Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Membri li jokkupaw kariga fil-PN

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-membri kollha fis-Segretarjati Privati kemm dawk fis-Segretarjati tal-Ministri kif ukoll dawk fis-Segretarjati tas-Segretarji Parlamentari jiġu ngaġġati skond il-Guidelines Engagement of Staff for Minister’s Secretaries. Fir-rigward ta’ uffiċjali pubbliċi, wara li dawn ma jibqgħux iservu fid-dipartimenti rispettivi u jiġu ngaġġati fis-Segretarjati Privati huma obbligati li jinnotifika lill-Kap taċ-Ċivil biss f’każ li jikkontestaw elezzjonjonijiet.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Privat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #26808 Sitting 555 2007-09-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura

Membri li jokkupaw kariga fil-PN

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-membri kollha fis-Segretarjati Privati kemm dawk fis-Segretarjati tal-Ministri kif ukoll dawk fis-Segretarjati tas-Segretarji Parliamentari jiġu ngaġġati skond 'Guidelines Engagement of Staff for Minister's Secretariates'. Fir-rigward ta' ufficjali pubbliċi, wara li dawn ma jibqgħux iservu fid-Dipartimenti rispettivi u jiġu ngaġġati fis-Segretarjati Privati huma obbligati li jinnotifikaw lill-Kap taċ-Civil biss f'każ li jikkontestaw elezzjonijiet.

Karozzi ta' l-ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid mingħand min ġew mikrija l-karozzi li għandha l-ETC, meta sar il-kuntratt u meta se jiġi tterminat? Kemm hi r-rata tal-kirja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-KXT tuża is-sistema tal-Leasing, fejn dan il-kuntratt ġie mogħti lil Paul & Rocco Ltd – Gżira. Il-kuntratt sar fis-7 ta Lulju 2006 u jgħalaq fis–6 ta’ Lulju 2010, dan jista jkun imġedded għal massimu ta’ sitt xhur wara din id-data. Ir-rata ta’ kull karozza hija ta’ Lm4.50 ghal kull karozza kuljum.

Working Permit

Question

Kemm il-working permit validu hemm li nħarġu mill-ETC lill-immigranti llegali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta’ permessi tax-xogħol li huma validi fl-1 ta’ Awissu 2007 u li nħargu mill-KXT lill-immigranti illegali hu ta’ :- - Refugjati 75 - Persuni li ghandhom protezzjoni umanitarja temporanja 562 - Asylum Seekers 139 Total 776

