Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li jiddikjaraw li jaqilgħu flus f'kull waħda mill-brackets tat-taxxa kif kienu qabel l-estimi għas-sena 2007 u kif ġew issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lil-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' il-Ministru jagħti l-job description tal-customer care manager u kemm taħdem sigħat fl-awtorita' bħala r-rwol importanti li għandha fl-MMA?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-pożizzjoni ta' Customer Care Manager ġewwa l-Awtorita' Marittima sejra tkun abolita bħala parti minn proċess ta' ristrutturar li qiegħed isir bħalissa fi ħdan id-Dipartiment tal-marketing. Minflok hija l-intenzjoni illi l-persuna kkonċernata tibda taqdi dmirijiet ta' Communications Manager fi ħdan id-dipartiment tal-marketing.
Il-persuna konċernata taħdem ġimgħa mnaqqsa ta' 25 siegħa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm se jiswa l-proġett taċ-Ċirkewwa lill-MMA? Kemm se tagħmel profit l-MMA minn dan il-proġett?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-proġett tal-mollijiet taċ-Ċirkewwa u l-Mġarr huwa mistenni li jiswa LM14.55 miljun.
L-iskop ta' dan il-proġett hu dak li jservi ta' għodda tajba biex Għawdex ikollu servizz tal-vapur aħjar minn dak li għandu sa issa.
L-MMA mhix mistennija tagħmel profitt minn proġett bħal dan.
Jista' il-Ministru jgħid jekk jeżistix jew jekk kienx hemm HR committee fl-MMA? Minn min kien ifformat fil-passat u minn min hu ifformat fil-preżent? Jekk dan il-kumitat m'għadux jiffunzjona , għal liema raġuni? Meta nħoloq dan il-kumitat? Min kien li ħoloq dan il-kumitat? X'kien jiddeċiedi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-kumitat tal-HR ġie mwaqqaf fl-2001 mis-CEO tal-Awtorita' bħala kumitat konsultattiv. Fl-2004 il-Board ta' l-Awtorita' ħatar żewg membri tal-board fuq il-kumitat. Dan ilu ma jiltaqgha mit-2004 għall-fatt illi ma jeżistix aktar skop billi llum l-Awtorita' għandha l-ufficjali tagħha li jaqdu dawn il-funzjonijiet.
Jista' il-Ministru jgħid kemm se jiswa lill-MMA l-maritime trade centre?
Kemm ħa tkun l-istima biex jitnaddaf il-ħġieġ kollu tal-maritime trade centre?
Kemm se jiġu jiswew il-blinds li se jsiru f'kull sular?
Hemm flus pprovduti biex jitlesta l-bini kollu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Maritime Trade Centre apparti l-uffiċini ta' l-MMA, jinkludi wkoll 4,200 metru kwadru li huma ntiżi sabiex jinkrew lil terzi persuni/organiżazzjonijiet li preferibilment huma nvoluti fis-settur marittimu.
L-informazzjoni l-oħra tingħata wara li tinġabar.
Sa kemm ġie trasferit l-IT department fl-MMA għall-maritime trade centre huwa minnu li ġie rranġat shed 1 għal ftit żmien biex jiġu akkomodati l-VISET fil-bini l-qadim ta' l-MMA u dan xorta ma ntużax? Kemm swiet lill-awtorita' shed 1? Peress li shed 1 mhijiex tintuża mill-IT department, x'inhu jiġri minnha wara dawk il-flejjes li ntnefqu fuq l-uffiċini?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħlijiet f'shed 1 saru sabiex isir workshop għad-dipartiment tal-Maintenance u jiġu pprovduti stores għall-Awtorita'. Barra minn hekk ġew pprovduti wkoll uffiċini għall-ħaddiema, kemm tad-Dipartiment tad-Dwana kif ukoll għall-dawk tal-Cargo Handling Co. Ltd. (operatur ta' dak iż-żmien, li llum jiffurmaw parti mill-Valletta Gateway Terminals (VGT) li kienu jagħmlu xogħol fuq id-Deep Water Quay.
