Legislature:
Category:
Reset
Active:

MMA — Każ dwar uffiċjal

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li ngħata upgrade lil persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, uffiċjal fil-MMA shipping dan l-aħħar? Jista' jgħid kemm tela' skali dan l-istess uffiċjal, x'salarju kellu qabel u x'inhu llum? Jista' jiċħad jew jikkonferma li qraba ta' dan l-uffiċjal għandhom relazzjoni ma' deputat tal-gvern?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-persuna ngħata upgrade sabiex jimtela post vakanti. Permezz ta' din l-upgrade l-uffiċċjal tela' minn Grade 3 għal Grade 1. Il-paga tiegħu bħala uffiċċjal fi Grade 3 kienet ta' Lm9,929 filwaqt li l-paga tiegħu fi Grade 1 hi ta' Lm12,046. L-Awtorita' Marittima Maltija ma tfittix informazzjoni fuq ir-relazzjoni ta' familjari ta' l-impjegati tagħha.

MMA — Studenti għas-sajf

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu studenti għas-sajf mal-MMA? Jista' jgħid sarux interviews u b'liema mod intgħażlu? Jista' il-Ministru jgħid hijiex normali li dawn l-istudenti (tmienja minnhom) tpoġġew kollha fir-records management?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' studenti tas-sajf li ġew impjegati mill-Awtorita' Marittima kien ta' 25. Dawn intgħażlu minn lista mibgħuta mill-ETC u mill-Students Maintenance Grants Board tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. L-istudenti jitqassmu f'dawk il-postijiet fejn hemm l-akbar ħtieġa.

MMA — Dipartiment tar-Records Management

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex inħoloq id-dipartiment ta' records management fl-MMA? Jista' jiċħad jew jikkonferma li dan sar sabiex inħoloq post ta' manager kif seħħ meta nħoloq dan id-dipartiment?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-dipartiment ta' Records Management twaqqaf biex jaqdi l-funzjoni marbuta ma' records management. Għaldaqstant l-Awtorita' Marittima tirribatti kull insinwazzjoni li dan sar għar-raġuni msemmija.

MMA — Dipartiment ta' Records Management

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jaqbilx li d-dipartiment ta' records management fl-MMA inħoloq għalxejn għaliex ix-xogħol tiegħu seta jagħmlu d-dipartiment li kien u għadu jeżisti ta' l-IT?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-funzjoni tad-dipartiment ta' records management hi kompletament differenti minn dik ta' l-IT.

MMA — Dipartiment ta' Records Management

Question

Jista' il-Ministru jiċħad jew jikkonferma li d-dipartiment ta' records management fl-MMA għamel żmien immexxi minn executive li issa ngħata promotion għal manager, student, minn konsulent u issa nħolqu postijiet ġodda ta' skrivan? Jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru jew le li CEO tal-MMA jikkonsulta biss ma' dan l-istess manager u jekk hemmx rabta mal-promozzjoni li ngħata u l-fatt li dawn iż-żewġ uffiċjali, CEO u l-manager huma ħbieb kbar anke barra mix-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-dipartiment ta' records management ġie mwaqqaf minn executive li wara ngħata promotion għal manager. F'dak li għandu x'jaqsam max-xogħol marbut ma' dan id-dipartiment, is-CEO jikkonsulta ma' dan il-manager.

MMA — Uniformijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid minfejn inxtraw l-uniformijiet ta' l-uffiċjali kollha li jingħataw uniformi fl-MMA mill-2004 sal-lum? Jista' jgħid jekk dawn l-uniformijiet humiex qegħdin jinxtraw mingħand l-istess kumpannija u f'każ li fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni? Jista' jgħid min qiegħed japprova x-xiri ta' l-uniformijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-uniformijet li jingħataw lill-impjegati mill-Awtorita' Marittima ġew mixtrija minn dawn il-kumpanija / suppliers. 2004 2005 2006 BTI BTI BTI Elite Ltd Elite Ltd Elite Ltd Domeman Glove Domeman Glove Domeman Glove Calfam FRD Trading FRD Trading Giordani Giordani Giordani Yorkie MBF & Co MBF & Co Ix-xiri ta' dawn l-uniformijiet jiġi approvat mill-Purchasing Committee ta' l-istess Awtorita'.