Żvilupp Urban u Toroq — Ex Kap tas-Segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema kariga ġie ngaġġat l-ex Kap tas-Segretarjat fl-istess Ministeru? Jista' jgħid xi proċedura ntużat biex ingħata l-kariga li għandu? Kemm hu s-salarju u x'allowances u benefiċċji oħra għandu? Kemm hemm persuni oħra fl-istess dipartiment taħt ir-responsabbilta' tiegħu u x'inhi l-kariga ta' kull wieħed u waħda minnhom? X'inhuma s-salarju, l-allowances u benefiċċji oħra li għandhom? Xi proċedura ntużat biex ingħataw l-impjiegi li għandhom? L-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien infurmat u ta l-approvazzjoni tiegħu għat-twaqqif ta' dan id-dipartiment u għall-ingaġġ tal-persuni konċernati?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma l-Onorevli Nterpellant li it-twaqqif ta’ unit li jieħu ħsieb l-immaniġġjar ta’ Proġetti Kapitali kien ilu jinħass minn meta ġie mwaqqaf il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq fl-2004. Għal dan il-għan kienu saru diversi diskussjonijiet matul iz-żmien biex jinstab l-aħjar forma kif dan jista’ jsir. F’dan ir-rigward kien hemm ukoll studju u rapport li kien ġie ikkommissjonat lill-MEU. Kien hemm qbil biex tiġi mwaqqfa “Projects Development and Co-ordination Unit” fi ħdan il-Ministeru, liema Unit kienet taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tas-Segretarju Permanenti. Il-proceduri biex titwaqqaf din il-Unit u s-salarji abbinati ma’ l-ufficjali ta’ l-istess Unit għandhom l-approvazzjoni ta’ l-Ufficcju tal-Prim Ministru u tal-Ministeru tal-Finanzi. Kemm l-ex Kap tas-Segretarjat fil-Ministeru tiegħi, kif ukoll kull uffiċjal li bħal issa jifforma parti minn din il-Unit kienu diġa jaħdmu fis-Segretarjat tiegħi jew f’xi Dipartiment ieħor jew entita’ li taqa’ taħt ir-responsabbilita’ ta’ dan l-istess Ministeru. Dawn l-uffiċjali kienu jaħdmu esklussivament fuq proġetti kapitali u x-xogħol tagħhom kien konness ma’ l-istess responsabbilitajiet li għaliha ġiet iffurmata il-Projects Development and Co-ordination Unit. Għalhekk kien xieraq li dawn l-istess uficcjali jkomplu fuq dan l-istess xogħol u jiġu assenjati ma’ u assorbiti f’din il-Unit. L-istess MEU, fir-rapport tagħha, kienet tat parir f’dan ir-rigward in vista tal-kapacitajiet maniġerjali u teknici tagħhom kif ukoll l-esperjenza li akkwistaw matul iż-żmien li ħadmu fuq dawn il-proġetti. L-ex Kap tas-Segretarjat li irrefera għalih l-Onor Interpellant għandu kuntratt għal sena ma’ din il-Unit, u qiegħed jokkupa il-pożizzjoni ta’ Kap ta’ din il-Unit. Huwa għandu salarju ta’ Lm11,875 barra allowance ta’ Lm3,080 u s-servizz ta’ karozza, użu ta’ mobile phone u access ghall-internet. Il-post għandu marbut miegħu ukoll Performance Bonus sa massimu ta’ 10% tas-salarju. Uffiċjal ieħor għandu il-kariga ta’ Policy Development Manager u dan għandu kuntratt għal sena ma’ din il-Unit. Huwa għandu salarju ta’ Lm9,608 barra allowance ta’ Lm720, car allowance ta’ Lm1,000, użu ta’ mobile phone sa massimu ta’ Lm350 u access għall-internet sa massimu ta’ Lm200. Il-post għandu marbut miegħu ukoll Performance Bonus sa massimu ta’ 10% tas-salarju. Uffiċjal ieħor għandu il-kariga ta’ Project Architect and Civil Engineer u dan għandu kuntratt għal tlett snin ma’ din il-Unit, liema kuntratt beda jgħodd mill-1 ta’ December 2006. Huwa għandu salarju ta’ Lm9,554 barra allowance ta’ Lm720, car allowance ta’ Lm1,000, użu ta’ mobile phone sa massimu ta’ Lm350 u access għall-internet sa massimu ta’ Lm200. Il-post għandu marbut miegħu ukoll Performance Bonus sa massimu ta’ 10% tas-salarju. Uffiċjal ieħor għandu il-kariga ta’ Project Manager u dan għandu kuntratt għal sena ma’ din il-Unit. Huwa għandu salarju ta’ Lm9,418 barra car allowance ta’ Lm1,000, użu ta’ mobile phone sa massimu ta’ Lm350 u access għall-internet sa massimu ta’ Lm200. Il-post għandu marbut miegħu ukoll Performance Bonus sa massimu ta’ 10% tas-salarju. Uffiċjal ieħor għandu il-kariga ta’ Project Co-ordinator u dan għandu kuntratt għal sena ma’ din il-Unit. Huwa għandu salarju ta’ Lm8,595 barra car allowance ta’ Lm400, użu ta’ mobile phone sa massimu ta’ Lm200 u access għall-internet sa massimu ta’ Lm200. Il-post għandu marbut miegħu ukoll Performance Bonus sa massimu ta’ 10% tas-salarju. Fi ħdan il-Unit hemm żewġ uffiċjali oħra li huma sekondati mill-ADT u mis-Servizz Pubbliku rispettivament. Il-kundizzjonijiet ta’ l-ingaġġ tagħhom ghadhom mhux konklużi.

