Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #829 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ? Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inkluż dawk fuq bordijiet, governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn? Fil-każijiet kollha separatament, jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Taħt id-dekasteru tal-Ministeru ta'l-Agrikoltura u Sajd hemm (i) Ħames (5) impjegati nisa każwali li kollha jagħmlu xogħol ta' typing. (ii) Bħalissa hemm sittax (16) il-ħaddiem li qegħdin bil-kuntratt. Fost dawn hemm żewġ esperti barranin. Kien hemm tlett (3) ħaddiema li kienu b'kuntratt ta' xogħol marbut mal-Ministru precedenti, jiġifieri iż-żewġ xufiera u l-Personal Assistant. Dawn huma kuntratti li jiġu terminati awtomatikament malli jkun hemm bidla fil-Ministru.
Leg 9 PQ #831 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ? Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inklużi dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru, 1998' l hawn? Fil-każijiet kollha separatament, jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' ħaddiema f'dan id-dikasteru fuq bażi każwali huma 455. Il-grad tagħhom huma kif ġej: Consultant Opthalmic Surgeon 1 Psychologist 1 Medical Officer 2 Houseman 2 Pharmacist 39 Scientific Officer 1 Health Inspector 6 Medical Labaratory Technologist 27 Occupational Therapist 3 Podologist 14 Radiographer 5 Staff Nurse 66 Physiotherapist 17 Midwife 16 Speech Therapist 10 Enrolled Nurse 62 Pharmacy Technician 6 Nursing Officer 153 Cleaner/Labourer 1 Typist 15 Ward Clerk Assistant 8 TOTAL 455 Impjegati li huma ngaġġati b'kuntratt huma 8:- Chief Executive 1 Financial Controller 1 Catering Consultant 1 I.T. System Administrator 1 Accounts Officer 1 Secretaries 2 Messenger 1 Mill-5 ta' Settembru 1998 `l hawn 7 impjegati (4 fis-Segretarjat tal-Ministeru u 3 fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari) li kienu ġew ingaġġati b'kuntratt gie mitmum l-ingaġġ tagħhom. Il-Kumpens ta' kull wieħed kien ta' sitt (6) xhur salarju.
Leg 9 PQ #835 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Racing Club

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 215 dwar il-Marsa Racing Club, jista' l-Ministru jgħid: (i) kif inhu maqsum u ta' xiex huwa dovut? (ii) Xi pjani għandu l-kumitat il-ġdid ta' tmexxija biex iħallas dan id-dejn li jidher li l-maġġor parti tiegħu ġie kkuntrattat jew ma tħallasx fi żmien l-Amministrazzjoni preċedenti? (iii) Għandu xi programm ta' pagamenti għall-kredituri tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena 1997/98 il-Kumitat tal-Marsa Racing Club ħareġ bit-telf għall-ewwel darba b'deficit ta' madwar Lm40,000. Barra minn dan kienet saret ukoll spiża kapitali ta' Lm51,000 li diġa' semmejt fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 215. Meta tlett snin ilu l-Club daħal fi spiża kapitali kien qassam il-pagamenti fuq ħames snin b'mod li dawn setgħu jitħallsu kif stabbilit. Fi żmien l-Amministrazzjoni preċedenti l-problema tad-dejn kompliet tikber bil-konsegwenza li l-Club sab ruħu f'pożizzjoni fejn ma jistax jagħmel programm dwar kif jistgħu jsiru ħlasijiet tal-pagamenti lill-kredituri tiegħu. Il-Kumitat preżenti se jimpenja ruħu biex jara li jkun hemm żieda fid-dħul u jikkontrolla l-infieq biex jagħmel tajjeb għat-telf li sofra s-sena l-oħra u biex iħallas lura parti mid-dejn. Il-Club mhux ser ikun f'pożizzjoni li jħallas lura d-dejn li għandu mal-Gvern iżda bi ħsiebu jonora l-kambjali kollha imsemmija fil-Mistoqsija Parlamentari Nru 837 kif diġa' beda jagħmel meta ħallas is-somma ta' Lm22,440 li suppost kellha titħallas fit-30 ta' Awissu 1998.
Leg 9 PQ #836 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Racing Club

