Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29090 Sitting 639 2001-11-13 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu allowance varji mill-Ministeru/Dipartimenti lil impjegati matul din is-sena? Jista' wkoll jgħid grad grad min ibbenifika minn dawn l-allowance u kemm ħadu kull grad? X' tip t' allowance ħadu l-imsemmija impjegati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi rigward l-impjegati tal-Private Staff tal-Ministeru tiegħi, nirreferi għall-`Guidelines on the Engagement of Staff for Private Secretariates` illi kien poġġa fuq il-Medja tal-Kamra l-Prim Ministru. Fir-rigward tal-`allowance` ta` l-impjegati li jaqgħu taħt id-Dipartimenti tiegħi, qiegħed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba kif mibgħawta lili mid-Dipartimenti relattivi.
Leg 9 PQ #29109 Sitting 635 2001-11-07 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Postijiet Vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment? Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #29110 Sitting 635 2001-11-07 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Postijiet Vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment? Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-Ministeru u d-Dipartiment g[andu tmintax il-post vakanti biex jimtlew. Dawn huma GRAD NUMRU Segretarjat Personal Assistant to the Minister 1 Communications Co-Ordinator 1 Officers in the Secretariat Pool 1 Secretariat Messengers 1 Charwoman 2 Personal Driver/Security Officers 1 GRAD NUMRU Dipartiment Assistant Director 1 Senior Principal 2 Principal 1 Assistant Librarian 1 Assistant Principal 1 Officer in charge Minor Staff 1 Senior Tradesman 1 Technician (I.T.) 1 Gardener 1 Senior Messenger 1 Il-vakanzi li je]istu jimtlew skond l-esi;enzi tas-servizz.

Awtorita' tad-Djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid mid-diversi sussidji li joffri via l-Awtorita' tad-Djar, kemm il-flat, dar jew appartament ġew irranġati matul din is-sena? X' kienu s-sussidju li ġew mgħoddija lil dawn il-familji? X' kienet l-ispiża kollha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29148, l-Awtorita' tad-Djar tgħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta' Jannar 2001 sallum 430 applikant ibbenefikaw taħt diversi skemi ta' l-Awtorita' biex irranġaw ir-residenzi tagħhom. Ix-xogholijiet involuti f'dawn is-sussidji kienu is-segwenti: tiswijiet ta' strutturi perikolużi; il-bdil ta' stallazzjonijiet qodma ta' l-ilma u ta' l-elettriku; xogħolijiet ta' titjib fil-kamra tal-banju jekk din tkun taħt livell aċċettabbli jew fejn ma hemmx kamra tal-banju fil-post, għall-installazzjoni tal-kamra tal-banju; twaħħil ta' madum ta' l-art biex il-post jiġi rendut abitabbli; tiswijiet ta' sistema qadima tad-drenaġġ jew sostituzzjoni tagħha; it-tiswija tal-bibien ta' barra, ta' l-aperturi u ta' gallarijiet, skond il-każ, li jkunu taħt livell aċċettabbli; proviżjoni ta' water proofing għas-soqfa tad-dar; irranġar u xogħolijiet kontra l-umdita' bħala soluzzjoni permanenti sabiex jiġu eliminati problemi ta' umdita' f'ħitan fejn dawn jikkaġunaw inkonvenjenzi lill-okkupanti; bini ta' kamra/kmamar addizzjonali u/jew tibdiliet strutturali b'mod li r-residenza tkun aktar adekwata għall-bżonnijiet ta' l-applikant u l-familja tiegħu. L-ispiża kollha kienet tlaħħaq madwar Lm403,842.50.
Leg 9 PQ #29229 Sitting 635 2001-11-07 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Ajruplani Militari

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kemm ilhom li bdew l-attakki fuq l-Afganistan għaddewx ajruplani militari mill-ispazju ta' l-ajru Malti? Jista' jgħid kemm-il darba għaddew u meta? Jista' jgħid jekk intalabx permess?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ebda ajruplan militari ma għadda mill-ispazju ta' l-ajru Malti fil-perjodu msemmi.
Leg 9 PQ #29103 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għal Għawdex

