Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29539 u jgħid min huma dawk il-membri tal-bord ta' l-ADT u membri għoljin tal-management li huma ntitolati għal servizz ta' mobile phone u linja fissa tat-telefon b'xejn billi hu mħallas għalihom mill-istess Awtorita'? Jista' jgħid ukoll x'kien l-ammont imħallas fir-rigward ta' kull uffiċjal f'kontijiet ta' mobile telephone u linja fissa separatament matul 2007?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta' l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29540 u jgħid min huma dawk l-uffiċjali għolja ta' l-ADT sal-kariga ta' manager, li huma ntitolati għal karozza u fuel b'xejn? Jista' jgħid x'kienet n-nefqa fi fuel għal kull uffiċjal minn dawn f'kull xahar matul 2007?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta' l-uffiċjali li huma ntitolati għal karrozza u fuel b'xejn.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29541 u jgħid jekk ħax passi biex jiġu nvestigati rapporti fil-media lokali dwar abbużi fl-użu ta' fuel minn uffiċjali ta' l-ADT matul is-sena li għaddiet? Jekk saret investigazzjonijiet, jista' jgħid x'irriżulta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Onorevoli Membru huwa mitlub jgħidilna għal liema rapporti fil-media qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29543 u jgħid meta ġie ngaġġat mal-ADT d-Direttur responsabbli mid-Direttorat tat-Trasport Pubbliku u b'liema salarju u kundizzjonijiet? Jikkonferma li din il-persuna kienet l-Assistent Segretarju tiegħu fil-ministeru? Jista' jgħid kemm-il darba siefer dan d-Direttur kemm ilu f'din l-kariga, għal liema raġuni siefer, kemm-il ġurnata dam barra u kemm swiet lill-Awtorita' kull żjara? X'inkiseb għall-Awtorita' minn dawn iż-żjarat?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li id-Direttur responsabbli mid-Direttorat tat-Trasport Pubbliku ġie mpjegat ma’ l-Awtorita` dwar it-Trasport ta’ Malta fis-27 ta’ Awissu 2007 b’salarju ta’ Lm13,000 (Eur 30,281.85) fis-sena, allowance għall-użu tal-karozza ta’ Lm5 (Eur 11.65) kulljum, telefon ċellulari (għall-użu ta’ l-uffiċċju biss), linja tat-telefon u internet għar-residenza personali mħallsin mill-ADT.
Iż-żjarat li wettaq id-Direttur tat-Trasport Pubbliku kienu relatati ma’ l-applikażżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Servizzi Pubbliċi tat-Trasport tal-Passiġġieri bil-Ferrovija u bit-Triq.
Dan ir-Regolament jitratta l-ogħti ta’ kuntratti fil-qasam tat-trasport pubbliku u l-parteċipażżjoni ta’ l-Awtorita` f’dawn il-laqgħat kienet ta’ siwi għan-negożjati li għaddejjin bħalissa bejn l-Awtorita` u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku dwar ir-riforma fit-trasport pubbliku, liema riforma għandha bħala komponent integrali fiha l-qafas kuntrattwali li jrid jiġi stabbilit bejn l-Awtorita` u l-operatur tat-trasport pubbliku.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27133 u jgħid meta kien ingaġġat oriġinarjament ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport u f'liema kariga l-Assistent Personali taċ-Chief Executive? X'kien is-salarju li beda bih? Jista' jgħid x'karigi okkupa minn dak inhar 'l hawn u x'kien is-salarju li kellu li beda bih f'kull kariga? Jista' jgħid ukoll x'salarju, allowances u benefiċċji oħra li għandu llum, meta ngħatawlu u min approvahom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Assistant Personali tal-Kap Ezekuttiv fi ħdan l-Awtorita` dwar it-Trasport ta’ Malta ġie nġaġġat fis-6 ta’ Jannar 2004 fil-kapaċita` ta’ Accountant / Internal Auditor b’salarju ta’ Lm9,621 fis-sena.
Fl-1 ta’ Lulju 2005 ġie maħtur bħala
Personal Assistant Special Projects
b’żieda fis-salarju ta’ Lm50 fix-xahar f’għeluq it-tlett xhur taż-żmien ta’ prova, u Lm5 allowance għall-użu tal-karozza kulljum.
