Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1247 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Aġenziji tar-reklamar

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Prim Ministru huwa responsabbli, jista' l-Prim Ministru: a) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; b) jagħti indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; c) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; d) jgħid kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; e) jagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; f) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; g) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; h) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija? Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar lill-istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad flokhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru l- informazzjoni mitluba.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Aġenziji tar-reklamar

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Viċi Prim Ministru huwa responsabbli, jista': a) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; b) jagħti indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; c) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; d) jgħid kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; e) jagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; f) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; g) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; u h) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija? Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar lill-istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad flokhom?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Il-Ministeru tiegħi ma kienx jeħtieġ li jingaġġa s-servizzi ta' aġenziji ta' reklamar fix-xahrejn bejn il-5 ta' Settembru u l-10 ta' Novembru 1998.
Leg 9 PQ #1249 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Aġenziji tar-reklamar

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista': (a) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; b) jagħti indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; c) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; (d) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; e) jagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; f) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; g) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; h) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija? Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar ta' l-istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad flokhom?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #1193 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Onestop shops

Question

B'riferenza għad-Diskors tal-President fl-okkażjoni tal-ftuħ tad-Disa' Parlament tal-24/10/98, jista' l-Prim Ministru jelabora x'tip ta' onestop shops qiegħed jikkonsidra li jwaqqaf u għal liema oqsma?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-pubbliku għandu d-dritt li jingħata servizzi pubbliċi bl- aktar mod effiċjenti u effettiv billi titnaqqas il- burokrazija żejda. Il-Gvern preżenti jemmen li, biex jintlaħaq dan il-għan, kull proċedura marbuta ma servizzi offruti mill-Gvern, għandhom jiġu riveduti bl-iskop li tinħoloq sistema ta' one-stop shops fejn jinqata l-bżonn li persuna jkollha tmur għand diversi uffiċjali biex tinqeda. Il-prinċipju huwa li d-dipartimenti tal-gvern jibdew jikkolaboraw aktar ma xulxin u per konsegwenza, ikunu f'pożizzjoni aħjar biex joffru servizz aktar komplut lil min jiġi bżonnu. F'dan il-proċess, it-teknoloġija tista tħaffef it-tqassim ta' l-informazzjoni madwar is-Servizz Pubbliku. Kien għalhekk li l-Gvern immexxi minni sal-1996, introduċa fuq skala kbira l-Informatika fis-Settur Pubbliku. Illum id- dipartimenti tal-Gvern ġew kollegati ma xulxin permezz tas- sistema msejħa MAGNET (Malta Government Network). Irrid ngħid li l-kabinett għadu kemm approva Pjan Strateġiku għall-operat aħjar ta' l-Informazzjoni, fejn hemm imfassla pjanijiet kif: Ma tibqax il-ħtieġa għall-pubbliku li jintalab ċertifikat tat-twelid, taż-żwieġ jew tal-kondotta u ċertifikati oħra li huma faċilment aċċessibbli għas-Servizz Pubbliku elettronikament, permezz tas-sistema hekk msejħa - Common Database (CDB); Ċertu nformazzjoni mid-dipartimenti tal-Gvern tkun tinkiseb b'kompjuter personali mid-dar jew minn xi lokal qrib iċ-ċittadin. Se jsir studju fuq l-użu ta' Smart Cards bħala dik it-teknoloġija