Barra minn hekk, peress li skond il-ftehim iffirmat bejn il-Gvern, l-Awtorita, Marittima u l-VISET, l-Awtorita' Marittima kellha tisgombra l-uffiċini tagħha ġewwa Pinto Wharf, ittieħdet l-opportunita sabiex, sakemm it-Terminal operator il-ġdid kien ġie magħżul, jiġu trasferiti ċerti dipartimenti għal dawn l-uffiċini l-ġodda, li sa dak iż-żmien kienu għadhom vojta.
Parti minn shed 1 għadha tintuża mill-maintenance department u l-istores ta' l-MMA u mid-Dwana.
L-informazzjoni dwar l-ispiża tingħata meta tinġabar.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fl-2006 fl-MMA? Kull meta ngħata transfer, kien hemm call for transfer skond il-collective agreement?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul it-2006, transfers ta' mpjegati minn Direttorat għall-ieħor kien hemm wieħed. Filwaqt li transfers ta' mpjegati minn dipartiment għall-ieħor fl-istess direttorat kien hemm disgħa. Dawn saru skond il-provedimenti tal-Collective Agreement.
Jista' il-Ministru jikkonferma li fl-MMA qegħdin jitwaqqfu l-promotions tad-direttorat tal-port li jaqgħu taħt il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li m'hemm l-ebda ħsieb li jitwaqqfu promotions fid-Direttorat tal-Port jew f'xi direttorat ieħor meta dawn ikunu ġustifikati.
Jista' il-Ministru jikkonferma li kien hemm promotions fl-istess żmien tal-ħatra ta' executive fl-MMA fil-corporate office li taqa' taħt is-CEO is-Sur Oscar Borg? Meta hemm il-ħsieb li jsiru aktar promotions fil-corporate office?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perjodu ta' żmien u liema executive qiegħed jirreferi Promotions ġewwa Corporate Office jingħataw meta jkun ġie stabbilit li hemm il-ħtieġa u l-ġustifikazzjoni.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li d-dipartimenti tal-gvern, awtoritajiet, enti u kumpanniji tal-gvern ħallsu mill-estimi approvati u vvotati għall-2006 għal xogħlijiet, apparat, servizzi, pagi, eċċ (għal spejjeż rikorrenti u kapitali ) li effettivament saru fl-2005? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull dipartiment, awtorita', ente u kumpannija tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li jiddikjaraw li jaqilgħu flus f'kull waħda mill-brackets tat-taxxa kif kienu qabel l-estimi għas-sena 2007 u kif ġew issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lil-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jikkonferma l-Ministru li d-direttur tad-direttorat tat-toroq fl-ADT - persuna indikata separatament - m'għadux aktar f'din il-kariga? Jista' jgħid kemm dan kien ilu f'din il-kariga, u jekk din intemmitlux mill-ADT jew inkella irriżenjax jew jekk kienx imġiegħel jirriżenja? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni vera li għaliha spiċċa mill-kariga?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 21139.
Jista' il-Ministru jikkonferma jew le li nħatret persuna oħra flok il-persuna ndikata separatament bħala direttur tad-direttorat responsabbli mit-toroq fl-ADT? Min hi din il-persuna? X'kariga se tingħatalha u x'se jkunu s-salarju u benefiċċju oħra li se tingħata? Jista' jgħid ukoll xi proċedura ntużat għall-għażla ta' din il-persuna f'din il-kariga ġdida?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Is-Sur Paul Buhagiar inħatar fil-pożizzjoni ta’ Direttur tat-Toroq. Is-salarju tiegħu huwa ta’ Lm 15,000 fis-sena, allowance u car allowance jew karozza tal-kumpanija. Is-Sur Paul Buhagiar ingħata din il-pożizzjoni taħt il-Legal Notice 155 of 2006 tal- Malta Transport Authority Act (Cap. 332) (Sec. 5(7).
