Awtorità dwar it-trasport — Enforcement Units - overtime
Question
Jista' l-Ministru jinfurmana bl-ammont ta' overtime li sar mill-Enforcement Unit tal-Awtorità dwar it-Trasport bejn Jannar u Diċembru 2008? Jista' dan l-ammont jinqasam fi tliet kategoriji, jiġifieri l-overtime li sar mill-Enforcement Officers li jagħmlu testijiet tar-roadside, l-overtime li sar mill-Enforcement Officer responsabbli minn il-karozzi bi pjanċi ta' barra minn Malta (liema unit kien jikkonsisti għall-parti kbira tas-sena minn Enforcement Officer wieħed u l-overtime l-ieħor li sar mill-bqija tal-Enforcement Officers?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni dwar liema kriterju intuża sabiex jintgħażel l-Enforcement Officer sabiex jaħdem is-sena kollha bħala fixed point ġewwa l-Belt Valletta? Jista' jinfurmana wkoll jekk l-istess Enforcement Officer intgħażilx li jaħdem fixed point minħabba xogħol ieħor li l-istess persuna jagħmel ġewwa l-Belt stess, fejn dan jiftaħ u jagħlaq l-bollards tal-Belt? Dan ix-xogħol tal-ftuħ u għeluq ta' bollards jitħallas mill-Awtorità dwar it-Trasport stess jew inkella minn xi kuntrattur apparti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT tassenja x-xogħol t'infurzar lill-uffiċjali tagħha skond l-esiġenzi tas-servizz u l-kwalitajiet ta' l-uffiċjal ikkonċernat. Ninsab infurmat li skond l-ADT dan japplika wkoll għall-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jinfurmani jekk ittieħdux passi fir-rigward ta' Enforcement Officer li kontrih saru akkużi li kien qed jagħmel użu ta' alcohol waqt il-qadi ta' dmirijietu? Jekk fl-affermattiv, jista' jinfurmana xi proċeduri ttieħdu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita dwar it-Trasport għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ.
Awtorità dwar it-Trasport — Għoti ta' cheque lil persuna
Question
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni taċ-cheque li nħareġ mill-Awtorità dwar it-Trasport f'isem persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, liema cheque jammonta għal €34,950 wara li din il-persuna ġiet imġiegħla toħroġ on forced leave mill-uffiċjali stess tal-Awtorità dwar it-Trasport?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sar il-ħlas li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant lill-persuna li qed jindika. Dan il-ħlas kien part minn ftehim ta' terminazzjoni t'impjieg bejn l-Awtorita' u l-persuna kkonċernata.
Jista' l-Ministru jara li arbli tad-dawl imsadda u bla użu u wires tad-dawl wkoll bla użu jitneħħew minn Triq l-Isqajjaq, Tarxien peress li qegħdin ikerrħu l-ambjent u huma bla użu?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jgħid mingħand min inkrew l-antarjoli tal-Floriana, Triq ir-Repubblika, Valletta u bnadi oħra, biex magħhom ġew imtellgħin il-bandieri ta' Malta u tar-Repubblika taċ-Ċina u kemm kienet l'ispiża?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li għaż-żjara tal-President tar-Repubblika taċ-Ċina f'Malta ġew imwaħħla 103 arbli f'roundabouts f'Ħal Luqa, Marsa, Blata l-Bajda u Żebbuġ u fi Triq ir-Repubblika Valletta. Dawn l-arbli huma propjeta' tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent u twaħħlu min-nies tad-Dipartiment stess.
Barra minn dawn inkrew 14-il arblu mill-Għaqda ta' l-Armar tal-Birgu, li twaħħlu ħdejn il-monument tal-Gwerra fil-Furjana. Dawn inkrew għas-somma ta' Lm84.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol fuq triq St. Rita, B'Kara ġie mwaqqaf wara daqstant snin li r-residenti ilhom jistennew biex din it-triq titranġa għaliex tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li x-xogħol ta' tqegħid ta' servizzi fi Triq Santa Rita beda' u x-xogħol fit-triq ser ikompli meta dan jitlesta'.
Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet biex Triq tal-Qattus, Birkirkara, tiġi rranġata billi din it-triq tinsab fi stat ħażin ħafna u qiegħda tkun ta' inkonvenjent għar-residenti u dawk li jużawha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħolijiet fil-lokal qed isiru f` toroq Pawlu Borg Olivier, n/s fi Triq Pawlu Borg Olivier u parti minn Triq Vilhena, u dawn ser jinkludu ukoll Triq tal-Qattus, Triq iż-Żernieq u Triq Ġanni Vella.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew awarded tenders għal xogħol ta' toroq matul is-sena 1999 u s-sena 2000 sa Ottubru? Kemm kien il-valur sena b'sena? Lil min ingħataw il-kuntratti? Kemm kien il-valur li ħa kull kuntrattur?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fl-1999 ingħataw 69 il-kuntratt li jammontaw għal Lm4,309,291.76c, filwaqt li fl-2000 s'issa ingħataw 94 kuntratt li jammontaw għal Lm1,979,467.27c.
Jien infurmat ukoll li fil-preżent hemm 14 il-tender li huma stmati li jiswew 7.9 miljun Lira Maltin li qegħdin fil-proċess ta' l-aġġudikazzjoni u 6 oħra li t-tendering period ser jagħlaq f'Ottubru u Novembru.
Id-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet Triq Dun Vincent Saliba ta' Tal-Qattus, Birkirkara u jekk hux se titkompla bit-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-kuntratt biex tiġi ffurmata Triq Dun Vincent Saliba ngħata fis-16 ta' Frar, 2000. Meta nbeda x-xoħol nstab li f'xi partijiet l-iżviluppaturi ma kienux nadfu t-triq mill-ħamrija kollha meta dawn kienu għamlu l-bini fiha u għalhekk qed isiru testijiet biex jiġi stabbilit jekk l-art hiex tajba biex tinbena t-triq fuqha. Hemm ukoll medda tad-dranaġġ li trid titbaxxa għall-livel adekwat.
Fl-aħħar nett irid jissemma wkoll illi saru kostruzzjonijiet mill-privat li joħorġu l-barra mill-linja tal-bini u li d-Dipartiment qed jistenna konferma mingħand il-perit privat li kien responsabbli tal-kostruzzjoni li din tiflah għall-piżijiet tat-traffiku. Malli dawn il-punti jiġu ċċarati x-xogħol ikun jista' jitlesta.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 16566 (5.6.2000), jista' l-Ministru jagħti risposta għat-tieni parti tad-domanda rigward il-karozzi l-ġodda?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li l-Onorevoli Interpellant fil-mistoqsija li ghaliha qed jirreferi, fil-fatt ghamel hames mistoqsijiet. It-tieni mistoqsija kienet dwar jekk il-Ministru jafx li ittiehdet decizjoni biex jinxtraw karozzi ghall-uzu tal-managers ta` l-M.I.A. Jiena nfurmat li d-decizjoni kienet li ma jinxtrawx karozzi godda izda li jinkrew. Intenni li ma sar ebda overhaul lill-karozzi l-qodma. Id-decizjoni li jinbidlu l-karozzi ittiehdet mill-Bord tad-Diretturi, u l-karozzi ntghazlu wara li saret sejha ghall-offerti li dehret fil-gazzetti.
Wara r-risposta għad-domanda numru 13651 f'seduta numru 235 tas-7 ta' Frar,2000, jista' l-Ministru jispjega għaliex il-karozzi tal-MIA għall-użu tal-managers issa saritilhom overhaul sħiħ?
Jaf il-Ministru li diġa' ttieħdet deċiżjoni biex jinxtraw karozzi ġodda?
Jista' jgħid kemm hi s-somma allokata biex jinxtraw dawn il-karozzi ġodda?
Jekk dan huwa kif indikat, jista' jgħid x'se jsir mill-karozzi l-qodma?
Jista' l-Ministru jagħtina informazzjoni dettaljata dwar u meta nħarġu ż-żewġ ordnijiet biex issir l-overhaul u dik biex jinxtraw il-karozzi ġodda?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li ma saret ebda overhaul fuq il-karozzi ta` l-Ajruport Internazzjonali ta` Malta li jintuzaw mill-management. Ghaldaqstant il-biza` li ghandu l-Onorevoli Interpellant li setghu intefqu xi flus fuq overhaul ta` karozzi meta ser jinbidlu mhix ibbazata fuq fatti.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex inżamm il-permess tan-nar tal-festa ta' Sant'Antnin, B'Kara li sejra ssir nhar il-Ħadd 28/5/2000 u l-festa tibda fit-22/5/2000 meta l-permessi mitluba saru kollha skond kif titlob il-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant ġew ippreżentati lill-Pulizija nhar il-Ġimgħa 12 ta` Mejju 2000 u għadhom qed jiġu pproċessati.
