Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li meta tmexxew l-interviews l-ewwel darba għal post ta' manager ta' records management fl-MMA waqfu? Jista' jgħid x'salarju, fringe benefits u allowances oħra għandu l-manager ta' records management?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid min kien il-manager tal-unit ta' l-eżaminaturi fl-ADT li ta r-riżenja tiegħu? Kemm kien ilu f'din il-kariga, b'liema salarju u perks oħra? Hux minnu li għas-sena li għaddiet ingħata l-performance bonus? Għal kemm kien jikkonsisti dan il-bonus extra u x'kienu r-riżultati li akkwista matul is-sena li għaddiet u li allura wasslu għall-għoti ta' dan il-bonus?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati tal-Maltacom li huma on loan jew seconded fid-dipartimenti u ministeri tal-gvern? Issa li l-Maltacom hija totalment privatizzata, dawn l-impjegati se jintbagħtu lura jew se jsiru mpjegati permanenti tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li m’hemmx impjegati tal-Maltacom li huma on loan jew seconded f’Dipartiment u Ministeri tal-Gvern.
Madankollu, hemm seba’ impjegati tal-Maltacom li qed iservu f’Segretarjati Privati ta’ Ministri u Segretarji Parlamentari b’kuntratt. Il-kuntratt jipprovdi li jekk il-kuntratt jintemm, dawn l-impjegati jirritornaw mal-Maltacom.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati tal-Maltacom li huma on loan jew seconded fid-dipartimenti u ministeri tal-gvern? Issa li l-Maltacom hi totalment privatizzata, dawn l-impjegati se jintbagħtu lura jew se jsiru mpjegati permanenti tal-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 19438.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru echocardiograms fil-Cardiac laboratory ta' l-isptar San Luqa mill-1 ta' Jannar 2006 sat-30 ta' April 2006?
Kemm hemm tobba li jagħmlu dawn l-echocardiograms fil-Cardiac lab?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li mill-1 ta' Jannar 2006 sat-30 ta' April 2006 saru 1361 echocardiograms. Hemm għaxar tobba li jagħmlu dawn l-echocardiograms.
Jista' il-Ministru jgħid minn mindu ħadet over il-Heritage Malta kemm tkeċċew ħaddiema barranin u Maltin u kemm telqu minn jeddhom Maltin u barranin?
Kemm għad baqa' barranin jaħdmu u f'liema qasam?
Il-Ministru jikkonferma li għat-tieni sena konsekuttiva hemm biss student wieħed li beda l-BA Hons Conservation?
X'sar minnha l-kwestjoni tal-bini bla permess li bena Cannataci?
Kif spiċċat l-inkjesta dwar serq ta' oġġetti tar-Roman Villa li kienu għal restawr f'Bighi?
Jista' jgħid b'liema mod il-Fondazzjoni Wirt Artna ingħatat is-saluting battery bħala private area? B'tender jew b'avviż fil-Parlament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ebda ħaddiem ma ġie mkeċċi minn Heritage Malta kemm ilha li ħadet over l-MCR. Ħames ħaddiema barranin u ħamsa Maltin telqu minn Heritage Malta.
Hemm ħames haddiema barranin jaħdmu: waħda fit-
Textiles Division
, wieħed fid-
Documentation
u tlieta fil-
Promet Project
.
F’Ottubru ta’ 2004 kien hemm tliet studenti li rreġistraw għal
BA Hons Conservation
. Kien hemm ukoll 17 li rreġistraw għal
Masonry Heritage Skills Certificate
.
F’Ottubru ta’ 2005 kien hemm student wieħed li rreġistra għal
BA Hons Conservation
u kien hemm 12 li rreġistraw għal
Masonry Heritage Skills Certificate.
Il-kwistjoni qed tkun diskussa bejn uffiċjali ta’
Heritage Malta
u tal-MEPA biex tinstab soluzzjoni fuq dan il-bini u fuq xogħol ieħor li għadu jrid isir fis-sit.
L-inkjesta għadha ma ġietx konkluża u għadha f’idejn il-Pulizija.
