Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mhux qed ikun hemm caretakers mal-latrina li hemm fil-pjazza ta' Raħal Ġdid, u qed ikun hemm ħmieġ u ntejjen b'mod regolari skond ma ġie rrapurtat lili?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-applikazzjoni mill-boy scouts biex tiġi mgħoddija lilhom il-lotterija fi Triq F M Ferretti, l-Qajjenza fil-limiti ta' Birżebbuġia?
Response (GALEA, LOUIS)
Nissuġġerixxi lill-Onor. Membru jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ta' l-Intern u Ambjent.
Jista' l-Ministru jara li jitweħħlu xi lampi fit-Triq l-Isqof Pietru Pace Abela Paola li tinsab mingħajr bozza waħda tul it-triq kollha għad-detriment tar-residenti?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex persuna tkun tista' tixtri sit ta' qabar? Jista' jgħid kemm hemm applikanti għax-xiri ta' oqbra f'pajjiżna, ċimiterju ċimiterju iżda b'mod speċjali fiċ-ċimiterju ta' Maria Addolorata fil-limiti ta' Raħal Ġdid?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-proċeduri għal xiri ta' oqbra hija hekk: formoli relattivi jistgħu jinġiebu mill-Uffiċċju ta' l-Addolorata jew mit-taqsima tar-Registry tad-Dipartiment tas-Saħħa, l-Belt Valletta. Wara li jimtlew, il-formoli għandhom jintbagħtu lill-imsemmijja taqsima tar-Registry jew direttament fl-uffiċċju taċ-ċimiterju ta' l-Addolorata. L-applikazzjonijiet jiġu reġistrati waħda waħda kif jidħlu w jiġu nnumerati.
Meta jkun hemm oqbra vakanti lesti għal bejgħ, l-applikanti jiġu msejħa permezz ta' ittra formali skond kif jidhru fil-lista. Jingħatalhom sit indikat lilhom b'numru, u jiġu riferuti għand nutar tal-Gvern għall-kuntratt.
In-numru ta' applikazzjonijiet pendenti sa llum huwa kif jidher hawn taħt.
Ċimiteru (Malta)
Addolorata 2032
Ħaż-Żebbuġ 182
Mosta 418
Rabat 596
Ta' Braxia 88
Mġarr 16
Kalkara 26
Mellieħa 21
Qormi 184
Burmarrad 261
Awtorita` ta' l-Ippjanar — Gudja - Trieq Rużar Briffa
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar dwar il-formazzjoni tat-triq ġdida fi Triq William Baker kantuniera ma' Triq Rużar Briffa fil-Gudja peress li jidher li hemm xi nuqqas ta' qbil mal-linji tat-triq in kwestjoni bejn residenti fl-inħawi? Jista' jpoġġi kopja tal-pjanta rilevanti għall-formazzjoni ta' din it-triq kif approvata mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-allinjament tat-triq fi Triq William Baker kantuniera ma` Triq Rużar Briffa fil-Gudja, hu bħalissa soġġett għall-applikazzjoni ta` "Planning Control" (PC 38/01), fejn qed tintalab, li dan l-allinjament jibqa` kif bħalissa hu mibni, minħabba li din tinsab f`Żona ta` Konservazzjoni Urbana.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni illi mhux qed ikun hemm kennies regolari fi Triq iċ-Ċimiterju, Raħal Ġdid? Jista' jivverifika kemm ilu ma jmur kennies f'din it-triq peress illi ġie rrapportat lili li kien hemm xi okkażjonijiet uniċi biss?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru. 31949, jista' l-Ministru jgħid liema strumenti kienu jdoqqu is-6 mużiċisti li spiċċaw minn mal-Orkestra Nazzjonali u liema strumenti jdoqqu dawk li ġew impjegati ġodda matul il-perjodu rilevanti? Jista' wkoll jgħid minn kienu l-guest conductors li mexxew l-Orkestra Nazzjonali matul l-istess perjodu u jekk ir-renumerazzjoni tagħhom hijiex fissa?