Postijiet Vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment? Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li b’risposta għal ċirkulari li permezz tagħha il­fergħat tad-dipartimenti tal-Ministeru għal Għawdex jagħtu return kull tliet xhur tal­vakanzi li jkollhom, dawn għamlu talbiet għal dawn il-postijiet vakanti fl­aħħar ta’ Settembru 2001: 3 clerks 3 Senior Operatives 3 Operatives 2 General Hands jew Charwomen 1 Principal Officer 1 Technical Officer 1 Messenger Qed isir eserċizzju biex jiġi stabilit jekk dawn il­vakanzi jistgħux jiġu mimlija permezz ta’ re­deployment intern.
Leg 9 PQ #29104 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Postijiet Vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment? Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li l-informazzjoni qed tinġabar, ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #29105 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Postijiet Vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment? Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29106 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Postijiet Vakanti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment? Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-postijiet vakanti fl-Uffiċċju tiegħi u Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilta’ tiegħi huma kif jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29107 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Postijiet Vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment? Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li mhix il-prassi li d-Diviżjoni tas-Saħħa tirċievi talbiet formali biex jimtlew postijiet vakanti fl-istess Diviżjoni. Id-Diviżjoni tas-Saħħa dejjem ħadet passi minnufih sabiex il-postijiet vakanti jimtlew mill-aktar fis possibbli. Fil-fatt id-Diviżjoni qed tieħu passi biex jimtlew il-postijiet vakanti kif imsemmija fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Postijiet Vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment? Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #29097 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Postijiet Vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment? Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?

Response (BORG, JOE)

