Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna anzjana li għandha l-karta anzjan, imma għandha r-raġel jaħdem għax hu iżgħar minnha, hiex intitolata għas-servizzi offruti lil min għandu l-karta anzjan? Jekk iva, fid-dawl li żewġha għadu jaħdem liema huma s-servizzi li din l-anzjana hija ntitolata għalihom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li persuna li għandha l-kartanzjan hija ntitolata għal roħs fuq il-vapur tal-Gozo Channel, roħs fuq in-noll tal-karozzi tal-linja, roħs fuq il-fiera tan-Naxxar u roħs għad-dħul fil-grawnd tal-futbol. Ta' min jinnota li kull persuna li għandha kartanzjan tkun intitolata għas-servizzi fuq imsemmija irrispettivament jekk ir-raġel tagħha jew mara tiegħu humiex full time worker.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fid-9 ta' Mejju, 2007 kemm-il persuna ġiet irrappurtata li kisret il-liġi dwar il-kaċċa u l-insib? F'kull każ x'kienet l-akkuża?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija bdiet proċeduri quddiem il-Qorti kontra 5 persuni li nqabdu jiksru r-regolamenti tal-kaċċa u l-insib nhar id-9 ta' Mejju 2007. Tlieta nħarġitilhom ċitazzjoni li sparaw jew ippruvaw jisparaw fuq tajr protett u/jew li aġixxew bi ksur tar-regolamenti tal-kaċċa u l-insib, kif ukoll li fixklu l-uffiċjali tal-pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom fost l-oħrajn. Filwaqt li tnejn oħra nħarġitilhom ċitazzjoni li kienu għall-kaċċa b'arma tan-nar li kellha kompartiment li jista' jieħu aktar minn (2) skrataċċ fl-istess ħin.
Jista' l-Ministru jinvestiga għalfejn studenti tal-Ġografija li waslu fis-sena finali tal-Form 5 fil-Junior Lyceum Santa Tereża fl-Imrieħel, kienu mgħallma minn għalliema li s-suġġett prinċipali tagħha mhux il-Ġografija u m'għandhiex degreefis-suġġett, meta fl-istess skola hemm għalliema oħra li għandhom kwalifiċi u esperjenza fis-suġġett ħafna aqwa?
X'impatt se jkollu dan l-użu ħażin mir-riżorsi umani mill-amministrazzjoni ta' l-iskola fuq l-eżami, jiġifieri l-proġett jiġi mmarkat mill-għalliem tagħhom, li f'dan il-każ m'għandhiex il-kompetenza meħtieġa f'dan il-livell?
Jista' jserraħ ras il-ġenituri li għandhom it-tfal fil-Junior Lyceum Santa Tereża li fis-sena skolastika li jmiss, l-istudenti tal-Ġografija kemm ta' l-options u tal-form 5 ikollhom għalliema bl-aqwa kwalifiki u esperjenza li għandha l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għalliema li tgħallem lill-istudenti tal-Form 5 hija gradwata bil-B.ED (Hons) speċjalizzata fil-Ġografija u ilha tgħallem għal dawn l-aħħar ħames snin.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24371 jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset il-kumpannija Malta Planning and Design Consultants għall-proġett fuq Lot 1 tat-toroq iffinanzjati mill-Protocol Taljan? Jista' l-Ministru jgħid meta tħallset għas-servizz mogħti u jekk tħallsitx mill-ADT jew minn xi entita' dipartimentali oħra?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Kumpanija Malta Planning and Design Consultants tħallset is-somma ta’ Lm 222,298 fuq Lot 1, mill-ADT minn voti kapitali hekk kif imniżżel hawn taħt:
Lot 1 Lm 138,173
Lot 1 A___ Lm 84,125
Total Lot 1 Lm 222,298
Il-pagamenti saru hekk kif kien iċċertifikat ix-xoghol fuq medda ta’ kważi sentejn minn Settembru 2004, bl-aħħar pagamenti jsiru hekk:
Lot 1 26/07/2006
Lot 1A 26/06/2006
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24371, jista' l-Ministru jgħid jekk il-konsorzju DTR u KHP tħallasx għall-proġett pont Manwel Dimech? Jekk iva, kemm tħallas sal-lum u jekk tħallasx mill-ADT jew minn entita' dipartimentali oħra?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan ix-xogħol huwa ffinanzjat mill-fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropea. L-ammont li tħallas s'issa huwa Lm 99,710.
Dan tħallas mid-Dipartiment tal-Finanzi wara ċertifikazzjoni tax-xogħlijiet mill-ADT.
Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija — National Research and Innovation Programme
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma d-ditti jew koordinaturi li applikaw u ġew magħżula għal national research and innovation programme ta' l-2006, amministrat mill-kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija (MCST) f'Bighi u x'kienu l-kriterji wżati biex issir l-għażla u min kien fuq il-bord ta' l-għażla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-proċess ta’ evalwazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-fondi taħt il-programm tar-Riċerka u Innovazzjoni huwa proċess maqsum f’żewġ stadji (two stage evaluation process). L-ewwel stadju ta’ shortlisting ġie konkluż u lista ta’ l-applikanti kif ukoll ir-riżultat tax-shortlisting ġew ippublikati fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija f’Ottubru tas-sena 2006.
Ir-rapport tat-tieni stadju ta’ evalwazzjoni (l-istadju finali għadu mhux konkluż) huwa lest u issa ntbagħat lill-Bord tal-MCST għall-approvazzjoni tiegħu. Il-lista finali tiġi ppublikata wara li tingħata din l-approvazzjoni mill-Bord. Huwa previst li l-MCST tippubblika r-riżultat f’Marzu ta’ din is-sena.
Il-kriterji li ntużaw fl-evalwazzjoni tal-proġetti huma dawk li ġew elenkati fid-dokument ‘Research and Innovation Programme 2006 – Rules of Participation’ li ġie ppubblikat fil-25 t’Awwissu 2006 meta tħabbar il-Programm. Dawn huma:
- Livell ta’ konformità ma’ l-erba’ setturi ta’ priorità li ġew identifikati fil-Pjan Strateġiku Nazzjonali għar-Riċerka u Innovazzjoni 2006 (National Strategic Plan for Research and Innovation) 2007-2010 (1. Environment and Energy Resources, 2. ICT, 3. Value-added Manufacturing u 4. Health and Biotechnology).
- L-applikazzjoni ta’ riċerka għall-iżvilupp ta’ prodotti jew servizzi li jistgħu jiġu kkummerċjalizzati.
- Kollaborazzjoni bejn kategoriji diversi ta’ stakeholders bħalma huma l-akkademja, l-industrija, entitajiet pubbliċi u Għaqdiet non Governattivi (NGOs).
- Kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta’ kapaċità fix-xjenza u t-teknoloġija f’Malta.
- Valur għal flus investiti (Value for money).
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma illi Aqua Biotech Innova rappreżentanta fuq l-advisory board ta' l-istess kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija mill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, u Sustech consulting rappreżentata fuq l-advisory board minn inġinier li ismu qed jintbagħat separatament, kellhom il-proġetti tagħhom magħżula?
Jista' jinvestiga l-konflitt ta' interess ta' dawn l-applikanti għall-fondi, meta dawn huma wkoll fuq l-advisory board tal-kunsill u jinvestiga għalfejn iċ-chief executive officer tal-kunsill ippermetta dan il-konflitt ta' interess meta dan kien jaf bih? Għalfejn f'laqgħa ta' informazzjoni lill-applikanti ċ-chief executive officer ma kienx jaf jirrispondi għal mistoqsijiet bażiċi dwar kif għandha timtela' l-applikazzjoni, b'hekk ħalla dubju li seta fixkel is-suċċess ta' xi wħud mill-applikazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-proċess ta’ evalwazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għal fondi taħt il-programm tar-Riċerka u Innovazzjoni għadu mhux komplett.
L-Advisory Board tal-Kunsill jikkonsisti fi ’l fuq minn erbgħin rappreżentant mill-Akkademja, mill-Industrija u mis-Settur Pubbliku. Diversi minn dawn il-membri tal-Advisory Board issottomettew applikazzjoni għal fondi taħt il-Programm ta’ Riċerka u Innovazzjoni. Dawn ma kellhom ebda konflitt ta’ interess għaliex l-Advisory Board huwa Board konsultattiv fuq materja ta’ strateġija nazzjonali fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni. Għaldaqstant il-Bord m’għandu l-ebda poteri eżekuttivi, bl-ebda parteċipazzjoni la fit-tfassil tiegħu u wisq anqas fl-evalwazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24371 jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopji tat-tender documents jew offerti li kienu ppreżentaw id-ditti, periti jew kumpanniji kollha li kkonkorrew għat-tender tal-proġett tal-pont Manuel Dimech?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tender ‘ Professional and Technical Services for the upgrading of Manuel Dimech Bridge M.A. Vassalli, St Julians, Malta Ct 2518/04’ inharget mill-Dipartiment tal-Kuntratti f’Ottubru 2004 u hames kumpaniji tefghu l-offerti taghhom fl-14 ta’ Dicembru 2004
Dawn kienu:-
a) Innovative Architectual Services
b) Leonhart, Andra und Partner
c) Raniolo & Associates
d) Politenica, Ingeneria ed Archittetura
e) Köing, Heünish und Partner(KHP) and Design & Technical Resources (DTR)
L-evalwazzjoni ta’ dawn it-tenders saret mill-kumitat ta’ evalwazzjoni mahtur mill-Direttur tal-Kuntratti. Ir-rakkomandazzjoniet u evalwazzjoni ta’ dan il-kumitat kienu approvati mill-Kumitat tal-Kuntratti.
