Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni tal-gallarijiet tal-flats 10 u 12 Blk 3, Door B, Triq il-Mitħna, HE, Gudja li jinsabu fi stat perikoluż u qegħdin litteralment jaqgħu u jordna li jsiru t-tiswijiet neċessarji għall-istess proprjetajiet tal-Gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għal azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni fil-flat 12, blk 3, Door B, Triq tal-Mitħna, Gudja li għandu problema kbira ta' umdita' tiela mal-ħitan u minħabba termites li qegħdin jeqirdu ħafna ċaċċis u fixtures ta' l-injam tal-inkwilini? Jista' jordna li jsiru x-xogħoljiet neċessarji biex dawn il-problemi il-problemi jiġu magħlubin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għal azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li jsiru xi forma ta' bandli tal-plastic għat-tfal ż-żgħar f'parti mill-bitħa l-kbira tal-iskola primarja tal-Marsa ta' l-istat? Jista' jsir sforz mal-genituri li jiġbru xi flus bejniethom mill-awtoritajiet tal-iskola peress li hemm ġenituri li lesti jikkontribwixxu huma għal dan l-iskop?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-apparat imsemmi fil-mistoqsija diġa` jeżisti f'din l-iskola. Jinżamm ġo Games Room u jinħareġ waqt il-ħin ta' l-iskola meta jkun hemm it-tfal. Dan jiddaħħal ġewwa wara nofsinhar minħabba li meta kien jitħalla barra kien isofri ħsara. Jekk ikun hemm il-ħtieġa ta' xi apparat bħal dan, f'dan l-istadju jinxtara mill-fondi ta' l-iskola.
Jista' l-Ministru jara li jiġi allokat għalliem tal-Maths fl-iskola sekondarja Profs Lorenzo Manche l-Furjana għall-Forms 4 u 5, peress illi dak li kien hemm ġie trasferit għal-Għawdex u qed tiġi kkawżata tbatija evitabbli għall-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li qed isiru l-kuntatti kollha meħtieġa biex jintbagħat għalliem tal-matematika fl-iskola msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-iskema ta' Gvern Laburista biex jiġu stallati lifts għall-blokkijiet tal-Gvern u biex jinbnew sulari ġodda fejn possibli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema eżistenti ta' l-Awtorita' tad-Djar dwar l-istallazzjoni ta' lifts fi blokki tal-Gvern (Skema V) ġiet imnedija taħt din l-Amministrazzjoni permezz ta' Avviż ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern fil-11 ta' Ġunju 1999.
B'kollox s'issa ngħataw 18 il-tender għall-istallazzjoni ta' lifts taħt din l-Iskema. Ninsab infurmat li fil-fatt inbeda jew tlesta x-xogħol infrastrutturali meħtieġ biex jiġu stallati lifts fi 11 il-blokk f'diversi lokalitajiet u sa l-aħħar ta' dan ix-xahar mistenni jibda x-xogħol fi tlett blokki oħra. Il-makkinarju ta' dawn il-lifts ġie ordnat u wħud minn dawn il-lifts diga' waslu Malta u, f'xi postijiet, inbeda' l-istallar tagħhom. L-Awtorita' qed tagħmel ukoll spezzjonijiet dwar applikazzjonijiet oħra qabel ma joħorġu iżjed tenders.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellanti li dan il-Gvern mhux jikkunsidra l-bini ta' sulari oħra fuq dawk eżistenti fi blokki tal-Gvern.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar mill-applikazzjoni mal-Awtorita' tad-Djar sabiex jiġi stallat lift fi Blokk C, Triq Jonathan Tanti, Tarxien li jidher li anke kien approvat mill-Awtorita' tal-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ma jirriżultax li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet applikazzjoni għall-istallar ta' lift fil-post indikat mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid x'possibilta' hemm li jsir żebra crossing / traffic lights fil-crossroads li hemm f'Raħal Ġdid fejn l-ispiżerija ta' Portelli bejn t-toroq li jgħatu għal Ħal Tarxien, Santa Luċija, l-Pjazza ta' Raħal Ġdid u ċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Direttorat tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-possibilita' li t-taraġ ta' block 6 Triq il-Ġnien, Santa Luċija li għadu tal-ġebel (b'ħafna tbatija ukoll għal min irid jaħslu peress illi jżomm ħafna il-ħmieġ) jsirlu xi forma ta' resin jew irħam biex ikun jista' jinkiness u jinżamm aktar nadif mir-residenti u biex ma jkompliex jittiekel?
Jaf il-Ministru li dawn huma mill-ewwel blokkijiet tal-gvern li nbnew f'Santa Luċija u li baqgħu f'dan l-istat primittiv?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li ħadt nota tas-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant, ninfurmah li x-xogħol suġġerit irid jiġi kkunsidrat fid-dawl tar-riżorsi disponibbli u prijoritajiet akbar bħal mhu tibdil ta' soqfa perikolużi, tibdil u tiswija ta' katusi u xogħolijiet oħra simili biex jiġi evitat periklu jew ħsara għas-saħħa ta' l-inkwilini fi blokki tal-Gvern.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal PQ 31014 jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir monitoring tas-sitwazzjoni biex jiġi assigurat li ma jsirx abbuż tal-posizzjoni dominanti li jista' issa għandhu Farsons fil-qasam tal-luminata wara l-akkwist tas-7 up?
Jista' jagħti rendikont lill-Kamra x'riżultati ta' dan il-monitoring s'issa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-monitoring tas-suq tal-luminata isir regolarment u ma jirriżultax li hemm xi abbuż minn dominanza fis-suq.
Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi lment ta' abbuż minn dominanzi, nissuġġerilu li jressaq dan l-ilment lill-Uffiċċju tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk wara li d-ditta 7-Up inxtrat minn Farsons mingħand il-familja Portainer sarx idaġni mill-uffiċju għall-Kompetizzjoni Ġusta biex jara jekk dan in-negozju poġġiex lill-Farsons f'dominant position fis-suq? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fejn waslet din l-investigazzjoni u x'riżultati ħalliet s'issa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta isegwi mill-qrib kull żvilupp li jseħħ fis-suq li jista' jkollu effett fuq il-kompetizzjoni. Tajjeb jingħad ukoll li mhux il-pożizzjoni dominanti fis-suq li tikkostitwixxi ksur tal-liġi, iżda l-abbuż minn din il-pożizzjoni.
Madanakollu, l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta ser isegwi iżjed mill-qrib l-andament tas-suq tas-soft drinks minħabba l-fatt li kien hemm tnaqqis ta' l-operaturi f'dan is-settur.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nutara gradwati bħalissa li qegħdin jistennew li jsir l-eżami għall-warrant biex jkunu jistgħu jeserċitaw il-professjoni? Jista' jgħid meta huwa previst li jsir l-eżami tal-warrant li jmiss?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bħalissa hemm 8 nutara gradwati li qegħdin jistennew li jsir l-eżami għall-warrant. Huwa ippjanat li l-eżami tal-warrant li jmiss ser isir kmieni s-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nutara gradwati bħalissa li qegħdin jistennew li jsir l-eżami għall-warrant biex jkunu jistgħu jeserċitaw il-professjoni?
Jista' jgħid meta huwa previst li jsir l-eżami tal-warrant li jmiss?
Response (GALEA, LOUIS)
Nissuġġerixxi lill-Onor. Membru jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nutara gradwati bħalissa li qegħdin jistennew li jsir l-eżami għall-warrant biex jkunu jistgħu jeserċitaw il-professjoni? Jista' jgħid meta huwa previst li jsir l-eżami tal-warrant li jmiss?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Interpellant hu mitlub li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi t-tweġiba għat-talba li saret mill-bejjiegħa tal-Monti tal-Belt biex ikunu jistgħu jarmaw fil-Ħdied ta' qabel il-Milied?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejjin taħdidiet bejn il-Ministeru tiegħi u l-Ministeru ta' l-Intern dwar din il-materja.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ftehim li ntlaħaq mal-ħwienet tal-Belt biex jiftħu f'ġranet u ħinijiet mhjux tas-soltu fil-jiem tal-festa tal-Milied?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-ħinijet tal-ftuħ tal-ħwienet fi ġranet mhux tas-soltu fil-jiem tal-festa tal-Milied huwa regolat bil-provvedimenti ta' l-Att dwar il-Ħinijiet tax-Xogħol tal-Ħwienet u tal-Bejjiegħa fit-Toroq, Kapitlu 155 tal-Liġijiet ta' Malta.