Il-proġett ta’ restawr tas-Saluting Battery huwa proġett li qed isir bejn l-Awtorita’ Maltija għat- Turiżmu, il-Proġett għat-Tisbieħ u l-Paesaġġ ta’ Malta fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u l-Fondazzjoni Wirt Artna.
Is-sit innifsu huwa maqsum f’żewġ partijiet fejn il-kmamar tal-batterija ġew mgħoddija lill-FWA mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet b’kera, filwaqt li l-pjattaforma tal-batterija għadha f’idejn il-Proġett għat-Tisbieħ u Paesaġġ ta’ Malta, iżda titmexxa mill-FWA. Dan sar bi qbil komuni bejn il-partijiet.
L-obbligu tal-FWA huwa li topera is-sit bħala attrazjoni kulturali, li tagħmel żjarat gwidati għall-pubbliku u li tagħmel dan kollu b’mod ta’ awto-sufficjenza finanzjarja – kif jiġri fis-siti l-oħra kollha li l-FWA tieħu ħsieb.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega kif Cafe' Cordina ħa over l-area ta' l-imwejjed tal-Premier mingħajr qatt ma ħarġet tender?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi "l-area ta' l-imwejjed tal-Premier" hija mogħtija lill-kumpannija Cities Entertainment li għandhom titolu ta' ċens temporanju fuq il-Cafe' Premier. Il-kumpanija għandha talba pendenti biex tikri lis-sinjuri Cordina partijiet minn din il-proprjeta' skond il-kundizzjonijiet li għandha fil-kuntratt ta' ċens.
Saru tliet sejħiet għal post ta' manager b'responsabbilta' tal-kordinament tad-direttorati kollha ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport f'Għawdex. X'kienu l-kwalifiki meħtieġa mill-ADT fl-ewwel u t-tielet sejħa għal din il-kariga? Jekk kien hemm tnaqqis fir-rekwiżiti meħtieġa, għaliex sar dan? Ma jidhirlux il-Ministru li b'hekk saret diskriminazzjoni ma' min applika l-ewwel darba?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-kwalifiki meħtieġa mill-ADT fl-ewwel u t-tielet sejħa għal kariga ta’ manager b’responsabbilita’ tal-kordimanet tad-direttorati kollha ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport f’Għawdex kienu :-
Fl-ewwel sejħa:
- litterat fit-teknoloġija tal-informatika
- persuna matura
- kapaċita li jikkordina u jaħdem f'organizzazzjoni
Fit- tielet sejħa (l-istess bħat-tieni sejħa):
- tlett snin esperjenza fil-qasam tal-middle management;
- litterat fit-teknologija tal-informatika u
- kommunikazzjoni tajba kemm bil-miktub kif ukoll bil- kelma
Kif jidher ċar ma kienx hemm tnaqqis fir-rekwiżiti meħtieġa u għalhekk ma saret l-ebda diskriminazzjoni ma’ min applika l-ewwel darba kif qed jgħid l-Onorevoli Interpellant.
Fl-20 ta' Ottubru 2005 gazzetta lokali ikkwotat lil ADT dwar sejħa għall-manager f'Għawdex li "mill-intervisti minn ġewwa li saru, il-management ta' l-ADT ma sab l-ebda persuna ta' kalibru għal din il-ħatra". Jista' il-Ministru jgħid kif il-persuna maħtura riċentement hi ta' kalibru akbar meta ikkomparata ma' ħaddiema li applikaw li għandhom snin ta' esperjenza fl-ADT u kwalifiki rilevanti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 18341 minn fejn jidher ċar li l-kwalifiki mitluba fit-tieni u t-tielet sejħa (esterni) kienu ogħla minn dawk mitluba fl-ewwel sejħa (interna). Għalhekk jidher ċar li l-persuni li applikaw u li diġa' huma mpjegati ma' l-ADT, komplessivament ma kellhomx kwalifiki ta' l-istess livell tal-persuna li ġiet appuntata.