Uffiċjali fl-ADT — Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport li jgawdu mill-benefiċċju ta' linja fissa tat-telefon fid-dar billi għas-servizz qed tħallas l-istess Awtorita'? Jista' jgħid ukoll x'kienu l-ħlasijiet li saru fir-rigward ta' kull uffiċjal f'kontijiet tat-telefon fid-dar matul l-2006 u fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma l-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni għal din il-mistoqsija hija din li ġejja: Kariga ta’ l-ufficjal Ammont mhallas fl-2006 Ammont mhallas ghall-perjodu ta Jannar u Gunju 2007 Konsulent – Transport Strategy Lm110.05 Lm39.55 Konsulent – Traffic Managment Lm231.80 Lm114.83 Manager – PTD Lm238.83 terminat Direttur – LTD Lm117.54 Lm33.62 terminat Manager – HR Lm 65.23 terminat(sal-5/04/06) Konsulent – LTD Lm108.35 terminat(sal-1/07/06) Direttur – PTD (issa LTD) Lm261.71 Lm147.52 Deputy CEO Lm263.83 Lm427.30 Head – TMD Lm378.31 Lm270.53 Financial Controller Lm222.93 Lm96.76 Chairman Lm100.32 CEO Lm279.76 Lm59.81

Pont ta' Regional Road

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beda x-xogħol fuq il-pont ta' Regional Road? Jista' jgħid kemm-il rapport sar u ġie sottomess lilu jew lill-Awtorita' dwar it-Trasport mill-perit privat li ngħata l-kuntratt mill-istess Awtorita' biex jagħmel is-superviżjoni tax-xogħol? X'inhi r-raġuni li fil-prattika din is-superviżjoni qiegħda ssir mill-periti ta' l-istess Awtorita' u mhux minn dan il-perit privat?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq il-Pont Manwel Dimech beda f’Ottubru tal-2006. Il-Periti li qed jagħmlu supervizjoni fuq dan ix-xogħol ħejjew diversi rapporti kemm qabel ma ħareġ it-tender f’dak li għandu x’jaqsam dizinn u struttura u meta bdiet il-kostruzzjoni ħejjew diversi rapporti oħra li għandu x’jaqsmu mas-superviżjoni tat-twettieq tax-xogħol. L-Awtorita tat-Trasport tassigura li din is-supervizjoni tkun qed issir billi għandha personnel minn taghħa izuru s-sit tal-kostruzzjoni u jaraw illi kemm il-kuntrattur u s-supervizuri qegħdin jaqdu d-doveri kontrattwali tagħhom. Is-supervizjoni li jagħmel il-Perit li ngħata l-inkarigu ta’ Supervisor fuq ix-xogħol tal-Pont Manwel Dimech, hija aktar intensa mis-supervizjoni li tagħmel l-Awtorita f’dak li għandu x’jaqsam progress, kwalita, dettalji tekniċi u affarijiet oħra hekk kif jistipula il-kuntratt li l-istess Perit għandu mal-Awtorita tat-Trasport.

Karigi fid-dipartimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega kif diversi kapijiet tas-Segretarjati tal-Ministri ngħataw kariga fi Grad 4, li hi ekwivalenti għal dik ta' kap ta' dipartiment u direttur? Kif wieħed jispjega li fost dawn kien hemm min lanqas huwa fis-servizz ċivili u allura ħadu post a skapitu tan-nies taċ-ċivil? Il-Public Service Commission ħarġet sejħa għal dawn il-karigi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riżultat ta’ policy approvata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, Kapijiet tas-Segretarjati tal-Ministri/Segretarji Parlamentari li huma uffiċjali pubbliċi u li jkunu f’din il-kariga f’livell ta’ responsabbilità paragonabbli ma’ Skala ta’ Salarju 4 għall-perjodu ta’ sitt snin jinħatru fil-grad ta’ ‘Officer in Grade 4’ fuq rakkomandazzjoni ta’ l-istess Kummissjoni skond kif jesiġi l-Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni. Niċċara li din il-policy tapplika biss għall-Kapijiet tas-Segretarjati ta’ Ministri/Segretarji Parlamentari li huma uffiċjali pubbliċi. Il-kariga ta’ Kap ta’ Segretarjat ta’ Ministru/Segretarji Parlamentari timtela skond il-linji gwidi intitolati ‘Engagement of Staff for Ministers’ Secretariat’ bid-data tat-12 ta’ Mejju 2003 li tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.

