Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma illi Aqua Biotech Innova rappreżentanta fuq l-advisory board ta' l-istess kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija mill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, u Sustech consulting rappreżentata fuq l-advisory board minn inġinier li ismu qed jintbagħat separatament, kellhom il-proġetti tagħhom magħżula? Jista' jinvestiga l-konflitt ta' interess ta' dawn l-applikanti għall-fondi, meta dawn huma wkoll fuq l-advisory board tal-kunsill u jinvestiga għalfejn iċ-chief executive officer tal-kunsill ippermetta dan il-konflitt ta' interess meta dan kien jaf bih? Għalfejn f'laqgħa ta' informazzjoni lill-applikanti ċ-chief executive officer ma kienx jaf jirrispondi għal mistoqsijiet bażiċi dwar kif għandha timtela' l-applikazzjoni, b'hekk ħalla dubju li seta fixkel is-suċċess ta' xi wħud mill-applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista bl-ismijiet tal-persuni jew ditti li ġew magħżula mill-kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija, kemm se jingħataw fondi għar-riċerka għal kull applikazzjoni li ntagħżlet u x'kien is-suġġett tar-riċerka?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar San Luqa — Echocardiograms

Question

Fil-cardiac laboratory ta' l-isptar San Luqa kemm isiru echocardiograms kuljum? Kemm ikunu (kuljum) it-tobba li jagħmlu dawn l-echocardiograms? Kemm hu n-numru ta' out-patients li qed jistennew biex isirilhom echocardiogram?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fil-Cardiac Laboratory ta' l-isptar San Luqa isiru numru ta' echocardiograms kif jidher fit-tabella ta' hawn taħt. Ġurnata Pazjenti Konsulenti It-Tnejn 18 1 It-Tlieta 25 2 L-Erbgħa 15 1 Il-Ħamis 15 tfal 5 adulti 2 Il-Ġimgħa 25 2 Is-Sibt 10 tfal 4 adulti 2 In-numru ta' out patients li qed jistennew isirilhom echocardiogram mhux urġenti huwa ta' 8,511. Infakkar li dan it-test qiegħed isir bħala investigazzjoni ta' rutina u bħala ckeck up.

Ċentru Ħidma Soċjali — Persuni li jagħtu servizz ta' home help

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru massimu ta' sigħat fil-ġimgħa li ċ-ċentru ħidma soċjali jrid li jaħdmu dawk li jagħmlu home help? Jekk jinħass il-bżonn, jista' dan iċ-ċentru jara li xi helpers jaħdmu s-Sibtijiet ukoll? Il-helpers jibdew ix-xogħol fit-8.00 a.m. Sa liema ħin iċ-ċentru jrid li jaħdmu dawn il-helpers? Kemm hu l-ħlas tagħhom kull siegħa? Kemm għandhom ġranet ta' leave u ta' sick leave bi ħlas fis-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru massimu ta' sigħat li jaħdmu il-Part Time Social Assistants fil-ġimgħa huwa ta' bejn 30 u 35 siegħa. F'każ ta' bżonn, il-Part Time Social Assistants jaħdmu wkoll is-Sibtijiet. Is-servizz tal-Home Help jingħata bejn is-7.00 ta' filgħodu u 2.30 ta' wara nofs in-nhar. Il-ħlas li jirċievu l-Part Time Social Assistants huwa ta' Lm1.88.6 is-siegħa. Leave u sick leave bi ħlas jingħata pro-rata skond in-numru ta' sigħat li jaħdmu l-Part Time Social Assistants.

MMA — Chairman

Question

Jisat' l-Ministru jgħid għaliex ġie ordnat sufan u mejda għaċ-chairman tal-MMA meta dan diġa' kellu? Kemm ġew jiswew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-board room table kif ukoll coffee table fl-uffiċċju taċ-Chairman ġew jiswew Lm480 bil-VAT inkluża. Il-mejda li oriġinarjament kienet fl-uffiċċju taċ-Chairman issa tinsab f'uffiċċju ieħor. Inxtraw ukoll żewġ single seaters (microfibre) li ġew jiswew Lm292 bil-VAT inkluża. Ma kien hemm ebda sufan jew armchairs fl-uffiċċju li kellu c-Chairman fl-ufficcini li l-Awtorita' kellha ġewwa x-Xatt ta’ Pinto.