li twassal biex servizz pubbliku jiġi mogħti permezz ta' magni awtomatiċi bħalma nsibu fil-Banek; Il-ftuħ għall-aċċess b'mod kontrollat għall-MAGNET lil individwi jew organizzazzjonijiet li jistgħu jibbenifikaw minn xi servizzi jew informazzjoni li jistgħu jinkisbu bmod elettroniku. Per eżempju, aċċess lin-nutara għal ċerti dokumenti mir-Reġistru ta' l-Artijiet, aċċess lil individwi għall-informazzjoni maħruġa mid-DOI, aċċess biex wieħed ikun jista iressaq ilmenti lid-dipartimenti konċernati, u proġetti oħrajn. Il-prospetti ta' żvilupp f'dan il-qasam huma kbar. L-introduzzjoni ta' kummerċ u negozju b'mezz elettroniku sabiex jissaħħu u jitqarrbu r-relazzjonijiet bejn id- Dipartiment tad-Dwana u n-negozjanti. Pass ieħor lejn it-twaqqif ta' dan il-kunċett huwa d-delega ta' funzjonijiet lill-Kunsilli Lokali. Din għandha gradatament tikber f'oqsma oħrajn bħall-amministrazzjoni tal-libreriji lokali; ta' ċerti liċenzji tan-negozju, ta' formoli li jinħtieġu jintlew, ta' tagħrif li jingħata mill- Gvern, u oħrajn. Fi kliem ieħor dan il-Gvern ser ikompli jinkoraġġixxi d-devoluzzjoni tal-poteri lill-Kunsilli Lokali, biex il-pubbliku jkun jista jingħata servizz aħjar u aktar mill-qrib mingħajr dewmien bla bżonn. B'hekk il-Gvern ser jiżgura, li l-għan ta' kull inizjattiva ta' riforma f'kull settur tas-servizz pubbliku, ikun ibbażat fuq il-prinċipju li l-pubbliku jiġi moqdi dejjem aħjar, fl-iqsar żmien possibbli u mingħajr ħela ta' ħin lill-individwu.
Leg 9 PQ #1194 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Persuni self-employed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bħalissa persuni li qegħdin jaħdmu bħala self-employed? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' dawn il-persuni skond il-professjoni tagħhom, per eżempju, tobba, avukati, eċċ u/jew skond is-sengħa tagħhom, per eżempju, electricians, panel beaters, eċċ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li n-numru ta' persuni li qegħdin jaħdmu bħala self-employed sa Settembru 1998 kien ta' 15,381. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #1195 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern tiegħu huwiex jagħti każ tal-prinċipju ta' rappreżentanza: a) żagħżugħa; u b) femminili fuq il-bordijiet tal-Gvern u entitajiet parastatali? Jekk fl-affermattiv, fuq liema kriterji qed jimxi jekk għandu? Jekk fin-negattiv, dan ifisser li kemm iż-żgħażagħ kif ukoll in-nisa m'għandhomx ikollhom rwol akbar u dirett fid-deċiżjonijiet ta' tmexxija f'pajjiżna? Jekk jaqbel ma' dawn il-prinċipji, jista' l-Prim Ministru jsostni l-pożizzjoni tiegħu b'riferenza għall-ħatriet li saru s'issa mill-Gvern tiegħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nemmen li l-kriterji ewlenin għal ħatriet fuq bordijiet għandhom ikunu dawk imsemmija fit-tweġiba għall- Mistoqsija Nru 788. B'dana kollu meta jsiru n-nomini tingħata attenzjoni li nisa u żagħżagħ li jikkwalifikaw jiġu wkoll nominati.
Leg 9 PQ #1196 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Persuni self-employed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġi assigurat li ma jkunx hemm kompetizzjoni nġusta fil-konfront ta' sidien ta' self-employed żgħar li jagħmlu xogħol ta' tiswija ta' vetturi u biex dawn ma jiġux imwarrba minn dan it-tip ta' xogħol, peress li jidher li qed isiru taħdidiet bejn l-Insurance Association u importaturi ta' għodod għal tali tiswija bl-involviment ta' sidien ta' garaxxijiet kbar? Jaf il-Ministru li qed jiġi allegat li qed isir tentattiv li jintlaħaq ftehim ta' ħtieġa ta' ċerti għodod kbar għat-tiswija tal-karozzi li mhux neċessarjament bżonnjużi għas-sengħa iżda li jekk tiġi aċċettata jeskludi diversi self-employed żgħar f'dan il-qasam mili jidħlu għal xogħol ta' inċidenti marbutin ma' insurance claims?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onor. Interpellant qed jiġi mistħarreġ.
Leg 9 PQ #1197 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Bordijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 788, fejn il-Prim Ministru stqarr hekk: "ma jidhirlix li għandi nsemmi r-raġunijiet għaliex ċerti persuni jitneħħew minn fuq bordijiet. Huwa dritt ta' kull gvern li .... jaħtar nies .... li jkollu l-fiduċja fihom.". Dan ifisser li l-Prim Ministru qed jgħid li dawk kollha li tneħħew jew ma ġewx rikonfermati fuq bordijiet tal-gvern mhumiex persuni ta' fiduċja għall-Gvern tal-ġurnata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Onorevoli Membru għoġbu jagħti każ biss ta' parti mit- tweġiba u għalhekk, jiddispjaċini ngħid, wasal għal konklużjoni żbaljata.