Il-kuntratt ghal dan ix-xoghol gie iffirmat fit-30 ta’ Mejju 2005, u ma kienx hemm ebda oggezzjoni mit-‘tenderers’ l-ohrajn quddiem il-Kumitat tal-Kuntratti.
Il-kopji ta’ l-offerti u dokumenti ohra konnessi ma’ din it-tender qeghdin kollha ghand id-Dipartiment tal-Kuntratti
Perit Paul Buhagiar
Network Infrastructure Directorate 7 ta’ Mejju 2007
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24371 jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li għamlu l-evalwazzjoni ta' l-offerti għall-proġett tal-pont Manwel Dimech? Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat tal-Bord ta' l-għażla riferibbli għall-istess evalwazzjoni?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-evalwazzjoni tat-tenders sottomessi għax-xogħolijiet tal-pont ta' Manwel Dimech saret minn membri maħtura mid-Direttur tal-Kuntratti. Ir-rakkomandazzjonijiet ta' dan il-bord jiġu approvati mill-Kumitat tal-Kuntratti. Għalhekk il-mistoqsija għandha tkun irreferuta lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24371 jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset il-kumpannija Malta Planning and Design Consultants għall-proġett fuq Lot 1 tat-toroq iffinanzjati mill-Protocol Taljan? Jista' l-Ministru jgħid meta tħallset għas-servizz mogħti u jekk tħallsitx mill-ADT jew minn xi entita' dipartimentali oħra?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24371, billi l-persuna ndikata separatament huwa partner fid-ditta li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u billi l-Ministru responsabbli mill-ADT huwa soċju u direttur ta' l-istess ditta, u billi l-Ministru kemm-il darba fil-media lokali rrefera għall-persuna ndikata bħala "l-ħabib tiegħu" u saħansitra stiednu għal ikliet fid-dar tiegħu ġewwa Hal Tarxien, u billi l-persuna ndikata kien is-supervisors representative tal-Malta Planning and Design Consultants fil-Lot 1 tal-Proġett tal-Protocol Taljan fil-kwalita' personali tiegħu, ma jaħsibx il-Ministru li kellu konflitt ta' interess fit-tender in kwestjoni?
Jaħseb il-Ministru li kien imissu jintervjeni sabiex iwaqqaf l-għoti tat-tender tal-Lot 1 lil MP & DS għar-raġuni biss li l-ħabib tiegħu, il-persuna ndikata kien qiegħed jidher bħala supervisors representative tal-MP & Ds meta l-Ministru jaf li l-persuna ndikata għandu żewġ ditti peritali jisimhom, d-ditta ndikata separtament aktar qabel, u Design and Technical Resources Limited u jidher li għal xi raġuni jew oħra dawn ma tefgħux offerti? Jista' jgħid jekk il-persuna ndikata kienx infurmah li kien ser ikun supervisors respresentative ta' MP & DS fuq Lot 1 qabel il-ħarġa ta' l-offerti? Jekk le, jista' jgħid jekk sarx jaf mingħand ħaddieħor u minn min?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Bħala Ministru ma nkunx involut fl-aġġudikazzjoni jew approvazzjoni tas-supervisors jew ir-rappreżentatnti tagħhom.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24371, billi l-persuna ndikata separatament kien supervisors representative ta' MP & DS għal-Lot 1, u billi l-Ministru huwa soċju u direttur flimkien mal-persuna ndikata fid-ditta ndikata separatament u billi l-Ministru stqarr pubblikament li l-persuna ndikata huwa l-ħabib tiegħu, u billi l-persuna ndikata jmexxi waħdu kumpanija oħra Design and Technical Resources Limited, li rebħet it-tender tal-pont Manwel Dimech u billi din il-kumpannija għandha r-registered address tagħha b'kumbinazzjoni f'Carmel Street, B'Kara fejn hija reġistrata d-ditta ndikata u proprju ż-żewġ uffiċini jinsabu fl-istess bini, jista' l-Ministru jikkonferma li l-impjegati, l-periti u l-istaff tad-ditta ndikata li tagħha l-Ministru huwa soċju u azzjonista mal-persuna ndikata huma fil-fatt l-istess impjegati ta' Design and Technical Resources Limited li jidher li qiegħed imexxi waħdu l-persuna indikata separatament? Jista' jikkonferma li periti mqabbdin mid-ditta ndikata ħadmu wkoll għal Design & Technical Resources Limited?