Associate Professor

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija fit-3 ta' Lulju, 2007, għall-mistoqsija parlamentari tiegħi 26976, dwar applikazzjonijiet u ħatriet għall-post ta' associate professor fl-Universita' ta' Malta, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti din l-informazzjoni addizjonali, li parti minnha kienet diġa' inkluża fil-mistoqsija oriġinali imma naqset mill tidher fit-tweġiba tat-3 ta' Lulju: 1. id-data li fiha l-Association of Commonwealth Universities bagħtet il-materjal ta' kull applikant għall-post ta' Associate Professor għand ir-referees tagħha 2. id-data wara Settembru 2006, li l-Peer Assessment mill-ACU ta' kull applikant għall-post ta' Associate Professor wasal l-Universita' ta' Malta, inkluż lista ta' dawk li l-Peer Assessment tagħhom għadu ma wasalx 3. id-data li kull min kellu Peer Assessment mill-ACU komplut, irċieva avviż dwar l-andament ta' l-applikazzjoni tiegħu/tagħha mill-Universita' ta' Malta 4. ir-raġuni għaliex l-ACU ma bagħtet ebda Peer Assessment lill-Universita' ta' Malta qabel Settembru 2006 5. għal liema raġuni hemm differenza bejn applikanti fid-dewmin (speed) li l-materjal tagħhom intbagħat lill-ACU wara l-applikazzjoni tagħhom? 6. min kienu l-membri tal-Promotions Board minn Mejju 2004 sa Ġunju 2006? 7. min huma l-membri tal-Promotions Board minn Settembru 2006 sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi tagħrif fuq il-Mejda tal-Kamra dwar applikazzjonijiet (mingħajr l-isem minħabba protezzjoni ta' informazzjoni personali) għall-promozzjoni għall-associate professor, id-data tal-jum meta l-Universita' irċeviet l-applikazzjoni, u d-data li fiha l-pubblikazzjonijiet u l-materjal relatat intbagħtu lill-ACU. Informat li l-Universita' ma rċeviet l-ebda 'peer assessment' mill-ACU qabel Settembru 2006 u minn dak iz-zmien 'l hawn ħadmet biex tipproċessa l-applikazzjonijiet ta' kandidati hekk kif il-'peer assessment' tagħhom bdew jaslu. Fuq bazi ta' dan 19-il kandidat ġew appuntati Associate Professors. Hemm xi wħud mill-kandidati l-oħra li għadhom qed jiġu kkunsidrati mill-Bord.

Membri li jokkupaw kariga fil-PN

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #26813 Sitting 546 2007-07-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Membri li jokkupaw kariga fil-PN

Question

Tista' l-Ministru tgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tagħha, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Membri li jokkupaw kariga fil-PN

Question

Tista' l-Ministru tgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tagħha, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Universita' ta' Malta — Associate Professor

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26779 u 26703 u jagħti lista ta' min applika għall-post ta' associate professor fl-Universita' ta' Malta minn Jannar 2004 'il quddiem u jgħid f'kull każ: 1) id-data tal-ġurnata meta l-Universita' rċeviet l-applikazzjoni; 2) id-data li fiha l-pubblikazzjonijiet u materjal relatati ma' l-applikant intbagħtu mill-Universita' ta' Malta lill-Association of Commonwealth Universities f'Londra; 3) id-data li fiha l-Association of Commonwealth Universities bagħtet il-materjal għand ir-referees tagħha; 4) id-data li fiha l-Universita' ta' Malta rċeviet ir-risposta dwar l-applikazzjoni; 5) id-data li fiha kull applikant irċieva avviż dwar l-andament ta' l-applikazzjoni tiegħu/tagħha?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi tagħrif fuq il-Mejda tal-Kamra li jirraprezenta elenku ta' applikazzjonijiet (mingħajr l-isem minħabba protezzjoni ta' informazzjoni personali) għall-promozzjoni għall-associate professor, id-data tal-jum meta l-Universita' irċeviet l-applikazzjoni, u d-data li fiha l-pubblikazzjonijiet u l-materjal relatat intbagħtu lill-ACU. Informat li l-Universita' ma rċeviet l-ebda 'peer assessment' mill-ACU qabel Settembru 2006 u minn dak iz-zmien 'l hawn ħadmet biex tipproċessa l-applikazzjonijiet ta' kandidati hekk kif il-'peer assessment' tagħhom bdew jaslu. Fuq bazi ta' dan 19-il kandidat ġew appuntati Associate Professors. Hemm xi wħud mill-kandidati l-oħra li għadhom qed jiġu kkunsidrati mill-Bord.
Leg 10 PQ #26805 Sitting 545 2007-07-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Membri li jokkupaw kariga fil-PN

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Membri li jokkupaw kariga fil-PN

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għada qed tingabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Membri li jokkupaw kariga fil-PN

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.