Fis-6 ta’ Jannar 2007 ġie mġedded il-Kuntratt ta’ Impjieg bl-istess inkarigu u b’salarju ta’ Lm13,000 fis-sena, Lm5 allowance għall-użu tal-karozza, mobile cellulari, u
internet connection
għar-residenza personali. L-impjegat huwa intitolat ukoll għall-
performance bonus
ta’ bejn 0% u 15% tas-salarju fis-sena.
Dawn il-kundiżżjonijiet ġew approvati mill-Kap Ezekuttiv ta’ l-Awtorita` dwar it-Trasport ta’ Malta.
Jikkonferma l-Ministru li l-Assistent Personali tiegħu attwali ġie impjegat ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport? Jekk dan hu l-każ, jista' jgħid meta sar dan l-ingaġġ, xi proċedura ntużat, f'liema kariga ġie ngaġġat, b'liema salarju u kundizzjonijiet oħra?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-Assistant Personali ġie impjegat ma’ l-Awtorita` dwar it-Trasport ta’ Malta fil-25 ta’ Lulju 2006 fil-kariga ta’ Manager. Is-salarju u beneffiċji oħra li huwa ntitolat għalihom huma konformi mal-grad tiegħu skond il-proviżżjonijiet tal-Att dwar l-Awtorita dwar it-Trasport ta’ Malta.
Il-persuna konċernata kienet xeħtet applikażżjoni għal impjieg ma’ l-Awtorita wara sejħa pubblika għall-mili ta’ vakanza. Fid-dawl tal-kwalifiki, ħiliet, u esperjenza tiegħu, l-Awtorita offrietlu il-pożizzjoni ta’ Change Manager - Public Transport Reform.
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-membri tal-bord ta 'l-ADT u membri għoljin tal-management li huma ntitolati għal servizz ta' mobile phone u linja fissa tat-telefon b'xejn billi hu mħallas għalihom mill-istess Awtorita'? Jista' jgħid ukoll x'kien l-ammont imħallas fir-rigward ta' kull uffiċjal f'kontijiet ta' mobile telephone u linja fissa separatament matul 2007?
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-uffiċjali għolja ta' l-ADT sal-kariga ta' manager, li huma ntitolati għal karozza u fuel b'xejn? Jista' jgħid x'kienet n-nefqa fi fuel għal kull uffiċjal minn dawn f'kull xahar matul 2007?
Jista' l-Ministru jgħid meta ġie ngaġġat mal-ADT d-Direttur responsabbli mid-Direttorat tat-Trasport Pubbliku u b'liema salarju u kundizzjonijiet? Jikkonferma li din il-persuna kienet l-Assistent Segretarju tiegħu fil-ministeru? Jista' jgħid kemm-il darba siefer dan d-Direttur kemm ilu f'din l-kariga, għal liema raġuni siefer, kemm-il ġurnata dam barra u kemm swiet lill-Awtorita' kull żjara? X'inkiseb għall-Awtorita' minn dawn iż-żjarat?
Jista' l-Prim Ministru jgħidli jekk meta impjegat tal-gvern jingħata flus arretrati ta' diversi snin għall-promozzjoni li jkun ħa b'lura, għall-fini ta' taxxa fuq id-dħul, dawn l-arretrati jitqiesux kollha bħala dħul f'sena waħda jew jitqassmu fuq is-snin minn meta tkun ingħatat il-promozzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi meta mpjegat jingħata flus arretrati għal promozzjoni li jkun ħa b’lura, għall-fini tat-taxxa fuq l-income l-arretrati jitqiesu bħala dħul f’dik is-sena li l-impjegat jirċevihom.