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm karozzi tal-linja antiki li, fil-proċess tal-bidla ma' karozzi tal-linja ġodda, ngħataw lill-ADT mis-sidien biex jinżammu ħalli 'il quddiem jintużaw għal skop storiku? Jista' jgħid ukoll x'sar minn dawn il-karozzi tal-linja u jikkonferma li wħud minnhom tkissru filwaqt li oħrajn li għandhom valur storiku kbir inbiegħu lil terzi privati? F'każ li ġara hekk, jista' jgħid min iddeċieda li l-karozzi għandhom jitkissru jew jinbiegħu? Xi proċedura ntużat fil-bejgħ ta' dawn il-vetturi u x'kien il-prezz li ġabet l-ADT għall-karozzi mibjugħa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li kien hemm 147-il xarabank li fuqhom tpoġġa depożitu ta’ Lm500 biex jinbidlu ma’ vetturi ġodda tat-tip low floor.
Jien infurmat ukoll li l-ADT ħarġet
tender
sabiex tiskrappja x-xarabanks antiki li ġabret lura. Din it-
tender
intrebħet mill-kumpanija Gasparell Co Ltd u l-ADT irċiviet l-ammont ta’ Lm100.50c għal kull xarabank li ġiet skrappjata.
L-Awtorita' kellha l-ħsieb li żżomm 24 xarabank għal skopijiet storiċi u ta’ turiżmu iżda 3 xarabanks minnhom ġew mibjugħa lil individwu privat sabiex dawn ix-xarabanks jissewwew u jintbagħtu barra minn Malta f’wirja tal-karozzi. Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Bord ta’ l-Awtorita' u l-ammont miġbur għal dawn il-vetturi jammonta għal Lm2,500.
Minħabba limitazzjonijiet ta’ spazju, l-Awtorita' kellha tiskrapja 8 vetturi oħra, għaldaqstant għad fadal 13-il xarabank fil-pussess ta’ l-Awtorita'.
L-Awtorita' talbet lill-ATP sabiex tipprovdi l-proposti tagħha dwar kif jistgħu jintużaw dawn it-tlettax-il vettura għal skopijiet turistiċi u/jew storiċi.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ingħatax it-tender għall-bini mill-ġdid tal-pont ta' Regional Road? Kemm se jiswa dan il-proġett u meta hu mistenni li jibda x-xogħol? Jikkonferma li s-superviżjoni għal dan il-proġett ingħatat lil perit privat? Jista' jgħid min hu dan il-perit u kemm mistenni jitħallas għas-servizz li se jagħti? Xi proċedura ntgħażlet biex saret l-għażla?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-tender tal-proġett tat-tiswija tal-pont Manuel Dimech ġie aġġudikat lill-kumpanija BCP Joint Venture. Ix-xogħlijiet huma ppjanati li jibdew għall-ħabta ta’ nofs Novembru 2006, u il-kuntratt huwa ta’ LM2,000,000.
Ix-xogħol ta’ l-ispezzjoni, disinn, preparazzjoni tat-“
tender dossiers
” u superviżjoni tat-tiswija ta’ dan il-pont qed isir mill-kumpanija DTR (Design & Technical Resources, Malta) u KHP (Köing, Heunish und Partner, Ġermanja) li ngħatat dan ix-xogħol wara sejħa għal offerti li nħarġu mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Din is-sejħa għal offerti nħarġet f’Novembru 2004 u wara l-evalwazzjoni tal-offerti sottomessi l-kuntratt ma’ dan il-konsorzju ġie ffirmat f’Mejju 2005. Il-valur ta’ dan il-kuntratt jammonta għal LM199,420 (Vat Inkluż).
Dan il-konsorzju huwa mexxi mill-Perit Robert Sant minn naħa tad-DTR u Dr Ing. Heunish għal kumpanija Ġermaniża (KHP).