Jista' il-Ministru jispjega kif persuna li qatt ma ħadmet ma' l-ADT issostni b'ċertezza fil-pubbliku li kienet se tinħatar f'kariga għolja b'salarju ta' Lm10,000 ma' din l-awtorita' ħafna qabel ma tkun intervistata, u dan meta l-persuna m'għandha l-ebda esperjenza u kwalifiki rilevanti għal din il-kariga? Ma jidhirlux li din hija indikazzjoni ċara għal kulħadd li s-sejħiet għal karigi ma' din l-awtorita' saru farsa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Dan l-aħħar l-Awtorita’ dwar it-Trasport ħarġet applikazzjonijiet kemm interni kif ukoll esterni. L-ADT m’għandha l-ebda tagħrif dwar xi persuna li aġixxiet bil-mod indikat f’din il-mistoqsija. Jekk l-Onorevoli Interpellant jagħti jew l-isem tal-persuna (permezz ta' karta separata) jew għall-anqas il-kariga li qiegħed isemmi dan l-individwu, inkun forsi nista' nindaga aħjar.
Jista' il-Ministru jikkonsidra konċessjoni għal dawk l-għalliema tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li huma wkoll visiting lecturers fl-Universita' ta' Malta biex fil-ħin ta' l-iskola jingħataw id-dritt imorru l-universita' biex jagħtu l-lectures filgħodu, u dan mingħajr ma jitnaqqas dan il-ħin mit-time-off ta' l-għalliema? Dan jagħmel sens meta lectures ikunu ta' sagħtejn jew meta jkun hemm ħtieġa illi jintużaw laboratorji?
Peress li huwa fatt illi visiting lecturers u part-time lecturers qed jagħtu kontribut importanti għall-edukazzjoni f'livell terzjarju, jista' il-Ministru jgħid x'inhu li qed iżomm lid-diviżjoni u l-ministeru ta' l-edukazzjoni milli jagħtu din il-konċessjoni lill-għalliema, meta ministeri oħra diġa' għamlu hekk mal-professjonisti impjegati magħhom li huma wkoll lecturers fl-universita'?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni dejjem tat il-permess biex għalliema jmorru jagħtu lectures l-Universita'. Iżda meta wieħed jiftakar li l-ħin ta' l-għalliema hu ta' sebgħa u għoxrin siegħa u nofs, mhux possibli li jingħata permess ukoll li għalliema jitilqu mill-iskola waqt dan il-ħin b'detriment għall-istudenti. L-arranġamenti għandhom isiru da parti tal-Universita'.
Informat ukoll li ħadd ma jinnega il-kontribut li dawn l-għalliema jistgħu jagħtu mhux biss fl-edukazzjoni terzjarja iżda wkoll f'dik sekondarja. Dan ix-xogħol kollu jista' jsir meta tispiċċa l-ġurnata ta' l-iskola li hi iqsar mill-ġurnata ta' l-Universita'. Huwa l-interess ewlieni ta' l-istudenti li jżomm id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni milli tilqa' talbiet bħal dawn. Ministeri oħra jista' jkollhom impjegati li jagħtu lectures fl-Universita' iżda m'għandhomx responsabbilita' għall-istudenti. Nassumi li fil-każ ta' Ministeri oħra jsiru arranġamenti biex l-impjegati konċernati iwettqu id-dmirijiet stat tagħhom.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex filwaqt li f'diversi bliet u rħula d-distribuzzjoni taċ-ċilindri tal-gass issir darba fil-ġimgħa, u ġieli anke iktar ta' spiss, f'ċerti toroq fil-housing estate ta' Ħaż-Żabbar, bħal Triq l-Iklin, Triq il-Luq u oħrajn, issir darba kull 15-il ġurnata?
Ma jaħsibx il-Ministru li din hija sitwazzjoni ta' tbatija kbira u inkonvenjent għaliex jekk il-familji ma jirnexxilhomx jilħqu jixtru ċilindru ieħor ikollhom jistennew għall-15-il ġurnata oħra biex jixtru wieħed? Ma naħsibx li l-Ministru raġunevolment jaqbel ma' sitwazzjoni bħal din, għaldaqstant ma jaħsibx li għandha tittieħed azzjoni immedjata sabiex jara li d-distribuzzjoni fit-toroq imsemmija tibda issir fuq bażi regolari darba fil-ġimgħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-każ imsemmi fil-housing estate ta' Ħaż-Żabbar ġie mistharreg mid-diviżjoni tal-gass ta' l'Enemalta flimkien mad-distributur ikkonċernat.
Mil-investigazzjoni irriżulta illi fil-fatt kien hemm xi toroq illi, għalkemm ma kien hemm l-ebda ilment formali minn xi residenti, kienu qed jiġu moqdijin kull ħmistax. Għaldaqstant ittieħted id-deċiżjoni illi immedjatement dawn jiġu moqdijin bħal kumplament tad-distrett, jiġiefieri, darba fil-ġimgħa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm okkażjonijiet fiż-Żurrieq fejn ħwienet tax-xorb instabu miftuħa wara s-1.00 a.m. f'dawn l-aħħar erba' snin? Ittieħdu passi kriminali fil-konfront ta' l-istess? Kemm minnhom instabu ħatja? Jista' jgħid jekk hemmx bars fiż-Żurrieq li għandhom permess ta' imwejjed u siġġijiet barra? Liema huma u kemm ilhom jitħallsu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kien hemm ħanut tax-xorb wieħed fiż-Żurrieq li nstab li kien qed ikun miftuħ wara s-siegħa ta’ filgħodu, fi tlett okkażżjonijiet bl-ewwel darba tkun f’Marzu 2004. F’kull okkażżjoni nbdew proċeduri kriminali li għadhom pendenti. Rigward tqegħid ta’ mwejjed barra ħwienet, ninsab infurmat illi dawn il-permessi llum jinħarġu mill-Aworita’ tat-Turiżmu, pero’ minn tagħrif li kisbet il-Pulizija jidher li hemm ħanut wieħed f’Wied iż-Żurrieq. Għal aktar tagħrif dwar din l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jirreferi lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex filwaqt li f'diversi bliet u rħula d-distribuzzjoni taċ-ċilindri tal-gass issir darba fil-ġimgħa, u ġieli anke iktar ta' spiss, f'ċerti toroq fil-housing estate ta' Ħaż-Żabbar, bħal Triq l-Iklin, Triq il-Luq u oħrajn, issir darba kull 15-il ġurnata?
Ma jaħsibx il-Ministru li din hija sitwazzjoni ta' tbatija kbira u inkonvenjent għaliex jekk il-familji ma jirnexxilhomx jilħqu jixtru ċilindru ieħor ikollhom jistennew għall-15-il ġurnata oħra biex jixtru wieħed? Ma naħsibx li l-Ministru raġunevolment jaqbel ma' sitwazzjoni bħal din, għaldaqstant ma jaħsibx li għandha tittieħed azzjoni immedjata sabiex jara li d-distribuzzjoni fit-toroq imsemmija tibda issir fuq bażi regolari darba fil-ġimgħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ġiex promoss Superintendent Maintenance mal-Malta Maritime Authority? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta, xi kwalifiki għandu u x'paga/salarju u allowance għandu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-pożizzjoni ta' Maintenance Superintendent ġiet mimlija fl-1 t'Awissu 2005. Is-salarju għal din il-pożizzjoni huwa ta' Lm6584 fis-sena filwaqt li m'hemm l-ebda allowances marbuta ma' dan il-grad.
Il-kwalifiki tal-persusna li ġiet magħżula huma dawn:
Enemalta Licence A
Enemalta Licence B
Electrical Installation City & Guilds Part 1
Electrical Installation City & Guilds Part 2
Electrical Installation City & Guilds Part 3 Course C
Journeyman Certificate (Electrical)
Electronic Servicing City & Guilds Part 1
Electronic Servicing City & Guilds Part 2
Certificate of Achievement in Electrical Fitting Trade
City & Guilds Computeer Aided Draughting Design - 2D