MMA — Użu ta' petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jintuża petrol minn kull manager kull xahar fl-MMA? Kemm jieħu petrol kull xahar is-segretarju tal-bord?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qiegħed jirreferi.

MMA — Spiża tax-xorb

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tax-xorb tal-MMA matul l-2006 u matul din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ispiża tax-xorb matul is-sena 2006 (Ottubru 2005 sa’ Settembru 2006) ta’ l-Awtorita’ Marittima kienet ta’ Lm758. Minn Ottubru 2006 sal-lum din kienet ta’ Lm167.

MMA — Senior Manager

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex senior manager mal-MMA li ismu qed jintbagħat separatament, għad għandu kollox ġol-kaxxi? Kif qed jaħdem?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-oġġetti li hemm fil-kamra msemmija mhumiex meħtieġa għall-użu ta' kuljum ta' l-uffiċċju.

MMA — Party għall-managers

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fl-MMA sarx party għall-managers biss tal-corporate office u l-managers u l-ħaddiema li jinsabu fl-istess bini ma ġewx mistiedna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fi żmien il-Milied saret laqgħa fl-uffiċju ta’ CEO għall-Corporate Office Managers li fiha irringrazzjahom għall-ħidma tagħhom matul is-sena u elenka l-isfidi li sejra tiffaċja l-Awtorita' fis-sena l-ġdida. Waqt il-laqgħa ġew ipprovduti xi refreshments u snacks.

Riħa ta' żejt

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'ġara nhar il-Ħamis, 25 ta' Jannar, 2007 meta riħa ta' żejt qawwija kienet preżenti għall-ħin twil fil-lokalitajiet tal-Kalkara, Birgu, Bormla, Fgura, Żabbar u Xgħajra? X'kienet il-kawża u x'rimedji ttieħdu? Jista' l-Ministru jippreżenta rapport dettaljat fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Ħamis, 25 ta` Jannar 2007, l-Ispettorat tal-Pollution Prevention and Control Unit (PPCU) fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) irċieva telefonata ta` emerġenza dwar irwejjaħ inkonvenjenti fl-akwati tal-Kalkara. L-ispetturi għamlu l-istħarriġ tagħhom fuq is-sit u rrizulta li r-riħa msemmija nxtammet għal ftit ħin fit-tegħla tal-Kalkara li twassal għal Bighi. Fl-ispezzjoni, l-ispetturi damu jduru għal tul ta’ hin fl-akwati kollha tal-Kalkara, inkluż ix-xatt tal-Menqa tal-Kalkara (jiġifieri minn taħt Sant’Anġlu għal taħt Bighi), fil-bajja tar-Rinella, kif ukoll fit-telgħa li twassal għal Triq Santu Rokku (ħdejn il-Batterija tar-Rinella). Fl-ebda punt minn dawn imsemmija ma reġgħet inxtammet din ir-riħa. Bħala parti mill-investigazzjonijiet ta’ dan il-każ fil-preżent qed tintalab informazzjoni mingħand sorsi oħra possibbli bħal attivitajiet marittimi fil-viċinanzi. Din l-informazzjoni qed tiġi korrelata mad-direzzjoni u l-forza tar-riħ fil-ġranet imsemmija, li skond l-istazzjon ta’ monitoraġġ ta’ l-arja ta’ Kordin, jirriżulta li d-direzzjoni tar-riħ varjat ħafna u l-forza kienet baxxa. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Tkun ta’ għajnuna jekk min għandu xi informazzjoni addizzjonali dwar il-possibilitajiet tas-sors ta’ din ir-riħa, javviċina lill-ispettorat tal-Pollution Prevention and Control Unit (PPCU) fuq in-numri 21678034 (tel.) u 21660108 (fax).

Enemalta

Question

X'inhuma r-running costs tal-gas turbines komparat mal-combined cycle biex jiġi ġenerat l-elettriku mill-Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fl-2006, l-ispiża tal-fuel biex tiġġenera 1Kwh mill-combined cycle gas turbines kienet medja ta' 4.077c, filwaqt li għal open gas turbine l-ispiża ekwivalenti kienet tkun ta' 6.057c.