Response (GALEA, LOUIS)
Ta' min jiċċara illi r-risposta preċedenti minni mogħtija għall-mistoqsija Parlamentari numru 31949 kien fiha xi impreċiżjonijiet. Minflok "spiċċaw sitt mużiċisti u ġew impjegati sitt mużiċisti ġodda" ir-risposta kellha tkun "spiċċaw tmien mużiċisti u ġew impjegati erba' mużiċisti ġodda". Ir-risposta preċedenti ħarġet inkorretta bi żvista minħabba illi:
* il-figura ta' sitt mużiċisti li spiċċaw minn ma' l-Orkestra Nazzjonali
kienet tkopri biss il-perjodi 2000 u 2001; u
* 'is-sitt mużiċisti ġodda' kellha tiġi i'sitt impjegati ġodda'
(erba' mużiċisti, Finance Officer u Executive Officer).
Għaldaqstant, informat li t-tmien mużiċisti li spiċċaw minn ma' l-Orkestra Nazzjonali kienu jdoqqu: 1 - Flawt, 2 - Obwe, 4 - Vjolin u 1 - Kuntrabaxx. L-erba' mużiċisti li ġew impjegati ġodda kienu: 2 - Obwe, 1 - Vjolinċell u 1 - Kuntrabaxx.
Informat ukoll li Guest Conductors li dderiġew l-Orkestra Nazzjonali matul il-perjodu Ottubru 1998 - Frar 2002: hu kif se nsemmi:
Attard Colin Maier Wilfreid
Butcher Jonathan Maw Stephen
Chircop Alan Monteil Vincent
Ciardi Paolo Muscat Christopher
Clement Rene` Oliver Munroe Charles
Davies Ian Salmieri Eraldo
Deakin Richard Sammut Joseph
Flaadt Gerhard Schembri Brian
Galea John Stark Peter
Laus Michael Vella Joseph
Lombardini Danilo Watson Stephen
Ir-Remunerazzjoni ta' dawn il-'guest conductors' mhix waħda fissa, u din tvarja skond it-tip ta' kunċert.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema tal-gvern jistgħux jaħdmu xogħol ieħor part-time?
Jekk fl-affermattiv x'inhuma l-kriterji mitlubin minn dawn il-persuni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-impjegati kollha tal-Gvern jistgħu jagħmlu xogħol “part-time” barra mill-ħin normali tax-xogħol tagħhom mal-Gvern, ħlief dawk li huma preklużi milli jagħmlu dan fl-ittra tal-ħatra tagħhom.
Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu segwiti mill-impjegati tal-Gvern biex jagħmlu xogħol “part-time”, huma li:
a) Jitolbu permess minn qabel migħand is-Segretarju Permanenti tagħhom;
b) Jinfurmaw lill-kap tagħhom dwar kull konflitt ta’ interess li jista’ jkun hemm bejn ix-xogħol privat u dak uffiċjali;
c) Ix-xogħol “part-time” ma jsirx waqt il-ħin tax-xogħol;
d) Wara li jkun ingħata l-permess, jibqa l-obbligu għall-impjegati li jinfurmaw lis-Segretarju Permanenti tagħhom, fi żmien ġimgħa, b’xi konflitt ta’ interess li jista’ jkun hemm jew li jista’ jinqala’.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-Awtorita' tad-Djar matul is-sena li għaddiet dwar ksur minn residenti f'appartamenti tal-Gvern (jew f'appartamenti li nxtraw mingħand il-gvern) ta' regolamenti marbutin ma' dawn l-appartamenti u b'mod partikolari dwar:
a) iż-żamma ta'
pets
fl-appartamenti;
b) għeluq ta' gallariji (fuq barra);
c) obstructions fil-partijiet komuni tal-blokk, separatament?
X'passi ittieħdu f'dawn il-każi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ma żżommx statistika dwar l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija.