Sigurta' Soċjali — CSA's

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 608 mogħtija lill-kollega tiegħi, fejn ingħad li ġew impjegati 3 CSA's ġodda mill-Elezzjoni 'il hawn, jista' l-Ministru jgħid meta u jekk ħarġitx call for application u jekk ħarġet, meta dehret fil-Gazzetta tal-Gvern? Jista' l-Ministru jgħid minn liema lokalitajiet huma t-tlett individwi nvoluti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B'riferenza għat-tlett C.S.A.'s imsemmija fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 608, dawn ġew impjegati minn waiting list. Huma joqgħodu l-Imġarr, St. Andrews u l-Kalkara rispettivament. 4.12.98

Sigurta' Soċjali — Ħlas ta' N.I.

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bħalissa persuni (ditti u individwi separatament) li qegħdin iħallsu xi forma ta' National Insurance?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-preżent hemm 6,342 ditta u 14,196 persuna li jaħdmu għal rashom, li qed iħallsu xi forma ta' kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali. 3.12.98
Leg 9 PQ #1188 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm income tax arrears dovuti lill-Gvern bħalissa? Jista' jgħid kemm minn dawn l-arretrati ilhom dovuti: aktar minn 8 snin; aktar minn 7 snin; aktar minn 6 snin u tkompli l-istess sas-sena kurrenti? Kemm hu ż-żmien ta' preskrizzjoni għal azzjoni legali biex jinġabru dawn l-arretrati mill-Gvern tal-ġurnata?

Response (DALLI, JOHN)

Skond l-assessments li ħarġu sas-16 ta` Novembru, 1998, jidher li hemm Lm166,096,973 dovuti lill-Gvern taħt arretrati ta` taxxa fuq id-dħul. Dan l-ammont jinkludi wkoll taxxa fuq kontijiet taħt oġġezzjoni (tax in dispute) fosthom numru kbir ta` stima `ex officio` u l-penali goffi li kienu ħarġu magħhom u li soltu jiġu mneħħija (fil-każijiet ta` Dikjarazzjoni spontanja) jew f`każijiet oħra mnaqqsa għall-ammont nominali meta l-oġġezzjoni tingħalaq. L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija qed tingħata f`Tabella A. Tabella A Arretrati ta` taxxa fis-16 ta` Novembru 1998 skond id-data meta ġie dovut il-ħlas. Ammont Dovut Aktar minn 8 snin Lm45,731,946 Aktar minn 7 snin Lm4,771,929 Aktar minn 6 snin Lm7,207,474 Aktar minn 5 snin Lm4,830,900 Aktar minn 4 snin Lm15,409,422 Aktar minn 3 snin Lm12,695,745 Aktar minn sentejn Lm17,900,985 Aktar minn sena Lm26,357,377 Sena jew anqas Lm31,191,195 Total Lm166,096,973 Kif għedt f`risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1212 kontra dan il-bilanċ hemm ammont ta` Lm199 miljun f`taxxa li tħallset għal snin li għad ma ħarġux l-assessment għas-sena ta` stima relattiva. Ir-riżultat jista` jkun bilanċ dovut lill-Gvern jew bilanċ dovut lit-taxpayer. Skond l-artiklu 47 ta` l-Att ta` l-1994 dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa, jistgħu jittieħdu passi għall-ħlas tat-taxxa f`kull żmien, f`perijodu ta` tmien snin mid-dati li fiha l-istima tat-taxxa ssir finali u konklussiva. It-terminu għall-preskrizzjoni jkun miksur b`kull att ġudizzjarju preżentat mill-Kummissarju qabel ma jagħlaq dak it-terminu.

Sigurta' Soċjali — Ħlas ta' N.I.