Sinjali/Tabelli tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi u jgħid l-ammont tan-nefqa għas-sinjali tat-toroq u tabelli tat-toroq tal-gvern (mhux tal-kunsilli) għas-sena 2005 u sa Ottubru 2006? Jista' jgħid ukoll jekk dawn ħarġux bit-tender jew b'direct order?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infuramt li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Inteprellant hija kif tidher hawn taħt :- 2005 Direct Order Lm247,951.00 Tender Lm15,000.00 Total 2005 Lm262,951.00 October 2006 Direct Order Lm136,365.00 Tender Lm85,290.00 Total 2006 (sa Ottubru) Lm221,655.00 Id- Direct Orders ingħataw lil Koptasin biss.
Leg 10 PQ #22627 Sitting 476 2006-12-11 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura

Geological Survey

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux ħsieb li jwaqqaf geological survey ta' Malta? Din tkun ente illi xogħlha jkun li tiġbor informazzjoni ġeoloġika dwar Malta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi twettaq il-funzjoni ta’ geological survey ta’ Malta u tiġbor informazzjoni ta’ natura ġeoloġika, kemm dwar il-gżejjer kif ukoll l-ibħra ta’ madwarhom. L-Awtorita’ qiegħda tlesti mappa ġdida tal-ġeoloġija tal-Gżejjjer Maltin fuq skala ta’ 1 : 2,500. Din il-mappa turi l-ġebel tal-gżejjer Maltin f’aktar dettal mill-mappa eżistenti li kienet ġiet ippubblikata f’1993.

ECF0526/02-PA03869/02

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'jista' isir dwar il-każ ECF0526/02 u PA03869/02 fejn minħabba żball amministrattiv, id-drittijiet tas-sid ma jistgħux jiġu indirizzati biex lil dan issirlu ġustizzja?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Avviż tat-Twettiq Ecf 526/02 kien inħareġ kontra s -sid għax dan kellu veranda fil-bitħa interna u kamra fuq il-bejt mibnijin kollha mingħajr il-permessi meħtieġa. Waqt li l-veranda ġiet imneħħija mis-sid stess, il-kamra ġiet regularizzata bil-ħruġ tal-permess PA 3869/02. Għaldaqstant, il-każ min-naħa ta' l-infurzar ġie magħluq.

Ħlasijiet mill-Estimi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li d-dipartimenti tal-gvern, awtoritajiet, enti u kumpanniji tal-gvern ħallsu mill-estimi approvati u vvotati għall-2006 għal xogħlijiet, apparat, servizzi, pagi, eċċ (għal spejjeż rikorrenti u kapitali ) li effettivament saru fl-2005? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull dipartiment, awtorita', ente u kumpannija tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni fir-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi. Fir-rigward tal-Ministeri l-oħra, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-Mistoqsija lill-Ministri konċernati.

Rettur ta' l-Universita'

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21909 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid ta' xiex ir-rettur ta' l-Universita' qed jieħu Lm15,000 konsulenza mill-OPM?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li s-servizzz ta’ konsulenza mogħtija mill-Uffiċċjal, li huwa wkoll ir-Rettur ta’ l-Universita’, hija fuq affarijiet relatati ma’ edukazzjoni għolja, riċerka, innovazzjoni, teknologiji ta’ kommunukazzjoni fl-informatika, żvilupp u ppjanar nazzjonali Socio-ekonomiku u l-attrazzjoni ta’ investiment barrani w ditti lejn il-pajjiż. Is-servizzi jinkludu wkoll ghajnuna lill-Gvern biex jinkisbu l-miri stabbiliti fil-‘Lisbon Agenda’ ta’ l-Unjoni ewropea w il-‘Programm Nazzjonali tar-Riforma.’

AFM — Kors fuq VTMIS

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna ntbagħtet għal kors fuq VTMIS? Kemm minnhom kienu jaħdmu ma' l-AFM? Xi kwalifiki għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmata illi fir-rigward tal-Forzi Armati ta’ Malta, 21 persuna attendew kors fil-Vessel Traffic Management Information System (VTMIS). Dawk li attendew dan il-kors għandhom kwalifiki bħal Search and Rescue Mission Coordinator, General Operation’s Certificate (GOC), Restricted Operator’s Certificate (ROC), Radio Operator (livell varji), Radar Operator (livelli varji) u Rescue Coordination Centre Controller.