Meta jkollha lmenti dwar ksur mill-inkwilini ta' regolamenti marbutin mal-kiri jew xiri ta' appartamenti tal-Gvern, l-Awtorita' tirreferi dawn l-ilmenti lid-Dipartiment jew l-entita' konċernata bħal ma huma d-Dipartiment ta' l-Artijiet, id-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali, d-Dipartiment tas-Sanita', d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar jew l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, skond il-każ.
Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir biex it-turġien ta' Blokk A, Ċentru Ċiviku, Triq l-Arkata, Paola li huma miksijin bl-irħam jinbidlu b'turġien apposta kontra ż-żlieq peress illi l-partijiet komuni ta' l-flats huma fuq barra u b'hekk meta tagħmel ix-xita dawn isiru ferm perikolużi u mhux l-ewwel darba wkoll li jkun hemm inċidenti fejn iweġġgħu ir-residenti jew il-viżitaturi li jkun hemm f'dan il-blokk?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-alba ta' l-Onor. Intwerpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa
Jista' l-Ministru jgħid meta, fejn u meta huwa maħsub li tiġi riallokota il-REMPEC tan-Nazzjonijiet Uniti li hemm f'Manoel Island minħabba l-proġett ta' Manoel Island?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-kuntratt li sar bejn il-Gvern u l-VISET Malta plc jieħu ħsieb biex l-uffiċini tar-Rempec jiġu reallokati minn Manoel Island għall-Marsa fis-sit magħruf bħala l-Ex Gas Works. F'dan is-sit il-VISET Malta plc intrabtet li tibni wkoll l-uffiċini għall-Malta Maritime Authority kif ukoll uffiċini oħra relatati mal-port. Hu maħsub li r-Rempec ikunu reallokati f'dawn l-uffiċini fi żmien 36 xahar mill-iffirmar tal-kuntratt mal-VISET Malta plc li sar fit-22 ta' Novembru 2001.
Jista' l-Ministru jgħid meta għandha tiġi ppubblikata l-legal notice in konnessjoni ma' l-aħħar ftehim kollettiv li kien sar għall-ħaddiema fis-settur pubbliku biex jirregola l-pensjoni ta' dawk li kienu ngaġġati fis-Servizz Pubbliku qabel is-sena 1979? Jista' jgħid kemm huwa kkalkulat li din il-miżura sejra tqum għall-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għandna parir li t-tibdil meħtieġ ma jistax isir b'avviż legali imma jeħtieġ liġi. Din qeda tiġi finalizzata.
Peress illi l-Ministru rrefera l-kwestjoni lill-Ministru ta' l-Intern dwar meta hu maħsub li titressaq fil-Parlament ir-risoluzzjoni dwar it-trasferiment tat-titolu tal-Marsa Sports Clubs, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 32185?
Response (BORG, TONIO)
Il-Kabinett iddeċieda fi Frar 2002 li jagħti titolu lil Club. Ir-riżoluzzjoni sabiex il-grounds fil-Marsa jiġu trasferiti b`titolu lill-Marsa Sports Club ser titressaq fil-Parlament dalwaqt. Il-Club ġie infurmat b`dan; bid-deciżjoni se tiġi solvuta problema li ilha pendenti żmien twil.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħlu rapporti minn residenti li Raħal Ġdid dwar għajjat mil-Moskea ta' Raħal Ġdid li Triq Kordin li laħaq kien qed isir mill-5 sat-8 ta' filgħodu mingħajr waqfien?
X'follow up sar dwar dawn l-ilmenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi għal xi żmien il-Pulizija ta` Raħal Ġdid kellha ilmenti anonimi permezz tat-telefon dwar għajjat u storbju ieħor li kienu ġejjin mill-Moskea ta` Raħal Ġdid. Minn stħarriġ li għamlet il-Pulizija irriżulta li l-public address system li kienet qed tintuża kienet għadha kemm ġiet installat u min kien qed jopera l-apparat ma kienx midħla fl-użu ta` l-istess apparat. Ninsab infurmat illi fil-preżent dawn l-ilmenti waqfu.