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ma jidhirlix li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija konformi ma' l-Istanding Orders ta' din il-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24371, jista' l-Ministru jgħid jekk il-konsorzju DTR u KHP tħallasx għall-proġett pont Manwel Dimech? Jekk iva, kemm tħallas sal-lum u jekk tħallasx mill-ADT jew minn entita' dipartimentali oħra?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rendikont tal-kuntratti kollha li ngħata jew li kien involut fihom mingħand l-ADT il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mill-1 ta' Jannar 1999 sat-28 ta' Frar 2007? Jista' jgħid f'liema kariga jew kapaċita' esegwixxa l-kuntratt? Jista' jgħid kemm tħallas għal kull kuntratt b'riferenza kuntratt, kuntratt? Jista' jgħid jekk il-persuna ngħatatx il-kuntratti lilha personalment jew lil xi kumpannija/ditta/soċjeta'/partnership li fiha għandu interess u jagħti l-isem tagħha? Jista' jgħid inħarġitx sejħa għall-offerti jew ingħatawx direct orders riferibbilment għal kull kuntratt?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-unika kuntratt fejn huma involuti l-ADT u l-persuna li dwarha dettalji intbagħtu separatament, huwa il-proġett ta’ spezzjoni, deċiżjoni, preparazzjoni ta’ tender dossiers u superviżjoni tat-tiswija tal-Pont Manuel Dimech.
Il-kuntratt ingħata wara sejħa għall-offerti li nħarġet f’Novembru 2004 u wara l-evalwazzjoni tal-offerti sottomessi kien iffirmat l-kuntratt ma’ konsorzju magħmul mill-kumpanija DTR (Design & Technical Resources) u KHP (Köing, Heunish und Partner, Ġermanja) ġie ffirmat f’Mejju 2005. Il-valur ta’ dan il-kuntratt jammonta għal Lm 169,000 (
exc
VAT).
Fil-perjodu indikat l-istess persuna kienet esegwit xogħol bħala
supervisor’
s
representative
fuq Lot 1 tal-proġett tat-toroq iffinanzjati mill-Protokoll Taljan. F’dan il-każ l-arranġament kien direttament bejn il-persuna u l-kumpanija Malta Planning & Design Consultants u l-ADT m’għandhiex indikazzjoni ta’ kemm kien is-sehem tal-persuna ikkonċernata mill-
fees
ta’ superviżjoni li tħallsu lill-kumpanija MP & DC għal dan il-Lot.
Il-persuna indikata ma ħadet l-ebda kuntratt mill-ADT permezz ta’
direct order
.
Jista' l-Ministra jara x'passi immedjati jista' jimplimenta sabiex student indixxiplinat, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jattendi l-iskola ta' Hal Għaxaq (Filippo Castagna) qed ikun ħtija ta' sfrattu sħiħ, jiġi addestrat jew ikollu superviżjoni stretta fuqu sabiex ma jkunx ta' detriment għall-istudenti l-oħra?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudent imsemmi ma jattendix l-iskola Primarja ta' Ħal Għaxaq. Jista' jinformani fejn jattendi skola anke privatament.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-riżultat għal ħatra ta' chief inspector fid-Dipartiment tad-Dwana?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li dan ir-riżultat ġie ppubblikat fit-23 ta’ Novembru 2006 u inġieb ukoll għall-wiri fuq in-notice boards tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u tad-Dwana.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi li ttellgħu l-qorti taħt il-liġi tal-konsumatur mis-sena 2001 'l hawn? Jista' jagħti l-lista ta' dawn l-okkażjonijiet li turi n-numri ta' każi, it-tip ( taħt liema artiklu tal-liġi), kemm instabu ħatja u kemm kienet il-penali meta nstabu ħatja?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' PQ 24804.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi mill-2001, li ttellgħu l-qorti għaliex kienu qed jiksru l-avviż legali 283 ta' l-2002 tal-prezzijiet (price indications)? Kemm minnhom instabu ħatja u kemm kienet il-piena?
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-MEPA biex issir ġustizzja ma' dawk li ġew imċaħħda mid-drittijiet tagħhom, speċjalment minħabba li tkun ingħatat informazzjoni żbaljata?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar ċar u jispeċifika d-dettalji tal-Mistoqsija tiegħu.