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 215 dwar id-dejn tal-Marsa Racing Club, jikkonferma l-Ministru li Lm100,000 dovuti bħala VAT kważi kollha kemm huma huma tal-perjodu mid-data ta' l-introduzzjoni tal-VAT sas-26 ta' Ottubru 1996, cioe' dovuti matul il-perjodu li fih il-Marsa Racing Club kien immexxi mis-Sur Paul Midolo li l-Gvern preżenti reġa' ħatar bħala chairman? Jikkonferma l-Ministru li mill-introduzzjoni tal-VAT taħt Gvern Nazzjonalista sas-26 t a' Ottubru, 1996, il-Marsa Racing Club m'għamel l-ebda tentattiv (i) biex jara x'VAT kellu jħallas u (ii) biex jirregola ruħu mal-liġi? Jaqbel il-Ministru li huwa inġust li l-ħtija ta' dan in-nuqqas jintefa' fuq il-kumitat tat-tmexxija tal-Marsa Racing Club li mexxa għal ftit xhur taħt is-Sur George Borg Cardona fl-aħħar amministrazzjoni? X'qed isir mill-kumitat ġdid tat-tmexxija tal-Marsa Racing Club dwar dan id-dejn?

Response (GALEA, LOUIS)

Mat tagħrif diġa' mogħti fil-Mistoqsija ċitata, għandi biss x'inżid li l-Kumitat tal-Marsa Racing Club kien kiteb biex joġġezzjona u jitlob spjegazzjoni tal-kontijiet li kienu ħarġu mid-Dipartiment tal-VAT.
Leg 9 PQ #822 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal-liema pożizzjonijiet f'kull każ? Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inkluż dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn? Fil-każijiet kollha separatament jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma bqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #823 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ? Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inkluż dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn? Fil-każijiet kollha separatament jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?

Response (DALLI, JOHN)

Fid-dekasteru tiegħi hemm 13-il ħaddiem każwali u 23 bil-kuntratt (18-il skrivan, 3 avukati u 2 kunsulenti.) Għat-tieni parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onor Interpellant illi mis-Segretarjat Privat tal-Ministeru intemm l-ingaġġ ta` Driver\Security Officer b`seħħ mis-7 ta` Settembru 1998; bħala kumpens dan ingħata sitt xhur paga kif stipulat fil-kuntratt ta` l-ingaġġ.
Leg 9 PQ #824 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ? Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inkluż dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn? Fil-każijiet kollha separatament jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fid-dekasteru tiegħi hemm: ĦADDIEMA KAŻWALI ---------------- Taqsima tax-Xogħlijiet ---------------------- 7 Tajpisti Dipartiment tal-Ħarsien ta' l-Ambjent ------------------------------------- 3 Tajpisti B.I.C.C. -------- 2 Clerical Duties ĦADDIEMA BIL-KUNTRATT --------------------- Taqsima tax-Xogħlijiet ---------------------- 1 Advisor/Project Co-Ordinator 1 Professional Officer Dipartiment tal-Ħarsien ta' l-Ambjent ------------------------------------- Xejn B.I.C.C. -------- 1 Chairman/Chief Executive KUNTRATTI MITMUMA ----------------- Taqsima tax-Xogħlijiet ---------------------- 1 Advisor/Project Co-Ordinator - Terminated 15.09.98 - Min. for Home Affairs 1 Senior Secreterial Officer - Resigned on 06.09.98 - Kumpens Lm2,419.00 1 Personal Assistant to Minister - Resigned on 07.09.98 - Kumpens Lm2,425.50 2 Personal Drivers/Security Officers - Resigned on 07.09.98 - Kumpens Lm1,582.50 kull wieħed Dipartiment tal-Ħarsien ta' l-Ambjent ------------------------------------- Xejn B.I.C.C. -------- 1 Chairman - Resigned on 05.09.98 - Kumpens Lm1,820.25
Leg 9 PQ #825 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ? Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inkluż dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn? Fil-każijiet kollha separatament jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-għadd ta' ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħi li huma mpjegati fuq bażi każwali jew b'kuntratt huwa ta' 57 imqassmin hekk: Advisers 3 Executive Officers 2 Clerks/Receptionists 14 Housekeepers 2 Assistant Housekeeper 1 Assistant Works Manager 1 Assistant Adm. Officer 1 Assistant Security Officer 1 Telephone Operators 3 Security/Drivers 3 Kitchen Attendants 2 Charwomen 14 Watchmen 10 Ninsab infurmat ukoll li mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn, Assistant Works Manager irriżenja minn jeddu u Adviser skadilu l-kuntratt u ma reġax ġie mġedded. Dwar dak li għandu x'jaqsam ma' Bordijiet, nirreferi lil-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 794. Ma tħallas l-ebda kumpens liż-żewġ persuni konċernati minħabba li dan ma kienx dovut lilhom.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ? Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inkluż dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn? Fil-każijiet kollha separatament jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta` ħaddiema kazwali fid-dikasteru tiegħi hu tlieta waqt li ħaddiema bil-kuntratt hu erba` u huma imqassmin kif ser nghid: Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Civili - Flight Operations Inspector Dipartiment tat-Telegrafija minghajr Fili - Konsulent Awtorita` Marittima - Administration Manager u Port Officer. Il-kumplament tal-Mistoqsija hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #827 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ? Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inklużi dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn? Fil-każijiet kollha separatament jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar u risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #816 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħra? Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn u għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Mill-aħħar elezzjoni ġenerali 'il hawn, 31 impjegat ġew trasferiti minn Dipartiment għall-ieħor fl-istess Ministeru, filwaqt li 11 'il impjegat ġew trasferiti għal Dipartimenti li jaqgħu taħt Ministeri oħra. F'kull każ it-trasferimenti saru minħabba fl-eżiġenzi tas-servizz. Iktar dettalji qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #818 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Miniseru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħra? Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn u għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali sa l-4 ta' Novembru 1998 ġew trasferiti 52 impjegati li minnhom 50 ġo Dipartiment li jaqgħu f'dan il-Ministeru u 2 f'Ministeru ieħor. Min dawn it-52 impjegati 27 talbu li jiġu trasferiti huma stess waqt li l-bilanċ kienu trasferiti skond l-esiġenżi tas-Servizz. Listi ta'dawn it-trasferimenti qed jiġu mehmuża. Minbarra dawn kien hemm 15 impjegat ieħor li talbu biex imorru fis-Segretarjat ta' Ministri u Segretarji Parlamentari oħra.
Leg 9 PQ #819 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu: i) każwali; u ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ? Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impjieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġedditx (inklużi dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra) mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Fil-każijiet kollha separatament, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens, fejn applikabbli, lil dawk fuq imsemmija li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fid-dikasteru tiegħi in-numru ta' ħaddiema każwali huwa ta' tmienja u għoxrin u dawn kollha jaħdmu bħala tajpisti waqt li n-numru ta' ħaddiema bil- kuntratt huwa ta' tlett mija wieħed u sebgħin li l- pożizzjonijiet tagħhom huwa kif hemm indikat fuq it- tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Dawn il- ħaddiema kollha kien sarilhom il-kuntratt tagħhom qabel il-5 ta' Settembru, 1998. Pero tlieta minnhom kellhom il-kuntratt tagħhom imġedded wara l-5 ta' Settembru 1998, peress li kien skadilhom. Mill-5 ta' Settembru 1998 il hawn intemm l-ingaġġ skond il-kuntratt ta' dsatax-il persuna li ħadd minnhom ma tneħħa minn fuq xi bord. Minn dawn tlettax tħallsu kumpens ta' sitt xhur paga, tnejn tħallsu kumpens ta' tlett xhur paga u erbgħa ma tħallsu l-ebda kumpens dejjem skond il-kuntratt li kellhom.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu: i) każwali; u ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ? Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impjieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġedditx (inklużi dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra) mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Fil-każijiet kollha separatament, jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmija li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?

Response (MARCO, GUIDO DE)

In-numru ta' impjegati każwali fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin fil-preżent huwa ta' sebgħa. Sitta huma fuq xogħol ta' skrivani filwaqt li waħda hija ħassiela. Il-Kap tad-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea huwa impjegat b' kuntratt. Arranġamenti kuntrattwali jeżistu wkoll fil-kaz ta' disgħa Ambaxxaturi u żewġ Konslijiet Maltin. Dawn l-individwi għadhom kollha fil-kariga, għalkemm l-offerta li għamlu uħud minn dawk li qedgħin bil-kuntratt li jirrżenjaw mill-post, kif tenuti li jaghmlu wara l-bidla fl-Amministrazzjoni, qiedgħa tiġi kkunsidrata. Sadattant, mill-5 ta' Settembru 1998 ' il hawn, kellna kaz wieħed ta' Ambaxxatur (li mhux inkluż fil-figura mogħtija qabel) li volontarjament spiċċa mill-kariga tiegħu meta ntemmlu t-terminu fl-aħħar ta' Ottubru 1998. Ġiet aċċettata wkoll ir-riżenja ta' persuna li kienet impjegata bil-kuntratt bħala Sewwwieq Personali/Uffiċjal tas-Sigurta' mal-Ministru preċedenti, li spiċċa mill-impieg tiegħu b' seħħ mill-10 ta Settembru 1998. Fil-kaz ta' dan l-individwu, tħallsu l-benefiċċji kollha dovuti lill-persuna konċernata, skond il-provvedimenti tal-kuntratt li kien iffirma mal-Ministeru u skond kif jipporvdu l-liġijiet industrijali ta' pajjiżna.
Leg 9 PQ #810 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħrajn? Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn u għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?

Response (DALLI, JOHN)

It-trasferimenti fid-dikasteru tiegħi saru kif ġej: Dipartiment Minn Lejn Is-Segretarjat Privat 1. Private Secretariat, Housing Authority tal-Ministru Ministry of Finance 2. Private Secretariat, Housing Authority Ministry of Finance 3. Private Secretariat, Housing Authority Ministry of Finance 4. Private Secretariat, Malta Drydocks Ministry of Finance 5. Private Secretariat, N.T.O.M. Ministry of Finance 6. Private Secretariat, Interprint Ltd. Ministry of Finance 7. Private Secretariat, Enemalta Corporation Ministry of Finance 8. Private Secretariat, Industrial Property Ministry of Finance 9. Private Secretariat, Education Ministry of Finance 10. Private Secretariat, C.E.T. Ministry of Finance 11. Private Secretariat, Health (Mt Carmel) Ministry of Finance 12. Private Secretariat, Contracts Ministry of Finance 13. Private Secretariat, Treasury Ministry of Finance 14. Private Secretariat, Customs Ministry of Finance 15. Private Secretariat, Education Ministry of Finance 16. Private Secretariat, Customs Ministry of Finance 17. Private Secretariat, Industrial Property Ministry of Finance 18. Law Courts Private Secretariat, Ministry of Finance 19. Maltapost p.l.c. Private Secretariat, Ministry of Finance 20. Treasury Private Secretariat, Ministry of Finance 21. Local Councils Private Secretariat, Ministry of Finance 22. Customs Private Secretariat, Ministry of Finance 23. Customs Private Secretariat, Ministry of Finance It-Teżor 1. Treasury Private Secretariat, Ministry for Social Policy 2. Treasury Private Secretariat, Ministry for Tourism 3. Treasury Private Secretariat, Ministry for Economic Services 4. Treasury Inland Revenue 5. Treasury Private Secretariat, Ministry for Transport and Communications 6. Treasury Ministry for Tourism 7. CET Treasury 8. Private Secretariat, Treasury Ministry of Finance 9. Private Secretariat, Treasury Ministry of Finance Taxxi Interni 1. Customs Inland Revenue 2. Private Secretariat, Inland Revenue Ministry of Foreign Affairs 3. Private Secretariat, Inland Revenue Ministry of Foreign Affairs 4. Treasury Inland Revenue 5. Private Secretariat, Inland Revenue Ministry for Transport and Communications 6. Customer Services Inland Revenue (Gozo) 7. Inland Revenue Customs 8. Inland Revenue Health 9. Inland Revenue Private Secretariat, Ministry for Gozo Dwana 1. Private Secretariat, Customs Ministry of Social Services 2. Customs Inland Revenue 3. Private Secretariat, Customs Ministry of Finance 4. Private Secretariat, Customs Ministry of Finance 5. Inland Revenue Customs 6. Customs Private Secretariat, Ministry of Finance 7. Customs Private Secretariat, Ministry of Finance Taxxa tad-Dwana u 1. Private Secretariat, CET Tas-Sisa Ministry of Finance 2. CET Private Secretariat, Ministry of the Environment 3. CET Treasury Ir-raġunijiet għal dawn it-trasferimenti ingħataw fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Numru 282, 453, 454.
Leg 9 PQ #811 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħra? Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 274 (Seduta numru 5).
Leg 9 PQ #812 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħra? Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn u għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Numri 283 u 450.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħra? Jista', f'kul każ, il-Ministru jgħid minn fejn u għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li transfers li saru mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'l hawn, kienu kif ser ngħid. Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi: 2 skrivani għall-Ministeru għall-Ambjent 1 skrivana għall-Ministeru għat-Turiżmu 1 skrivana għall-Ministeru ta' l-Edukazzjoni Dipartiment tal-Liċenzji: 1 skrivana għall-Ministeru ta' l-Intern Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili: 2 skrivani għall-Qorti, waqt li messaġġier ġie trasferit għall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
Leg 9 PQ #814 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħra? Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn u għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant għada qed tinġabar, it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #815 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikastru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħra? Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn u għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?

Response (BORG, TONIO)

Għall-ewwel partijiet tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 276 u 239 f'Seduta Numru 5 u 8 rispettivament. Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn it-trasferimenti ta' ħaddiema saru minħabba li jew ingħataw promozzjoni, jew ġew mitluba jservu f'Ministeri, filwaqt li l-bqija minħabba esiġenzi tas-servizz. 17.11.98