MMA — Cargo Handling

Question

Jista' il-Ministru jgħid hux minnu jew le li sabiex infetħu u ntgħażlet l-offerta tal-Cargo Handling inkriet is-sala ta' Dar il-Mediterran u kien hemm tfajliet xogħol dakinhar mhux uffiċjali tal-MMA? Jista' jgħid kemm inkriet is-sala għal dakinhar u xi spejjeż oħra kien hemm globalment? Ma jaħsibx li dawn l-ispejjeż setgħu jiġu evitati, meta l-MMA għandha sala fil-premises tagħha stess?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ftuħ tal-ħames (5) offerti dwar il-Cargo Handling Services Concession fil-Port il-Kbir sar fl-uffiċċju tal-Malta Maritime Authority nhar it-3 ta' April 2006 fl-erbgħa ta' wara nofsinhar. Kull min tefa' offerta kien mistieden jattendi għall-ftuħ ta' l-offerti. It-Team ta' Negozjaturi għażel li waqt il-proċess ta' evalwazzjoni kull min tefa' offerta kellu jingħata opportunita' li jagħmel preżentazzjoni formali ta' l-offerta rispettiva tiegħu u li l-proċess tan-negozjati kellu jinżamm f'ambjent li joffri il-privatezza meħtieġa u kif ukoll jiġi rrikordjat. L-uffiċċju ta' l-Awtorita' Marittima ma joffrix dawn il-faċilitajiet. Is-sala f'Dar il-Mediterran intagħżlet propju minħabba l-fatt li toffri faċilitajiet ta' audio-visual. Saru b'kollox ħames laqgħat f'Dar il-Mediterran. L-ispiża għall-kiri tas-sala f'Dar il-Mediterran kienet ta' Lm2396.58. Ma kienx hemm aktar spejjeż.

MMA — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm nefqet flus l-MMA fuq safar matul l-2004, l-2005 u l-2006 sal-lum xahar b'xahar? Jista' jgħid fejn kienet id-destinazzjoni ta' kull safra, x'kienet ir-raġuni, kemm maru uffiċjali f'kull safra u xi grad għandhom l-uffiċjali li siefru?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MMA — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx uffiċjali li siefru aktar minn darba fl-MMA matul is-snin 2004, 2005 u 2006 sal-lum? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid min kienu dawn l-uffiċjali, xi grad għandhom u kemm siefru kull wieħed minnhom separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija — Liġijiet ta' Malta

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija hux ser imexxu proċeduri kriminali fil-konfront ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid jekk il-pulizija hux se tinkludi akkuża taħt id-dispożittiv ta' Artiklu 101 (1)(a) ta' Kap 9 tal-Liġijiet ta' Malta?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħtini aktar dettalji dwar il-każ li qed jirreferi għalih sabiex inkun nista' nitlob li jingħatali t-tagħrif meħtieġ.

MMA — Dipartiment ta' Records Management

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li meta tmexxew l-interviews l-ewwel darba għal post ta' manager ta' records management fl-MMA waqfu? Jista' jgħid x'salarju, fringe benefits u allowances oħra għandu l-manager ta' records management?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-interviews għall-post ta’ records management manager saru kif kien stabbilit. Is-salarju marbut ma’ dan il-grad hu ta’ Lm10,046. Ma jingħatawx l-ebda fringe benefits u lanqas allowances.

MMA — Dipartiment Records Management

Question

Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-bord ta' l-interview li mexxew l-intervisti għal għażla ta' manager ta' records management fl-MMA it-tieni darba li tmexxew l-intervisti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-interviews għall-għażla ta’ records management manager saru darba biss u l-bord kien kompost minn: Dr David Attard Godwin Callus Antoinette Caruana

MMA — Dipartiment ta' Records Management

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinħolqu iktar pożizzjonijiet fid-dipartiment ta' records management fl-MMA, apparti skrivani li hemm sejħa għalihom? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'pożizzjonijiet hemm il-ħsieb li jiżdiedu u kemm uffiċjali f'kull każ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien informat li ma hemmx il-ħsieb li jkun hemm aktar pożizzjonijiet minn dawk indikati.

ADT

Question

Jista' il-Ministru jgħid min kien il-manager tal-unit ta' l-eżaminaturi fl-ADT li ta r-riżenja tiegħu? Kemm kien ilu f'din il-kariga, b'liema salarju u perks oħra? Hux minnu li għas-sena li għaddiet ingħata l-performance bonus? Għal kemm kien jikkonsisti dan il-bonus extra u x'kienu r-riżultati li akkwista matul is-sena li għaddiet u li allura wasslu għall-għoti ta' dan il-bonus?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-Manager tal-unit ta’ l-eżaminaturi kien Major Mark Samut Tagliaferro li fil-fatt ma rreżenjax imma staqsa biex il-kuntratt tiegħu ma jiġiex estiż. Kien ilu f’din il-kariga mill-1 ta’ Ġunju 2005, b’salarju ta’ Lm 10,682 fis-sena u Lm 960 expense allowance fis-sena u Lm 282 car allowance fis-sena. Major Mark Samut Tagliaferro ingħata performance bonus ta’ Lm 1305.24 - 12% min 15%. Ir-riżultati li akkwista matul is-sena li għaddiet kienu dawn: - Introduce and implement a database system to increase efficiency and knowledge of driver testing - Improve administration efficiency of the Technical Unit - Secure an improved service for testing activities in Gozo - Prepare for implementation of CPC (Certificate of Professional Competence) for heavy duty.

MMA — Dipartiment Records Management

Question

Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-bord ta' l-interview li mexxew l-intervisti għal għażla ta' manager ta' records management fl-MMA it-tieni darba li tmexxew l-intervisti?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

MMA — Dipartiment ta' Records Management

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinħolqu iktar pożizzjonijiet fid-dipartiment ta' records management fl-MMA, apparti skrivani li hemm sejħa għalihom? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'pożizzjonijiet hemm il-ħsieb li jiżdiedu u kemm uffiċjali f'kull każ?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.