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa persuni/individwi u ditti li qegħdin lura aktar minn 8 snin, 7 snin, 6 snin u tkompli l-istess sas-sena kurrenti fil-ħlas lill-Gvern tal-kontribuzzjonijiet tan-National Insurance? Kemm huma l-ammonti ta' flus involuti għal kull sena msemmija? Għal kull sena, kemm minn dawn l-ammonti huma tal-parti ta' l-employer u kemm ta' l-employer? Kemm hu ż-żmien ta' preskrizzjoni għal azzjoni legali biex jinġabru dawn l-arretrati mill-Gvern tal-ġurnata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena infurmat li sallum mhux possibbli li tinżamm statistika aġġornata dwar dawk il-kumpaniji li qegħdin lura fil-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali. Fost id-diversi raġunijiet, għaliex mhux possibli li tinżamm din l-istatistika hemm dawn ir-raġunijiet: 1. Għalkemm kumpanija li tkun qed topera, tiġi identifikata meta tonqos milli tħallas il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali dovuti, l-ammont dovut ma jistax jiġi stabbilit qabel ma jkun hemm konferma mill-istess kumpanija dwar in-numru ta' impjegati li jkunu ħadmu magħha fis-sena partikolari, u l-pagi bażiċi, ta' kull wieħed minn dawn l-impjegati. Dan jiġri għaliex ħafna drabi kumpanija li tkun waqgħet lura fil-ħlas tal-kontribuzzjonijiet, tnaqqas in-numru ta' impjegati tagħha. 2. Għalkemm kumpanija tkun tidher li qegħda lura fil-ħlas, jiġri wkoll li din tkun ġiet likwidata u d-Dipartiment ma jkunx ġie avżat b'dan. 3. JIġri wkoll li kumpanija tibdel l-attivita' tagħha, kif ukoll l-isem li bih tkun qed topera, u b'hekk tingħata numru ġdid ta' reġistrazzjoni (Numru tal-P.E.). F'dan il-każ, għalkemm il-kumpanija tidher li waqfet tħallas, fil-fatt il-pagament ikun qed isir fuq in-numru l-ġdid. Tajt struzzjonijiet biex is-sistemi komputeriżżati li fuqhom jiġi reġistrat il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet li jsir lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni jiġu aġġornati b'mod li l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant tinżamm fi statistika aġġornata. Iż-żmien ta' preskrizzjoni għall-azzjoni legali biex ikunu jistgħu jinġabru l-arretrati dovuti huwa ta' tletin sena. 3.12.98
Leg 9 PQ #1190 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni: a) taħt l-20 sena; u b) 'il fuq minn 60 sena fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin bħalissa? Jeżisti xi forma ta' trattament differenti marbut ma' l-eta' żagħżugħa/anzjanita' f'din il-Faċilita'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fit-18 ta` Novembru, 1998, in-numru ta` priġunieri taħt l-20 sena fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin kien ta` 10. Kien hemm ukoll priġunier ieħor, taħt l-20 sena, li kien qiegħed bil-Prison Leave mal-Caritas. Fl-istess data, in-numru ta` priġunieri `l fuq minn 60 sena kien ta` 2. Fil-Faċilita` hemm diviżjoni għall-Juveniles u jitqiegħdu fiha, fuq il-parir tal-psikologu u l-psikjatra tal-Habs, żgħażagħ ta` bejn is-16 u l-21 sena li jkunu first time offenders. Fil-każ ta` priġunieri anzjani, ma hemmx trattament differenti. 03.12.98
Leg 9 PQ #1191 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni taħt l-influwenza ta' l-alkoħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm instabu nies ħatja li saqu vetturi taħt l-influwenza ta' l-alkoħol, sena b'sena, mill-1990 'il hawn? Kemm inġabru multi mill-Gvern kull sena f'dawn il-każijiet? Kemm kien hemm persuni fl-istess perjodu wkoll, sena b'sena, li ġew sospiżi milli jsuqu vettura għall-perjodu ta' żmien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar l-ewwel u t-tielet parti tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li l-Pulizija ma żżommx statistika dwar it-tagħrif mitlub. 03.12.98
Leg 9 PQ #1192 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twettqu reati/kontravenzjonijiet u irregolaritajiet li jmorru kontra r-regolamenti tal-Ħabs, sena b'sena, mill-1990 'il hawn minn internati fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, minn Mejju ta' l-1994, meta bdiet tinżamm statistika dwar reati, u ksur tar-Regolamenti tal-Ħabs minn priġunieri, l-informazzjoni mitluba, sena b'sena hi kif ġej : - SENA NUMRU ---- ----- 1994 (Mejju-Diċembru) 223 1995 746 1996 1177 1997 1387 1998 (sal-10 ta' Novembru) 925 03.12.98
Leg 9 PQ #1181 Sitting 19 1998-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Provisional capital gains tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret provisional capital gains tax, sena b'sena, minn meta ġiet introdotta din il-forma ta' tassazzjoni minn Gvern Nazzjonalista 'il hawn? Kemm minn dawn it-totali nġabru in konnessjoni ma' trasferimenti: a) ta' proprjeta' immobbli inter vivos; b) ta' proprjeta' immobbli causa mortis; u c) ta' ishma/stocks jew assi simili?