Jista' l-Ministru jara li r-reserved parking space għall-persuna bi bżonnijiet speċjali li tgħix fl-indirizz li qed nibgħat separatament tiġi mogħtija ż-żebgħa safra mill-ġdid peress illi din iċċarat u jinkiteb il-kliem reserved jew jitpinġa s-simbolu ta' wheelchair kif hemm f'partijiet ta' parkeġġ reserved simili?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li skond ir-records tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku m'hemm l-ebda approvazzjoni għal reserved parking bay għal persuna b'diżabilita' fl-indirizz indikat mill-Onor. Interpellant. Fiċ-ċirkustanzi nitlob lill-Onor. Interpellant jissuplixxi l-isem tal-persuna f'każ li n-numru fit-triq ikkonċernata ġew mibdula.
Jista' l-Ministru jara li r-reserved parking space għall-persuna bi bżonnijiet speċjali li tgħix fl-indirizz li qed nibgħat separatament tiġi mogħtija ż-żebgħa safra mill-ġdid peress illi din iċċarat u jinkiteb il-kliem reserved jew jitpinġa s-simbolu ta' wheelchair kif hemm f'partijiet ta' parkeġġ reserved simili?
Response (GONZI, LAWRENCE)
M'hijiex kompetenza ta' dan il-Ministeru li jagħmel refreshing taż-żebgħa ta' reserved parking għall-persuni b'diżabilita'.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-ħaddiema li jaħdmu fir-Rabat (il-guy tar-Rabat) ġewx trasferiti kollha għal mal-ex-RDC? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni għal dan u kif qed isir biex ma jeħżinux il-ħinijiet tax-xogħol tal-individwi kkonċernati? Jista' jgħid x'inhuma l-ħsibijiet tiegħu dwar l-ex RDC u il-ħaddiema (guyijiet) tal-Mellieħa u r-Rabat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-transfers li saru tal-ħaddiema msemmija saru skond il-ħtieġa tad-Dipartiment u l-ħinijiet tax-xogħol baqgħu l-istess.
Preżentament, m'hemm l-ebda ħsieb li jinbidlu xi ħinijiet jew kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment?
Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi għamel talba lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jimtlew il-vakanzi ta' żewġ Principals. Reċentement, inħolqot vakanza ta' Uffiċjal Eżekuttiv.
Bħalissa d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fejn jikkonċerna t-'Teaching Grades', ħarġet żewġ sejħiet għall-applikazzjonijiet li huma:
* Sejħa għal Uffiċjali Edukattivi u
* Sejħa għal Assistenti Kapijiet fl-iskejjel Primarji:
sejħa għal Malta u oħra għal Għawdex.
Fil-każ ta' Uffiċjali Edukattivi, id-Diviżjoni għandha 37 post vakant.
Meta jagħlqu l-applikazzjonijiet isiru l-intervisti u min jikkwalifika jingħata "Order of Merit". Ir-riżultat iservi għal sentejn u d-Diviżjoni f'dawn is-sentejn timpjega skond il-ħtiġijiet li jinqalgħu.
Bħalissa hemm vakanti xi postijiet ta' Assistenti Kapijiet fl-Iskejjel Sekondarji. F'dan il-każ l-intervisti diġa` saru u d-Diviżjoni tibda timpjega skond il-vakanzi li jinħolqu hekk kif tirċievi l-approvazzjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Fi gradi li ma jiffurmawx parti mit-"Teaching Grades", id-Diviżjoni għaddejja bil-proċess neċessarju biex jimtlew postijiet vakanti fit-tmien Gradi li se nsemmi:
Senior Foreman (Gardening), Foreman (Gardening), Engineer (Electrical), Architect and Civil Engineer, Assistant Technical Officer (Civil Draughstmanship), Staff Nurses, School Secretaries u Part-time Clerks.
Fl-Estimi ta' l-2002 id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet indika l-ħtieġa ta' dawn il-postijiet:
* Charwoman (waħda)
* Asst. Principal (persuna waħda)
Id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji ressaq talba għall-mili ta' postijiet vakanti fi ħdanu għas-sena 2002 f'dawn il-gradi:
Security Guards, Executive Officers, Clerks, Drivers u General Hand.
Informat ukoll li ma hemmx talbiet biex jimtlew postijiet vakanti fl-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari, fid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport, fid-Dipartiment tal-Mużewijiet u fid-Dipartiment tal-Kultura.