Il-Ministeru għandu postijiet vakanti fil-gradi ta' Ambaxxatur, Second Secretary, Policy Officer, Senior Legal Officer, Junior Legal Officer u MIC Support Officer. Diġa ttieħdu passi biex jimtlew postijiet fil-gradi ta' Second Secretary, Policy Officer u MIC Support Officer.
Leg 9 PQ #29098 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Postijiet Vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment? Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li bħalissa hemm 38 talba għall-mili ta' postijiet vakanti fil-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd u fid-Dipartimenti li jaqgħu taħtu. It-talbiet huma dawn: 1. Legal Officer/Junior Legal Officer (3) Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd 2. Scientific Officer (3) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 3. Technical Officer (2) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 4. Junior Vet (2) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 5. Assistant Technical Officer (Refrigeration) (1) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 6. Assistant Technical Office (Electrical)(1) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 7. Principal Scientific Officer (1) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 8. Technician (Laboratory) (2) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 9. Assistant Technical Officer (Interior Technical System Maintenance) (1) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 10. Assistant Foreman (Civil Abattoir) (1) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 11. Supervisor (1) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 12. Operations Manager (Maintenance) (1) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 13. Assistant Foreman (Slaughter-line) (1) Dipartiment tas-Serrvizzi Veterinarji 14. Architect and Civil Engineer/ Junior Architect and Civil Engineer (1) Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi 15. Security Guard (10) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 16. Laboratory Technician (6) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 17. Agricultural Officer (15) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 18. Senior Scientific Officer (1) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 19. Engineer/Junior Engineer (1) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 20. Tradesman (Mason) (1) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 21. Operations Manager (Maintenance) (1) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 22. Scientific Officer (5) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 23. Techncial Officer (Micropropagation) (1) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 24. Pharmacist (4) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 25. Senior Operative (Rubble Wall Builder) (12) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 26. Foreman (Urban and Rural Landscaping) (11) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 27. Tradesman (Electrician) (2) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 28. Chief Scientific Officer (1) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 29. Senior Technical Officer (Organic Agriculture) (1) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 30 Principal Security Officer (1) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 31. Vulcanizer (1) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 32. Principal Agricultural Foreman (4) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 33. Tradesman/Senior Tradesman (Panel Beater/Spray Painter) (1) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 34 Tradesman/Senior Tradesman (Auto-Electrician) (1) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 35. Technician (Agriculture) (7) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 36. Technician (1) Dipartiment ta’ l-Akwakultura 37. Principal Scientific Officer (4) Dipartiment tal-Plant Health 38. Chief Scientific Officer (2) Dipartiment tal-Plant Health.
Leg 9 PQ #29099 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Postijiet Vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment? Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm dawn it-talbiet biex jimtlew postijiet vakanti fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu: 14-il post ta' Environment Officer 2 postijiet ta' Junior Legal Officer 6 postijiet ta' Spetturi Anzjani ta' l-Ambjent 8 postijiet ta' Spetturi ta' l-Ambjent 3 postijiet ta' Periti (Junior) 3 postijiet ta' Periti (Senior) 6 postijiet ta' Periti (Chief) 3 postijiet ta' Inġiniera (Junior) 4 postijiet ta' Inġiniera (Senior) 2 postijiet ta' Operations Manager 6 postijiet ta' Principal Technical Officer 10 postijiet ta' Senior Technical Officer 10 postijiet ta' Technical Officer 8 postijiet ta' Assistant Technical Officer 3 postijiet ta' Scientific Officer Post wieħed ta' Senior Public Cleansing Officer Post wieħed ta' Environment Inspector Post wieħed ta' Public Cleansing Foreman Post wieħed ta' Principal Inspector Post wieħed ta' Senior Inspector Post wieħed ta' Inspector/Trainee Inspector 4 postijiet ta' Snajja' varji Post wiħed ta' Foreman 3 postijiet ta' Assistant Foreman 4 postijiet ta' Supervisors 2 postijiet ta' Heavy Plant Driver Post wieħed ta' Timekeeper 2 postijiet ta' Foreman Post wieħed ta' Assistant Foreman Post wieħed ta' Rep. of Records Post wieħed ta' Plasterer Post wieħed ta' Miner Post wieħed ta' Principal Security Post wieħed ta' Security Guard Post wieħed ta' Senior Manager Works Information System. Il-proċess ta' numru minn dawn ġew attwati, uħud qegħdin fil-fażi fejn ser isiru intervisti u oħrajn għadhom għall-approvazzjoni ta' l-M.P.O./P.S.C.
Leg 9 PQ #29100 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Postijiet Vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment? Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #29101 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Postijiet Vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment? Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-postijiet vakanti li hemm bħalissa fid-diversi dipartimenti li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi huma dawn: Assistent Direttur (Liċenzji u Levies) 1 Assistent Direttur (Policy u Servizzi Regolatorji) 1 Assistent Direttur (Support Services) 1 Assistent Direttur (Riżorsi Umani) 1 Kap Uffiċċjal Informazzjoni 1 Uffiċċjal ta' l-Ekonomija 1 Uffiċċjal tal-Komunikazzjoni 1 Uffiċċjal Xjentifiku 2 Case Officer 2 Uffiċċjal Prinċipali Anzjan 5 Uffiċċjal Prinċipali 2 Uffiċċjal Eżekuttiv 2 Segretarja tad-Direttur 1 Skrivan 4 Technician (Kompjuter u Disinn) 1
Leg 9 PQ #29102 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Postijiet Vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment? Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-parti l-kbira tal-postijiet fid-Dipartimenti li jaqgħu fil-Ministeru tal-Finanzi huma fil-General Service u vakanzi f'dawn il-gradi jimtlew skond il-ħtieġa mill-Management and Personnel Office. Għar-rigward ta' gradi dipartimentali, fid-Dwana hemm żewġ talbiet li diġa ġew approvati mill-Management and Personnel Office u l-Public Service Commission: waħda għall-post ta' Dog Instructor u l-oħra biex jimtela post vakanti ta' Senior Inspector. Dan l-aħħar saret ukoll talba mill-U.H.M. biex inħatru 3 Senior Inspectors minflok wieħed peress li hemm 2 Senior Inspectors li qed jagħmlu xogħol ieħor barra d-Dipartiment. Fit-Tax Compliance Unit hemm talba għal 5 impjegati fuq kuntratt definit ta' tlett snin. Dawn huma Direttur Professjonali, Ekonomista, Information Resource Officer, System Administration (Data Warehouse) u Avukat. Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni għamel talba għall-impjieg ta' 24 Revenue Officers li se jkunu reklutati miċ-Ċivil.
Leg 9 PQ #29058 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Watchmen

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm watchmen impjegati fis-Servizz Pubbliku? F'liema dipartiment qed iservu? Fuq liema roster ta' ħin qed jaħdmu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ impjegati fil-grad ta’ “watchman” mad-dipartimenti tal-Gvern huwa ta’ 83. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi f’liema dipartimenti qed iservu dawn l-impjegati. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, nistieden lill-Onorevoli Interpellant jagħddiha lill-Ministri rispettivi.
Leg 9 PQ #29091 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeri — Allowances

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu allowance varji mill-Ministeru/Dipartimenti lil impjegati matul din is-sena? Jista' wkoll jgħid grad grad min ibbenifika minn dawn l-allowance u kemm ħadu kull grad? X' tip t' allowance ħadu l-imsemmija impjegati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #29092 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern