Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa persuni, individwi u kumpanniji/ditti li huma reġistrati mad-Dipartiment tas-CET? Kif inhuma mqassmin dawn il-persuni/entitajiet, per eżempju, tobba, avukati, electricians, panel beaters, eċċ?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li fit-13 ta` Novembru 1998 kien hemm b`kollox 44,897 operaturi tan-negozju irreġistrati mad-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa. Dawn l-operaturi huma mqassmin kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imħarka persuni sena b'sena mill-1990 'l hawn li nqabbdu jaħdmu waqt li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni f'Malta u Għawdex sena b'sena mill-1990 l'hawn li nqabdu jaħdmu waqt li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol hu kif ġej:
SENA TOTAL
____ _____
1990 263
1991 80
1992 48
1993 133
1994 222
1995 533
1996 646
1997 575
1998 (sa Settembru) 168
1.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm jeżistu pensjonanti f'pajjiżna li għandhom eta' minn: a) 60 sena sa 65 sena; b) minn 66 sena sa 70 sena; c) minn 71 sena sa 75 sena; d) minn 76 sena 'il fuq?
Kemm kien hemm pensjonanti, sena b'sena, mill-1990 'il hawn fl-1 ta' Jannar ta' kull sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed nipproduċi tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
TABELLA A
Statistika dwar etajiet differenti ta' Persuni li jirċievu pensjoni kontributorja.
Kategorija ta' Eta Pensjonanti Nisa Pensjonanti Rġiel
__________________ ________________ _________________
60 - 65 sena 3978 7587
66 - 70 sena 3446 6103
71 - 75 sena 3558 5002
'l fuq minn 76 sena 6874 5900
TOTAL 17856 24592
TABELLA B
Statistika dwar in-numru ta' persuni li jirċievu xi Pensjoni Kontributorja. (figuri kif kienu f'Jannar ta' kull sena)
SENA NUMRU TA' PENSJONANTI
1990 39073
1991 39700
1992 40680
1993 42184
1994 43541
1995 44705
1996 46559
1997 48327
1998 49949
1.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm jeżistu area officers li joffru servizzi tad-dikasteru li għalih huwa responsabbli l-Ministru f'Malta u Għawdex? F'liema lokalitajiet jinsabu? Kemm hemm ħaddiema f'kull area office? Dawn huma skond il-complement ippjanat għal kull area office? Jekk fin-negattiv, x'diskrepanzijeżistu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Hemm 22 Uffiċċji Distrettwali li joffru servizz lill-pubbliku li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministru tal-Politika Soċjali.
Id-dettalji ta' kif huma mqassmin il-ħaddiema hu kif indikat hawn taħt:
Post Persuni fuq xogħol Ħaddiema Differenza mill-
klerikali oħra mhux komplement idejali
tal-Post Floaters* fuq xogħol ta' persuni fuq
(xogħol klerikali) klerikali xogħol klerikali
Balzan 2 - 2 xejn
B'Kara 5(a) - 2 xejn
Cospicua 4 - 1 xejn
Ħamrun 3(b) - 2 -1
Luqa 3 - 2 xejn
Marsa 3 - 2 xejn
Mosta 4 2 2 xejn
Msida 2 1 1 -1
Naxxar 2 - 1 xejn
Paola 4 - 2 xejn
Qormi 2 1 3(c) -2
Rabat 4(d) - 1 xejn
St Pauls Bay 2 - 2 xejn
San Gwann 1 1 1 -2
Sliema 3 1 1 -1
Valletta 3 1 1 xejn
Zabbar 5(e) 1 2 +1
Zebbug 2 - 2 -1
Zejtun 3 - 1 -1
Zurrieq 5(f) - 3 +2
Victoria 10 - 3 +2
Nadur 4 - 2 +2
TOTAL 76 8 39 123 Ħaddiem
_____ __ _ __ ___________
NOTA:-
(a) B'Kara - Persuna klerikali qegħdha fuq 'maternity leave'.
(b) Ħamrun - Hemm persuna fuq xogħol klerikali nieqsa, filwaqt li hemm messaġier żejjed, iżda dan hu persuna b' diżabilita'.
(c) Qormi - Persuna minnhom b'diżabilita'.
(d) Rabat - Persuna klerikali li dalwaqt tibda bil-'maternity leave'.
(e) Żabbar - Persuna minnhom b'diżabilita'.
(f) Żurrieq - Żewġ persuni b'diżabilita' fuq xogħol ħafif.
*Floaters
_________
Persuni li huma indikati bħala Floaters, għalkemm jirrapurtaw għax-xogħol fid-Distrett kif indikat, huma msejħa skond il-ħtieġa biex jagħmlu xogħol f'distretti oħra fejn ikun hemm xi nuqqas ta' staff.
1.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kif għandu l-ħsieb li jiċċelebra s-sena 1999 dedikata għall-anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Naħseb l-Onor. Interpellant jaf li f'April, 1998, taħt l-amministrazzjoni preċedenti, fuq istruzzjonijiet tal-United Nations, twaqqaf kumitat jismu 'National Focal Point', bl-iskop li jħejji programm għas-sena 1999, dedikata għall-anzjani. Dan il-kumitat, li fih hemm ukoll kważi l-membri kollha li kien hemm qabel, fis-26 ta' Ottubru, 1998, ta press conference li fiha ġie ppreżentat dokument, intitolat 'Working Document and Proposed Activities' li kopja tiegħu ser inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
1.12.98
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa ta' Welfare Services offruti mill-Ministeru u d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bħalissa?
Kemm hemm persuni li qegħdin jibbenefikaw minn kull wieħed minn dawn is-servizzi bħalissa, sena b'sena, mill-1990 'il hawn? Kemm kienet/hija l-ispiża nvoluta għal kull benefiċċju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Dipartimenti u l-Aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi u li joffru xi servizzi ta' 'welfare', kif ukoll it-tip ta' servizzi li joffru, huma dawk li jidhru hawn taħt:
(i) Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja u Programm Ħidma Soċjali (Social Welfare Development Programme)
'Social Work' relatat ma problemi fil-familja, tfal abbużati, nisa msawwta, 'probation' u 'fostering', kif ukoll persuni b'diżabilita' u l-familji tagħhom;
(ii) Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'
Servizzi varji lill-persuni b'diżabilita' u l-familji tagħhom;
(iii) 'Adult Training Centres'
Taħriġ u servizz ta' 'respite' għal matul il-jum għall-persuni adulti b'diżabilita';
(iv) Aġenzija Sedqa
Servizzi ta' prevenzjoni u kura fil-konfront ta' l-abbuż mill-alkoħol u d-droga;
(v) 'Occupational Health and Safety Unit' tad-Dipartiment tax-Xogħol
Servizz lill-ħaddiema għall-ħarsien tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol;
(vi) Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali
Servizzi fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali.
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, naħseb li l-Onor. Membru japprezza li x-xogħol meħtieġ sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba m'huwiex ġustifikat f'dan il-kuntest.
1.12.98
Dipartiment taż-Żgħażagħ U Sport — Bordijiet/Kumitati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il bord/kumitat li jaqgħu taħt id-Dipartiment taż-Żgħażagħ, Sport u Kultura ġew rikostitwiti?
F'dawk il-bordijiet/kumitati li l-membri u l-uffiċjali għadhom iżommu l-kariga li kellhom, ġew informati li jistgħu jkomplu bix-xogħol tagħhom wara li offrew ir-riżenja tagħhom? Jista'l-Ministru jelenka l-ismijiet ta' dawk il-persuni li ġew maħtura f'dawn il-bordijiet/kumitati li ġew appuntati wara Settembru 1998 u jgħid x'renumerazzjoni għandhom f'din il-ħatra?
Response (GALEA, LOUIS)
Mill-bordijiet li jaqgħu taħt id-Dipartiment taż-Żgħaġagħ u Sport, s'issa ġie rikostitwit il-Malta Racing Club Committee. Dan ġie ffurmat hekk:
Chairman - Is-Sur Paul Midolo
Segretarju - Is-Sur Alfred Ciangura
Rappreżentant tal-Gvern - Is-Sur Mario Meli
Membri - Ms Brigette Balzan
Is-Sur Dione Drago
Is-Sur Charles Farrugia
Is-Sur George Fenech
Is-Sur Emanuel Pace
Is-Sur Piju Saliba
Ms Simone Zammit Endrich
Wara l-ittra tal-ħatra, Ms Brigette Balzan infurmatni li ma kenitx tista' taċċetta din il-kariga għal din is-sena minħabba impenji oħra. Minflokha ġiet maħtura Ms Lucienne Cassar.
S'issa ebda wieħed mill-membri ta' dan il-Bord ma hu qed jieħu xi forma ta' remunerazzjoni.
L-unika Bord fi ħdan id-Dipartiment tal-Kultura li ġie rikostitwit huwa s-Song Festival Committee.
Il-prattika stabbilita hi li fejn u sakemm riżenji offruti f'dawn iċ-ċirkostanzi jiġu aċċettati, l-Kumitat/Bord konċernat għandu jkompli jiffunzjona b'mod normali kif fil-fatt qed jagħmlu l-Kumitati/Bordijiet li għadhom ma ġewx rikostitwiti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ laqa' d-Dipartiment tal-Konsumatur tul l-1998 s'issa? Kemm minnhom kienu ġustifikati u ngħataw raġun? X'passi ttieħdu kontra dawk li kisru l-liġi? Kemm kienu l-każi li ma kenux ġustifikati? Il-persuni li l-każ tagħhom ma ntlaqax ġew informati uffiċjalment mid-dipartiment?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul l-1998, s'issa d-Dipartiment tal-Konsumatur laqa' 669 każ. Minn dawn 314 kienu ġustifikati u ngħataw raġun.
Il-każi li ma kienux ġġustifikati kienu jammontaw għal 139. Dawk li l-każ tagħhom ma ntlaqax ġew infurmati uffiċjalment.
Jista' l-Ministru jgħid min huma t-tlett rappreżentanti tiegħu fil-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ? It-tlett membri li kienu appuntati ġew informati jekk humiex se jiġu appuntati mill-ġdid jew le?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tlett membri appuntati mill-Gvern kienu irriżenjaw skond il-proċeduri normali mal-bidla fil-Gvern. It-tlett rappreżentanti ġodda mistennija jiġu appuntati dalwaqt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti sena b'sena mill-1990 'l hawn in konnessjoni ma' inċidenti li saru in konnessjoni u/jew f'postijiet marbutin ma' attivitajiet sportivi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija dwar inċidenti li saru in konnessjoni u/jew f'postjiiet marbutin ma' attivitajiet sportivi bejn l-1990 u l-10 ta' Novembru, 1998, kien kif ġej : -
Sena 1990 1991 1992 1993 1994 1995 1996 1997 1998
Numru ta'
Persuni 40 52 51 79 103 99 69 61 32
30.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu quddiem l-qorti sena b'sena in konnessjoni ma' inċidenti f'festi reliġjużi fl-irħula tagħna sena b'sena mill-1990 'il hawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija b'konnessjoni ma' inċidenti waqt festi reliġjużi fl-irħula tagħna bejn l-1990 u l-10 ta' Novembru, 1998, kien kif ġej : -
Sena 1990 1991 1992 1993 1994 1995 1996 1997 1998
Numru ta'
Persuni 26 11 7 3 29 11 2 23 8
30.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imħarrka persuni sena b'sena mill-1990 'l hawn għal tfigħ ta' skart/imbarazz f'postijiet pubbliċi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni mħarrka mill-Pulizija dwar tfigħ ta' skart f'postijiet pubbliċi bejn l-1990 u l-10 ta' Novembru, 1998, kien kif ġej : -
Sena 1990 1991 1992 1993 1994 1995 1996 1997 1998
Numru ta'
persuni 19 39 23 45 23 56 31 16 14
30.11.98
Jikkonferma l-Ministru illi parti mid-dejn tal-Marsa Racing Club li ma jissemmiex fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 215 joħroġ minn kambjali li jammontaw għal madwar Lm25,000 fis-sena li kienu ġew iffirmati a favur ta' Polidano Brothers mill-kumitat ta' tmexxija tal-Marsa Racing Club immexxi mis-Sur Paul Midolo qabel is-26 ta' Ottubru, 1998 u li reġa' ġie appuntat chairman tal-Marsa Racing Club?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-dejn li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant huwa ta' l-ispiża li kienet saret biex isir l-uplifting meħtieġ tal-korsa u xogħlijiet oħra bħal paddocks, training area u l-pont għad-dħul tal-korsa.
Dan ix-xogħol sar wara li ntlaħaq ftehim bejn il-Kumitat u l-membri (sidien u ġerrejja) tal-Club. Kienu nġiebu esperti minn barra biex ix-xogħol seta' jsir fuq livell internazzjonali.
Il-kambjali ta' ħlas kienu hekk:
1. Lm23,800 - tħallset fit-30 ta' Awissu 1997
2. Lm22,440 - tħallset fl-1 ta' Novembru 1998
(kellha titħallas fit-30/8/98)
3. Lm21,080 - titħallas fit-30 ta' Awissu 1999
4. Lm19,720 - titħallas fit-30 ta' Awissu 2000
5. Lm18,360 - titħallas fit-30 ta' Awissu 2001
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kumitat ta' tmexxija tal-Marsa Racing Club qabel is-26 ta' Ottubru, 1996 taħt it-tmexxija taċ-chairman Paul Midolo, li l-Gvern issa reġa' daħħlu fl-istess kariga, naturalment kien waqqaf il-ħlas ta' Lm4000 kera fis-sena dovuta mill-Gvern għal madwar 10 snin u l-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien ħalla kollox għaddej?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex dan id-dejn ma jissemmiex fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 215 meta staqsejt x'dejn kellha l-Marsa Racing Club u meta ġie kkuntrattat?
Response (GALEA, LOUIS)
Nikkonferma li ma kienux saru ħlasijiet tal-kera dovuta lill-Gvern mill-Kumitat tal-Marsa Racing Club għal madwar 10 snin, b'deċiżjoni meħuda mill-Kumitat kollu u mhux biss miċ-Chairman. Informat li dak iż-żmien iċ-Chairman ma kienx is-Sur Paul Midolo.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 215 mill-Ministru; (i) jikkonferma l-Ministru li l-parti l-kbira tad-dejn dovut fil-Marsa Racing Club ġie kkuntrattat ossia ma baqax jiġi mħallas lura qabel s-26 ta' Ottubru, 1996 taħt it-tmexxija taċ-Chairman Paul Midolo u l-kumitat ta' dak iż-żmien; (ii) Jaf li minkejja dan il-Ministru reġa' ħatar lill-istess persuna fit-tmexxija tal-Marsa Racing Club u kważi n-nies kollha li kienu fl-istess kumitat qabel id-data fuq indikata, inkluż is-security/driver tal-Prim Ministru; (iii) fuq liema kriterju nħatar dan is-security/driver fuq dan il-kumitat mill-Gvern Nazzjonalista u x'inhuma l-kwalifiki tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Onor. Interpellant jaf tajjeb li d-dejn dovut fil-Marsa Racing Club ma ġiex ikkuntrattat kollu taħt it-tmexxija tas-Sur Paul Midolo u l-Kumitat ta' dak iż-żmien.
Kien is-Sur Midolo u l-Kumitat immexxi minnu li ħallas lura d-dejn li ħalla l-Kumitat ta' qabel u li dan kien qed jiswa lill-Club eluf ta' liri fis-sena. Qed nirreferi għas-somma ta' Lm45,000 li l-promuturi kienu għaddew b'self lill-Club. Dawn il-flus ma kienx ħariġhom il-Gvern imma d-dilettanti taż-żwiemel.
Il-Kumitat preżenti huwa kompost fil-maġġor parti tiegħu minn membri li huma sidien b'interess fit-tiġrijiet u fil-Club. Is-security/driver tal-Prim Ministru huwa sid u ilu żmien midħla tal-Marsa. Kull meta serva fil-Kumitat dejjem ta s-servizz tiegħu b'mod onest.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir iċ-ċerimonja kommemorattiva għall-familjari ta' dawk iż-żgħażagħ li ħallew din id-dinja tul din l-aħħar sena wara li din l-attivita' nżammet tul dawn l-aħħar sentejn? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid fejn se tinżamm l-attivita' u meta se tinżamm?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ċ-ċerimonja kommemorativa se ssir fis-27 ta' Novembru, 1998. L-ittri lill-familji ta' dawk iż-żgħażagħ li b'sufraġju għal ruħhom se ssir iċ-ċerimonja ilhom li ntbagħtu mill-bidu ta' Novembru.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Delegazzjonijiet - Żjarat barra minn Malta
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-Ministeru kkonċernat, inkluż is-Segretarjat Parlamentari, żaru barra minn Malta għal diskussjonijiet dwar ir-riativazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta fi ħdan l-Unjoni Ewropea? Fejn żaru d-delegazzjonijiet konċernati u ma' min iltaqgħu prinċipalment? Min kien jifforma d-delegazzjonijiet imsemmija? Kemm intnefqu flus għal dawn iż-żjarat? Xi frott u żvilupp ħallew dawn iż-żjarat?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Mill-elezzjoni 'l hawn, kien hemm erba' delegazzjonijiet li żaru barra minn Malta għal taħditiet dwar ir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Id-dettalji huma:
14 ta' Settembru
----------------
Vjenna mal-President tal-Kunsill tal-Ministri, Wolfgang Schussel. Il-Viċi Prim Ministru, Saviour Falzon, Kap tad-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea u Walter Balzan, Assistent tal-Ministru.
15 ta' Settembru
----------------
Ruma mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Lamberto Dini
Nefqa: LM2,357
-------
29 ta' Ottubru
--------------
Ministru ta' l-Istat għal-Affarijiet Barranin u l-Commonwealth, Joyce Quin. Is-Segretarju Parlamentari, Dr. Joe Borg, John Inguanez mid-Direttorat tal-Unjoni Ewropea u Elvia Agius, Assistent tas-Segretarju Parlamentari.
Nefqa: Lm438 (eskluż spejjeż tal-biljett ta' l-ajru)
-----
5 ta' Novembru
--------------
Il-Kummissarji tal-Unjoni Ewropea Marcelino Oreja, Franz Fischler, Emma Bonino u Mario Monti. Il-Viċi Prim Ministru, Saviour Falzon, Kap tad-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea u Charles Cremona, Assistent tal-Ministru
6 ta' Novembru:
----------------
Il-Kummissarju tal-Unjoni Ewropea, Hans Van den Broek
Nefqa: Lm1,400 (eskluż spejjeż tal-biljetti ta' l-ajru)
-------
11 ta' Novembru
----------------
Dublin mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, David Andrews. Il-Viċi Prim Ministru, Saviour Falzon, Kap tad-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea u David Casa, Assistent tal-Ministru
Nefqa għadha mhiex stabbilita
L-iskop ta' dawn iż-żjarat huwa li tiġi mfiehma l-posiżżjoni tal-Gvern Malti fil-kuntest tar-rijativazzjoni tal-applikazzjoni ta' Malta għas-sħubija fi ħdan l-Unjoni Ewropea u sabiex Malta tikseb l-appoġġ meħtieġ għar-reinseriment tagħha fil-proċess ta' sħubija fl-iqsar żmien possibli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema self employed f'pajjiżna? Jista'jgħid kemm minnhom huma fuq bażi full-time u part-time? X'żieda jew tnaqqis kien hemm fuq is-snin 1996 u 1997?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li n-numru ta' self-employed sa Settembru 1998 kien jammonta għal 15,381. Dan juri nuqqas ta' 387 fuq l-istess xahar tal-1996 u 91 fuq is-sena 1997.
L-istatistika dwar is-self-employed ma tiddistingwix bejn dawk full-time u dawk part-time.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ?
Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inkluż dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn?
Fil-każijiet kollha separatament jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej : -
Pożizzjoni u numru ta' Pożizzjoni u numru ta'
ħaddiema każwali ħaddiema bil-kuntratt
Tajpisti 7 Konsulenti 6
Barbier 1 Assistant Managers 3 Għalliema 12 Uffiċjali Korrettivi 120 Accounts Clerk 1 Senior Planning Officer 1 Accounts Executive 1 Unit Head 1 Ammonia Printer 1 Planning Officers 2 Secretarial Assistants 3 Executive Co-ordinator 1 Urban Design Executive 1 Chairman (BICC) 1 Telephone Operators 2 Manager 1
Ħadd minn dawn ta' hawn fuq ma ġie tterminat l-impjieg tiegħu. Iċ-Chairman hawn fuq imsemmi ta r-riżenja tiegħu u din ġiet aċċettata. Dan tħallas kumpens ta' Lm1820.25 ekwivalenti għal 3 xhur paga.
24.11.98