Response (DALLI, JOHN)

Minn meta ġiet introdotta t-taxxa fuq qligħ kapitali fil-25 ta` Novembru 1992, taxxa proviżorja miġbura minn din il-forma ta` tassazzjoni kienet din: Sena Bażi Ammont Lm 1992 7,029 (25\12\92 - 31\12\92 1993 2,716,687 1994 5,616,568 1995 8,061,020 1996 6,033,446 1997 5,729,045 1998 4,449,271 (1\1\98 - 31\10\98) L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija mhuz possibbli li tingħata għaliex il-pagamenti dwar ħlas proviżorju tat-taxxa kapitali ma jiġux rekordjati skond it-tip ta` trasferimenti iżda taħt taxxa minn qligħ kapitali (CGT).
Leg 9 PQ #1182 Sitting 19 1998-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kooperattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kooperattivi bħalissa f'pajjiżna? Kemm twaqqfu kooperattivi, sena b'sena, mill-1990 'il hawn?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #1183 Sitting 19 1998-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Ħlas ta' taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu każijiet pendenti quddiem il-Qrati ta' Malta u Għawdex kif ukoll quddiem tribunali dwar kwestjonijiet marbutin mal-ħlas/ġbir/refunds ta' taxxi? X'tip ta' taxxa hija nvoluta f'kull każ, per eżempju, suċċessjoni/income tax/CET/levies, eċċ?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta` każijiet pendenti quddiem il-Qrati u Tribunali huwa kif ġej: Qrati Tribunali Dwar Taxxa fuq id-Dħul 97 56 Dwar Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti 3 45 Dwar Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni 1 11 Dwar Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa (CET) 1 189 Dwar Taxa fuq Valur miżjud (VAT) 23 1,100 Dwar Expenditure Levy 6 5 Dwar evażjoni\pagament ta` dazju dovut 263 --

Sigurta' Soċjali — Kontribuzzjonijiet tan-N.I.

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu każijiet pendenti quddiem il-Qrati ta' Malta/Tribunali relattivi għal ġbir ta' arretrati fil-ħlasijiet tal-kontribuzzjonijiet tan-National Insurance?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għad-domanda Parlamentari Nru. 64 li fiha ingħatat l-informazzjoni mitluba. 2.12.98
Leg 9 PQ #1185 Sitting 19 1998-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Rifużjoni ta' taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm individwi u ditti separatmaent li għandhom jirċievu refunds ta' taxxa mħallsa żejda, sena b'sena, mill-1990 'il hawn? Kemm huma l-ammonti dovuti għal kull sena msemmija?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni mitluba qed tiġi murija fit-tabelli A u B. Tabella A Refunds dovuti fuqħlas żejjed ta` taxxa fuq id-dħul mill-1990 `l hawn: Sena ta` Individwi Kumpanniji Total Stima Numru Ammont Numru Ammont Numru Ammont 90 228 93,537 36 104,840 264 198,377 91 143 85,944 24 85,251 167 171,195 92 237 108,635 20 41,026 257 149,661 93 464 328,180 34 208,324 498 536,504 94 1,053 446,474 46 177,250 1,099 623,724 95 2,994 1,747,260 123 1,082,716 3,117 2,829,976 96 5,689 2,639,615 196 1,274,826 5,885 3,914,441 97 23,924 5,650,665 456 2,071,672 24,380 7,722,337 98 223 128,816 39 160,570 262 289,386 99 68 45,395 3 1,676 71 47,071 Total 35,023 11,274,521 977 5,208,151 36,000 16,482,672 Dan juri refunds dovuti dwar kontijiet li ġew assessjati sas-16 ta` Novembru 1998. Tabella B Talbiet ta` ħlas lura ta` taxxa (refunds) fuq dokumenti u trasferimenti mill-1990 `l hawn. Sena Numru ta` Talbiet L-Ammonti Dovuti 1993 12 7,400 1994 10 6,000 1995 22 13,400 1996 25 17,500 1997 13 10,400 1998 37 24,100 Dawn it-talbiet kollha jikkonċernaw individwi ħlief talba waħda biss li tikkonċerna kumpannija li għamlet it-talba fl-1997.