Ninsab infurmat ukoll li peress li s-sena l-oħra kien hemm ilmenti dwar il-ħruq tan-nar mill-postijiet minn fejn qed ikun propost li jkun maħruq in-nar, intalab il-parir tal-grupp ta` esperti dwar l-applikazzjonijiet imsemmija kif stipulat fir-regolamenti 15 u 16 ta` l-Avviż Legali 243 ta` l-1998 u skond kif ġie rakkomandat mill-Ombudsman is-sena l-oħra f`każijiet simili. Il-permessi joħorġu wara r-rakkomandazzjoni ta` dan il-grupp.
B'riferenza għal TV reception, bosta nies kienu qed jiġu moqdija minn booster li kien hemm fuq l-iskola tan-Naxxar, liema booster issa ġie mneħħi u qiegħed iservi ta' inkonvenjent għal ħafna nies, speċjalment mil-lokal ta' B'Kara, li kienu jinqdew bih, jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb jew li jerġa' jsir, jew inkella li ssir xi ħaġa floku, minħabba li dawn in-nies se jkollhom jidħlu fi spejjeż żejda biex jirċievu l-istazzjonijiet li kellhom qabel?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant jaghmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġuni ċertu impjegati bħala attendants/xufiera, li xogħolhom normalment ikunu assenjati sabiex iwasslu lill-VVIPs sa l-ajruplan bħal fil-każ tal-President jew tal-Prim Ministru, dawn ma jkunux fdati bit-trasport tagħhom u għalhekk dmirijiethom jiġu assenjati lill-attendants oħra? Jaf il-Ministru li dan qiegħed isir fuq ordni taċ-chairman u din b'diskriminazzjoni sfaċċata?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ix-xoghol li jinghata lill-impjegati ta` l-M.I.A. skond il-grad taghhom hija prerogattiva tal-Kumpanija bhalma kienet fil-passat, anke meta l-Onorevoli Interpellant kien responsabbli mill-M.I.A.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk is-servizz ta' AFTN hux qiegħed jiġi operat mill-MIA u jekk il-kumpannija tagħtix ukoll servizz lil ħaddieħor ġewwa l-ajruport? Jista' jgħid lil min jingħata dan is-servizz? Veru li dan l-aħħar l-AFTN kien nieqes mill-uffiċċji tad-DCA?
Response (BONNICI, JOSEF)
Is-sistema ta` l-AFTN hija operata mill-M.I.A. u taqa` taht ir-responsabbilta` taghha. L-M.I.A. taghti servizz ta` l-AFTN lil entitajiet ohra bhall-Air Malta u d-Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Civili. F`Jannar ta` din is-sena, it-terminal ta` l-AFTN, uzat mid-Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Civili, kellu xi hsara. Biex tissewwa din il-hsara jinhtiegu xi `spare parts` u sakemm jaslu l-M.I.A. ghamlet arrangamenti alternattivi biex id-Dipartiment imsemmi xorta wahda jibqa` jircievi l-messaggi li kien jircievi fuq it-terminal tieghu ta` l-AFTN. Dan ifisser li minkejja din il-hsara d-Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Civili xorta baqa` jinqeda.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni lil din il-Kamra liema xogħol għamlet il-kumpannija Shireburn fl-MIA? Kemm tħallset għal dan ix-xogħol għas-snin 1998, 1999 rispettivament?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba hija ta` natura kummercjali u ghalhekk ma tkunx haga ragjonevoli li din issir pubblika.
Jista' l-Ministru jgħid f'każ ta' privitizzazzjoni ta' l-MIA, x'persentaġġ huwa indikat li jibqa' f'idejn il-gvern, u x'forma ta' ishma u x'valur beħsiebu joħroġ favur ta' l-impjegati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Inserrah ras l-Onorevoli Interpellant li jekk issir il-privatizzazzjoni ta` l-M.I.A., kemm l-impjegati ta` l-azjenda kif ukoll il-pubbliku in generali jinghataw l-informazzjoni mehtiega fil-hin opportun.