Jista' l-Ministru jara li titrenġa r-railing miksura u nieqsa li hemm fit-taraġ ħdejn il-flat 6, Blk A Dr A Triq Tursin il-Bir, Sta. Luċija peress illi huwa faċli li jaqgħu tfal żgħar minn ġo dan li stain railing?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru b'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal PQ 31951, jista' l-Ministru attwalment jgħid x'progress konkret kien hemm mill-1997 sa llum - kważi 5 snin wara apparti ż-żjara fi Viareggio li saret minn Delegazzjoni Maltija?
Jista' jelabora dwar din iż-żjara?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Folklor waqt li hi favorevoli għall-idea ta' aktar kollaborazzjoni bejn l-ibliet Mediterranji tal-Karnival ma' tħossx li għandha tieħu l-inizzjattiva u responsabilita` ta' l-inizzjattiva għal diversi raġunijet. Ta' min isemmi li xi snin ilu l-Kumitat tal-Karnival Malti ġie mistieden jattendi laqgħa għal dan il-għan ġo Patras, il-Greċja.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, informat li din iż-żjara saret regolari kull sena li jmorru Viareggio, karrista magħżul bil-polza, ir-Reġina Maltija tal-Karnival flimkien ma' żewġ uffiċċjali fuq stedina tal-Kumitat ta' Viareggio. Waqt din iż-żjara reġgħet ġiet diskussa l-possibilta` ta' aktar kollaborazzjoni fil-qrib.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru. 31949, jista' l-Ministru jgħid liema strumenti kienu jdoqqu is-6 mużiċisti li spiċċaw minn mal-Orkestra Nazzjonali u liema strumenti jdoqqu dawk li ġew impjegati ġodda matul il-perjodu rilevanti? Jista' wkoll jgħid minn kienu l-guest conductors li mexxew l-Orkestra Nazzjonali matul l-istess perjodu u jekk ir-renumerazzjoni tagħhom hijiex fissa?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha performances uffiċjali l-Orkesta Nazzjonali matul is-snin 1997, 1998, 1999, 2000 u 2001 separatament? X'introjtu kellha l-Orkestra Nazzjonali matul l-istess snin separatament minn entitajiet li qabbdu l-orkestra tagħmel xi performances?
Response (GALEA, LOUIS)
Lista bil-'performances' uffiċjali ta' l-Orkestra Nazzjonali matul is-snin 1997, 1998, 1999, 2000 u 2001 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għal-mistoqsija parlamentari nru. 31413, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija in konnessjoni ma' Blokk C, Triq Ġananton Tanti (u mhux Jonathan Tanti kif deher) f'Ħal Tarxien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li l-Awtorita' rċeviet applikazzjoni għall-installar ta' lift fi Blokk C, Triq Ġananton Tanti, Tarxien.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru. 31412, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-11 il-blokk fejn inbeda jew tlesta x-xogħol infrastrutturali meħtieġ biex jiġu installati lifts? Jista' l-Ministru jgħid kemm attwalment twaħħlu lifts ġodda li qegħdin joperaw bħalissa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-lift fi Blokk 5 Triq il-Fosos Florinana ġie nstallat kif ukoll imħaddem. Iċ-ċwievet tal-lift ser jingħataw lir-residenti applikanti hekk kif ikun iċċertifikat mill-engineer.
Tlesta x-xogħol strutturali u nbeda wkoll ix-xogħol ta' stallazzjoni tal-makkinarju tal-lift f'dawn il-blokki:
80 Triq il-Merkanti Valletta
Blokk A2 Triq Sir Ugo Mifsud
18 Triq Sant'Anna Floriana
24 Triq Sant'Anna Floriana
39 Triq Sant'Anna Floriana
104 Triq il-Kapuċċini Floriana
S'issa nbeda x-xogħol strutturali f'dawn il-blokki:
4 Triq il-Punent Valletta
Blokk A Triq Annetto Caruana Tarxien
Blokk D1 Housing Estate Ta' Xbiex
Blokk D3 Housing Estate Ta' Xbiex
Blokk E3 Housing Estate Ta' Xbiex
85 St Nicholas Street Valletta
88 Merchants Street Valletta.