Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #26830 Sitting 422 2016-07-25 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Environmental Health Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux vakanzi għall-grad ta' Environmental Health Officers fid-Dipartiment tas-Saħħa? Jekk fl-affermattiv, kemm hemm vakanzi? Meta hemm il-ħsieb li tinħareġ sejħa għall-applikazzjonijiet biex dawn il-vakanzi jiġu mimlija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 26686.

Post ta’ kuntistabbli — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet għall-post ta’ kuntistabbli? Kemm hu previst in-numru ta’ vakanzi għal dan il-post? Jista’ jgħid jekk saritx l-għażla finali? U finalment, meta huwa previst li jibda l-kors għal dawk magħżula?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta' applikanti għall-post ta' kuntistabbli, kien ta' mitejn u wieħed u ħamsin (251). L-għażla finali saret u minn dawn mija u tmienja u għoxrin (128) rekluta intagħżlu. Il-kors tal-istess rekluti beda nhar il-Ħamis, 14 ta' Lulju 2016.
Leg 12 PQ #25400 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enemalta — Bord tal-Ilmenti - ilmenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il ilment irċieva l-Bord tal-Ilmenti tal-Enemalta mwaqqaf skont Ċirkulari tal-Enemalta Nru. 60/2014? Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dan il-Bord ikkonkludiex ix-xogħol tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid meta dan il-Bord ippreżenta r-rakkomandazzjonijiet finali tiegħu lill-Bord tad-Diretturi tal-Enemalta, u jekk dawn ir-rakkomandazzjonijiet bdewx jiġu mplimentati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li b’rabta ma’ Ċirkulari tal-Enemalta Numru 60/2014, il-Bord tal-Ilmenti rċieva 131 (mija, wieħed u tletin) ilment. Il-proċess qiegħed fi stadju finali.

Ftehim Kollettiv – ex ħaddiema pensjonanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ftehim kollettiv ġie rreġistrat mal-Ministeru tiegħu, sena b’sena, għall-perjodu tas-snin mill-2010 sal-2015 u ta’ liema kumpaniji kienu? Jista’ jgħid ta’ liema kumpaniji indikati, l-ex ħaddiema li huma pensjonanti, kellhom il-pensjoni tagħhom aġġustata riżultat ta’ dawn il-ftehim? Jista’ jagħti indikazzjoni meta l-ex ħaddiema pensjonanti l-oħra se jkollhom il-pensjoni tagħhom aġġustata?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-2010 u l-2015 ġew reġistrati 39 ftehim kollettiv mad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – Grievance Committee

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Grievance Committee tal-Ministeru tiegħu lestiex ix-xogħol tiegħu fir-rigward tal-Grievances imressqaamill-membri tal-Korp tal-Pulizija? Jista’ jagħti informazzjoni kemm kien in-numru ta’ dawn il-petizzjonijiet? Jista’ jagħti informazzjoni dwar in-numru u n-natura tal-petizzjonijiet milqugħa? Jista’ jgħid meta l-Korp attwa jew meta se jattwa dawn ir-rakkomandazzjonijiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li il-Grievance Committee tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali lesta x-xogħol tiegħu fir-rigward tal-Grievances imressqa mill-membri tal-Korp tal-Pulizija. B’kollox kien hemm 81 pettizjoni mressqa mill-membri tal-Korp tal-Pulizija. Fosthom kien hemm 30 petizzjoni li ġiet milqugħa. In-Natura tal-petizzjonijiet milqugħa kienet kif imsemmija: Promozzjoni Kumpens Pensjoni Aġġustata Re-instatement 14 7 4 5 3 petizzjoni rigward Kumpens ġew attwati mil-Korp tal-Pulizija f’Awwissu u Novembru 2015. Il-Ministeru mhux f’pozizzjoni li jagħti data meta dawn ir-rakkomandazzjoni ser jigu attwati għaliex jiddependi minn entitajiet oħra li ma jaqgħux taħt l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.

Pulizija — Fond Ġenerali - awditjar

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 17688 u 20454, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi riżultat tal-verifika mid-Dipartiment għall-Awditjar u l-Investigazzjonijiet Interni (IAID)? Jekk kien hemm, jista’ jagħti informazzjoni dwar ir-riżultat ta’ din l-investigazzjoni? Tista’ tingħata l-informazzjoni jekk ittieħdux u/jew hux se jittieħdu xi passi fil-konfront ta’ dawk li kienu responsabbli mill-fond, għar-raġuni li qatt ma sar l-awditjar tal-fondi għal numru ta’ snin?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-investigazzjoni li qed issir mid-Dipartiment tal-Awditjar u l-Investigazzjonijiet Interni (IAID) għadha mhux konkluza. Wieħed irid jara x’se jkunu l-konkluzjonijiet ta’ din l-investigazzjoni qabel wieħed jieħu xi passi kontra xi ħadd.

Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta — fondi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta, qabel mal-pulizija ngħataw id-dritt li jissieħbu ma’ Trade Union tal-għażla tagħhom, kenitx iffinanzjata mill-Fond Ġenerali tal-Pulizija? Jekk fl-affermattiv, jista’ jingħata tagħrif dwar l-ammont ta’ flus li ngħatat din l-Assoċjazzjoni, sena b’sena, mis-sena 2000 sas-sena 2004? Jista’ jingħata tagħrif x’sar minn dawn il-flus, ladarba issa kull membru tal-Korp qed jeżerċita d-dritt għas-sħubija tiegħu fl-union tal-għażla tiegħu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi hu minnu li l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta, qabel mal-pulizija ngħataw id-dritt li jissieħbu ma’ Trade Union tal-għażla tagħhom, kienet tingħata l-ammont ta’ Euros 3.48 għal kull membru li kien iservi mill-Fond Ġenerali tal-Pulizija. Dan l-ammont hu għal kull tlett xhur. L-ammonti ezatti li ngħataw fil-perjodu indikat ma jistax jiġi stabilit, pero dan kien madwar elfejn u ħames mitt Euro kull tlett xhur. M’inhiex f’posizzjoni illi nagħti xi tagħrif dwar x’sar mill-flus li l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ingħatat fil-passat. Dan għaliex din kienet entita’ awtonoma mill-Korp. Malli l-Assoċjazzjoni rreġistrat ruħha bħala Union skont il-liġi, il-flus li kienet tinghata twaqqfu minnufih.

Pulizija — Fond Ġenerali - awditjar

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17688, jista’ l-Ministru jagħti aktar informazzjoni jekk kienx hemm xi riżultat mill-verifika tal-Internal Audit Investigations Directorate (IAID), u jekk kien hemm, x’irriżulta minn din l-investigazzjoni?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onoervoli Interpellant li ninsab infurmat li l-investigazzjoni tal-Internal Audit Investigations Directorate (IAID) għadha mhux konkluża.

Pulizija — Fond Ġenerali - awditjar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fih il-Fond Ġenerali tal-Pulizija u meta sar l-aħħar awditjar ta' dan il-Fond?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Fond Ġenerali tal-Pulizija fih bilanċ ta’ €8,282.73. Peress li jirri¿ulta li dan il-Fond ilu ma jiġi vverifikat mill-Awditur Ġenerali għal diversi snin u ma nstabx ħjiel jekk fil-fatt qatx ġie verifikat skont ir-regolament 12(4) tal-Avviż Legali 14/60 kif sussegwentament amendat. Il-Kummissarju kurrenti talab mal-ewwel lill-Awditur Ġenerali biex jagħmel verifika tal-fond in kwistjoni. Fil-fatt, bħalissa, il-Fond qed jiġi vverifikat mill-‘Internal Audit Investigations Directorate (IAID)’.

Birkirkara — Transport Malta - Triq Ċensu Costa - problema tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħierġa t-tender minn Transport Malta biex tiġi solvuta l-problema tal-ilma ta' Triq Ċensu Costa f'Birkirkara? Jista' jgħid għaliex qed iddum biex toħroġ it-tender meta minn informazzjoni l-perit ta' Transport Malta responsabbli minn Birkirkara ġa għamel l-istudju x'għandu jsir?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li Transport Malta tikkonferma li s-surveys tlestew u li issa qed jiġu ppreparati l-istima u t-tender għax-xogħlijiet meħtieġa.

Birkirkara Tennis Club — art

Question

Jista' l-Ministru jikkjarifika jekk il-Birkirkara Tennis Club fi Sqaq it-Tiġieġ, Triq Dun Karm, Birkirkara bypass, Birkirkara hux proprjetà ta' terzi persuna jew entità private, inkella meta ngħatat l-art biex tintuża għal dan il-kumpless ingħatatx għal skop preċiż u ċjoè dak pubbliku/soċjali? B'liema kundizzjonijiet kienet ingħatat din l-art?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt datat is-16 ta' Ġunju 2004 bejn il-Gvern u l-Birkirkara Tennis Club rigward l-art in kwistjoni
Leg 12 PQ #4611 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Birkirkara – Proprjetà ta’ klabb tat-tennis

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min hu inkarigat jikkjarifika jekk il-Birkirkara Tennis Club fi Sqaq it-Tiġieġ, Triq Dun Karm, fil-bypass ta’ Birkirkara, Birkirkara hux proprjetà ta' terzi persuna jew entità privata, inkella meta ngħatat l-art biex tintuża għal dan il-kumpless ingħatatx għal skop preċiż, u ċjoè dak pubbliku/soċjali? B'liema kundizzjonijiet kienet ingħatat din l-art?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Birkirkara Tennis Club ġie trasferit lill-Kunsill Malti għall-Isport permezz ta’ Avviż Legali 490/2010, u għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Membru jressaq id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Birkirkara — drenaġġ li jfur

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36623 u jgħid x'passi qed jieħu l-gvern biex jirranġa l-problema tad-drenaġġ li dejjem ifur għand in-nies meta tagħmel ix-xita fi Triq il-Kbira, Triq il-Vitorja u biswit il-Kappella ta' Sant'Antnin fl-istess inħawi, ġewwa Birkirkara?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-problema fis-sistema tad-drenaġġ f’dawn l-inħawi u f’postijiet oħra f’Malta u Għawdex ġejja min-numru kbir ta’ propjetajiet li għandhom is-sistema tal-ġbir tal-ilma tax-xita mill-bjut imqabda direttament mas-sistema tad-drenaġġ. F’dawn il-lokalitajiet imsemmija, instabu saħansitra xi kanali tat-toroq tax-xita ( rainwater culverts ) li jferrgħu fis-sistema tad-drenaġġ. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qiegħda f’kuntatt mal-Kunsill Lokali ta’ B’Kara biex dawn il-kanali ma jibqgħux iferrgħu kif qegħdin illum.

Birkirkara — drenaġġ li jfur

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36624 u jgħid x'passi qed jieħu l-gvern biex jirranġa l-problema tad-drenaġġ li jfur fit-toroq u saħansitra fid-djar tal-nies u l-ħwienet meta tagħmel ix-xita fi Triq il-Wied u Triq in-Naxxar, ġewwa Birkirkara?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 38548.

Malta International Airport — ħaddiema impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi u miżuri qed jieħu l-gvern għar-rigward dawk il-ħaddiema li fil-preżent huma impjegati mal-kumpanija Malta International Airport u li din se tkeċċi u/jew titrasferixxi ma' kumpanija privata? Kemm huma dawn il-ħaddiema li se jkunu trasferiti u f'liema dipartiment tal-Malta International Airport jaħdmu fil-preżent? Jista' jagħti l-informazzjoni preċiża għar-rigward il-proċess tat-trasferiment ta' dawn il-ħaddiema, l-involviment tal-gvern f'dan il-proċess u l-kundizzjonijiet li se jkunu offruti lilhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Malta International Airport

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jagħti informazzjoni preċiża għar-rigward tal-ftehim li kien sar mill-gvern fis-sena 2002 meta l-kumpanija MIA (Malta International Airport) ġiet mgħoddija lill-privat għar-rigward il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 38427.

Naxxar — Xogħlijiet fuq Triq il-Forġa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-problemi teknici li qed iżżommu milli titlesta Triq il-Forġa ġewwa n-Naxxar u kif u meta dawn se jkunu riżolti u t-triq tiġi asfaltata u titlesta biex jitneħħa l-inkonvenjent u l-periklu kbir għar-residenti u dawk kollha li jgħaddu minn din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hemm problema biex jinbeda x-xogħol fi Triq il-Forġa,, Naxxar minħabba l-fatt li t-triq mhix iffurmata sew u lanqas hija ffurmata l-wisgħa kollha. Huwa l-obbligu legali tas-sidien tal-proprjetajiet li jiffurmaw it-triq ta’ quddiemhom. Meta t-triq tkun iffurmata sew, il-Gvern Ċentrali għandu l-obbligu li jagħti l-wiċċ fuq din it-triq. Għaldaqstant, bħalissa hija r-responsabbilta` tas-sidien tal-art li jiffurmawha qabel ma jkun jista` jsir l-asfaltar minn Transport Malta.

MIA — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi u miżuri qed jieħu l-gvern għar-rigward dawk il-ħaddiema li fil-preżent huma impjegati mal-kumpanija MIA (Malta International Airport) u li din se tkeċċi u/jew titrasferixxi ma' kumpanija privata? Kemm huma dawn il-ħaddiema li se jkunu trasferiti u f'liema dipartiment tal-MIA jaħdmu fil-preżent? Jista' jagħti l-informazzjoni preċiża għar-rigward il-proċess tat-trasferiment ta' dawn il-ħaddiema, l-involviment tal-gvern f'dan il-proċess u l-kundizzjonijiet li se jkunu offruti lilhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

MIA — ftehim dwar kundizzjonijiet tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jagħti informazzjoni preċiża għar-rigward tal-ftehim li kien sar mill-gvern fis-sena 2002 meta l-kumpanija MIA (Malta International Airport) ġiet mgħoddija lill-privat għar-rigward il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Sezzjoni Ħaddiema tax-Xatt — xogħol li ngħata lill-privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol li kienu jagħmlu impjegati ta' Transport Malta mas-sezzjoni ħaddiema tax-Xatt (Port Work Scheme) ingħata lill-privat u qed jiswa lill-poplu eluf kbar ta' Euros meta kien hemm u għad hemm min hu kapaċi jagħmlu? Jista' jgħid jekk din il-manuvra saritx biex tingħata tender lill-persuna li diġà għandha monopolju ġewwa l-Freeport?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif spjegajt fir-risposta għal-mistoqsija Parlamentari parlamentari nru. 37217, Transport Malta preżentament għandha arranġament mal-Malta Dockers Union li qegħda tipprovdi kuljum tlett ħaddiema tal-port liċenzjati biex jassistu għall-funzjoni ta' Roster Keeping. Dan biex jiġi assigurat li ma jkunx hemm impatt fuq l-attivita` fil-portijiet Maltin. Ninsab infurmat li Transport Malta qegħdha tevalwa xi soluzzjonijiet fit-tul għal din is-sitwazzjoni u fosthom hemm il-possibilta` li dan ix-xogħol jiġi kuntrattat lil terzi wara li ssir sejħa pubblika għall-offerti. Ma hemm l-ebda manuvri fis-sens li qed jallega l-Onor. Interpellant.