Jista' l-Prim Ministru jgħidli jekk meta impjegat tal-gvern jingħata flus arretrati ta' diversi snin għall-promozzjoni li jkun ħa b'lura, għall-fini ta' taxxa fuq id-dħul, dawn l-arretrati jitqiesux kollha bħala dħul f'sena waħda jew jitqassmu fuq is-snin minn meta tkun ingħatat il-promozzjoni?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li titniedi skema biex jinfeda "ċens perpetwu rivedibbli" għal min iħallas l-istess ċens lill-uffiċċju konġunt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-proposta mressqa mill-Onorevoli Interpellant diġa' qiegħda tiġi studjata.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni li qed jitħallsu mill-Kordin Grain Terminal Co. Ltd.? X'inhi l-kariga ta' kull individwu u x'salarji u benefiċċji jgawdi kull wieħed minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-lista tal-impjegati ta' Kordin Grain Terminal, bis-salarji tagħhom.
L-impjegati kollha ta' KGT bħala benefiċċju għandhom Medical Insurance.
Jista' l-Ministru jagħti lista tas-safar li sar f'dawn l-aħħar tmien snin miċ-chairman u kull individwu ieħor konness mal-Kordin Grain Terminal Co. Ltd.? Jista' jgħid f'liema pajjiżi sar is-safar u kemm ġiet tiswa kull safra? Jista' jgħid jekk jintbgħatx rapport ta' kull mawra barra lill-MIMCOL?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Billi l-Kordin Grain Terminal ġie mibni bil-ħsieb li jintuża għat-transhipment tal-qmuħ, jista' l-Ministru jgħid xi kwantitajiet ta' qmuħ ġew maħżuna kull sena dawn l-aħħar tmien snin għal dan l-iskop?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dawn l-ahhar tmien snin ġewwa Kordin Grain Terminal ġew maħżuna għat-transhipment tal-qmuħ,
dawn l-ammonti kull sena :
Sena Kwantita
metric tonnes
2000 8,078.120
2001 25,468.190
2002 29,474.285
2003 94,544.435
2004 6,585.000 (fire incident at KGT)
2005 39,358.920
2006 12,444.880
2007 65,454.855 (1 Jan to 21 October 2007)
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bord tal-Kordin Grain Terminal Co. Ltd., qattx ikkunsidra li jkun ta' benefiċċju għal pajjiżna li jsir hedging with future contracts għall-qmuħ li nimpurtaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kordin Grain Terminal la jixtri u lanqas jimporta qmuħ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-MIMCOL qattx ġibdet l-attenzjoni tiegħu għal konflitt ta' interess li seta' kellu ċ-chairman tal-Kordin Grain Terminal Co. Ltd., billi kien ukoll iċ-chairman tal-Federated Mills Co. Ltd u kien jimporta u jbiegħ lill-kumpannija tiegħu innifsu għal tmien snin sħaħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MIMCOL qatt ma' ġibdet l-attenzjoni tiegħi fuq xi fatt simili probabli għaliex ma' hemm l-ebda konflitt ta' interess peress illi l-Kordin Grain Terminal, kontra għal dak li qed jallega l-Interpellant, la qatt biegħet u lanqas qatt ma xtrat ċereali.
Il-Federated Mills Plc, tixtri l-qamħ hi stess għaliha kif jagħmlu wkoll il-feed mills l-oħra ta' Malta.
Kull ma jsir mill-Kordin Grain Terminal hu li 'storage' ta' kull ċereali impurtat.
Jista' l-Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 26798.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ADT hux ser tieħu passi biex tirranġa l-ħsarat li saru fid-dar li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, liema ħsarat ġew ikkaġunati meta ġew eżegwiti xogħlijiet biex jinfetaħ passaġġ fi Triq il-Kbira Ħaż-Żebbuġ kif ikkonstata l-perit inkarigat mill-ADT li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li skond l-aħħar rapport tal-imsemmi Perit li jġib d-data tal-5 ta’ Frar 2004, ġie rrapurtat li ‘l-konsenturi msemmija m’humiex ta’ natura li jindikaw xi periklu’. Fit-8 ta’Awissu 2005 l-Awtorita’ reġgħet għamlet speżżjoni hi fl-imsemmi fond permeżż ta’ Field Officer tagħha u ħadet ukoll xi ritratti. L-ADT ser terġa’ tagħmel speżżjoni fuq il-post sabiex tara kienx hemm xi movimenti minn l-aħħar speżżjoni.