant li dan l-infieq mhux ser joħroġ mit-taxxi tal-poplu Malti.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu d-dħul annwali (inklużi bonuses u allowances): a) tal-Prim Ministru; b) ta' kull ministru fil-Kabinett; u c) ta' kull Segretarju Parlamentari?
Minbarra dan id-dħul, il-Prim Ministru, kull ministru u kull Segretarju Parlamentari huma ntitolati għal faċilita' ta' karozza jew aktar? Jekk aktar, kemm?
F'kull każ, kemm kienet l-ispiża annwali għal kull karozza, għall-provdiment u l-manutenzjoni tagħha fis-sena 2004?
Il-Prim Ministru, kull ministru u kull Segretarju Parlamentari huma ntitolati għal xufier jew aktar? Jekk aktar, għal kemm-il xufier?
Fil-preżent, min huma x-xufiera tal-Prim Ministru, kull ministru u Segretarju Parlamentari?
Fuq liema bażi kuntrattwali huma mpjegati?
Kemm għandhom salarju, bonuses u allowances kull wieħed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Wara t-tweġiba li ngħatat fis-Seduta Numru 255 tat-18 ta’ April 2005, inżid ngħid li minbarra l-karozza uffiċjali, il-Prim Ministru, hu ntitolat ukoll għall-karozza oħra, f’dan il-każ Peugeot 406.
Peress li l-Peugeot 406 ilha iktar minn 8 snin fis-servizz, tul is-sena 2004 saritilha dawra ġenerali li swiet Lm1800 u dan sabiex jiġi evitat li tinxtara karozza ġdida.
Manutenzjoni rikorrenti oħra tul dan l-istess perjodu swiet Lm623.33 filwaqt li l-ispiża tal-fuel kienet ta’ Lm303.86.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ilu li sar is-substation ta' l-elettriku li hemm fil-foss taċ-Cittadella, Għawdex? Jista' jgħid lil min qiegħed jaqdi dan is-substation? Jista' il-Ministru jgħid ukoll jekk saritx xi talba minn xi ħadd għal estenzjoni tal-cable minn dan is-substation biex jissaħħaħ id-dawl taċ-Cittadella? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li dan il-cable mhux jintuża?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li ma hemm l-ebda substation fil-foss taċ-Ċittadella u għalhekk ma hemm l-ebda konsumatur eżistenti jew prospettiv li qiegħed jinqeda jew jista' jinqeda minn din is-substation.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu d-dħul annwali (inklużi bonuses u allowances): a) tal-Prim Ministru; b) ta' kull ministru fil-Kabinett; u c) ta' kull Segretarju Parlamentari?
Minbarra dan id-dħul, il-Prim Ministru, kull ministru u kull Segretarju Parlamentari huma ntitolati għal faċilita' ta' karozza jew aktar? Jekk aktar, kemm?
F'kull każ, kemm kienet l-ispiża annwali għal kull karozza, għall-provdiment u l-manutenzjoni tagħha fis-sena 2004?
Il-Prim Ministru, kull ministru u kull Segretarju Parlamentari huma ntitolati għal xufier jew aktar? Jekk aktar, għal kemm-il xufier?
Fil-preżent, min huma x-xufiera tal-Prim Ministru, kull ministru u Segretarju Parlamentari?
Fuq liema bażi kuntrattwali huma mpjegati?
Kemm għandhom salarju, bonuses u allowances kull wieħed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, jiġifieri d-dħul annwali tal-Prim Ministru, tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari, nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-Tweġiba li kont tajt f’Novembru tas-sena l-oħra għal Mistoqsija Numru 8736 (Seduta Numru 188). Naturalment, is-salarji ndikati f’dik it-Tweġiba jridu jiġu aġġustati minħabba ż-żieda għall-għoli tal-ħajja (COLA) mħabbra fl-aħħar Budget.
Dwar il-faċilità ta’ karozza, barra l-karozza Ministerjali, il-Prim Ministru, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari huma ntitolati wkoll għal karozza oħra għall-użu privat tagħhom. L-informazzjoni dwar l-ispiża għal kull waħda minn dawn il-karozzi trid tinġabar u dwar dan tingħata t-tweġiba f’xi Seduta oħra.
Dwar ix-xufiera tal-Ministri u Segretarji Parlamentari, ninforma lill-Onorevoli Membru li skond Guidelines stabbiliti dwar l-ingaġġ ta’ mpjegati fis-Segretarjati ta’ Ministri u Segretarji Parlamentari, il-Prim Ministru, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari huma ntitolati għal żewġ xufiera/uffiċjali tas-sigurtà, li s-salarju tagħhom ma jistax jeċċedi Skala 14 ta’ l-iSkali tas-Salarji fis-Servizz Pubbliku u li huma ntitolati wkoll għal allowance ekwivalenti għal 35% ta’ din l-iSkala minflok ħlas għall-overtime. Dawn ix-xufiera jiġu mpjegati fuq bażi ta’ kuntratt jew ta’ ftehim li jvarja skond jekk ix-xufier ikunx diġà mpjegat fis-servizz jew is-settur pubbliku jew jekk ikunx ġie mpjegat minn barra. Kopja ta’ dan il-ftehim/kuntratt jinstab fil-Guidelines imsemmija hawn fuq.
Ma naħsibx li huwa l-każ li noqgħod nagħti l-ismijiet ta’ dawn ix-xufiera.