Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji għoliet il-passengers' handling fee mill-MIA b'Lm1 fuq kull passiġġier li jgħaddi mill-ajruport ta' pajjiżna? Kif ma saret l-ebda riferenza għal din iż-żieda fid-diskors tal-budget għal din is-sena? Kemm hu kkalkolat li se ddaħħal l-MIA mill-introduzzjoni ta' din it-taxxa ġdida sa l-aħħar tas-sena kurrenti? Kemm kien il-profitt ta' l-MIA sa l-aħħar ta' l-1998?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-Gvern preċedenti, li l-Onorevoli Interpellant kien jifforma parti minnu, kien iddeċieda li bħala parti tal-merger tad-D.C.A. u l-M. I.A. għandu jkun hemm żieda fil-passenger service charge ta` Lm2 maqsumin fuq sentejn - 1999 u 2000. Biex nkun aktar preċiż,l-ex Ministru Joe Debono Grech, f`ittra datata 11 ta` Frar 1998 liċ-Ċhairman ta` l-M.I.A. dwar id-`Develution of Civil Aviation Operational Role on MIA`, kien ta` l-istruzzjonijiet li `The devolution process is to include, but not be limited, to the following:
(g) MIA is to charge the equivalent of Lm2 per passenger (in addition to the present Lm4 passenger service charge) over 1999 and 2000`.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3438 u t-tweġiba mogħtija għaliha, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet relevanti ċioe' jekk id-Dar tal-Kejka f'Ħal Tarxien hijiex se tiġi mgħoddija lill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien issa li ġiet restawrata? Jekk fl-affermattiv, meta hu maħsub li jsir dan?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-Kunsill Lokali Tarxien fil-21 ta` Awissu 1996 għamel
talba lid-Dipartiment ta` l-Art biex id-Dar ta` Kejka
tgħaddi f'idejn il-Kunsill.
Issa li ttieħdet deċiżjoni politika ghad-devoluzzjoni
lokali ta` propjeta pubblika din it-talba trid tiġi
kkunsidrata ma` talbiet oħra simili tal-Kunsilli Lokali
kollha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern tiegħu għandux l-ħsieb li jimxi 'l quddiem fuq il-proġetti ta' recreation parks li kien ipproġetta l-aħħar Gvern Laburista?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jien infurmat li l-Gvern għandu ħsieb ikompli bix-xogħol fuq Proġetti ta' Recreation Parks.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni fis-Servizz Civili u fil-korporazzjonijiet (separatament għal kull korporazzjoni/entita' pubblika) fil-perjodi: (i) mill-1987 sa l-1996; u (ii) mill-1996 sa l-1998? F'liema kapaċitajiet/gradi ġew ingaġġati dawn in-nies? Kemm huma stmati s-salarji globali tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fejn
jirrigwardja d-Dikasteru tiegħi hija miġbura f'diversi
skedi li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jiena nfurmat illi dawn il-figuri ma jinkludux lil dawk l-
impjegati tal-gvern li kienu mpjegati b'kuntratt jew fuq
bażi part-time/casual. Lanqas ma jinkludu lill-membri tal-
Forzi Armati ta' Malta.
Jekk l-Onorevoli Interpellant irid x'informazzjoni dwar
korporazzjonijiet/ entitajiet pubbliċi oħra, huwa mitlub
jindirizza d-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Dwar l-istima tas-salarji ta' impjegati fis-Settur
Pubbliku, l-Onorevoli Interpellant huwa wkoll mitlub
jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ f'bordijiet governattivi li għandhom inqas minn 30 sena? Minn dawn kemm hemm nisa u kemm irġiel? Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' onorarju? Il-Ministru għandu ħsieb li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista preċedenti li jinnomina kemm jista' jkun żgħażagħ f'bordijiet governattivi? Jista' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet ukoll in kwantu għal nisa fil-bordijiet tal-gvern/korpi parastatali mingħajr l-enfasi ta' l-eta'?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Fiż-żewġ bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru għall-Ambjent m'hemmx membri la nisa u lanqas irġiel li l-eta' tagħhom hija ta' anqas minn tletin sena. Fl-istess żewġ bordijiet m'hemmx membri nisa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ f'bordijiet governattivi li għandhom inqas minn 30 sena? Minn dawn kemm hemm nisa u kemm irġiel? Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' onorarju? Il-Ministru għandu l-ħsieb li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista preċedenti li jinnomina kemm jista' jkun żgħażagħ f'bordijiet governattivi? Jista' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet ukoll in kwantu għal nisa fil-bordijiet tal-gvern/korpi parastatali mingħajr l-enfasi ta' l-eta'?
Response (REFALO, MICHAEL)
Fuq it-tliet Bordijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, jiġifieri l-'Executive Board' tan-'National Tourism Organisation - Malta', il-'Hotels and Catering Establishments Board' u l-'Institute of Tourism Studies', hemm żewġ membri t-tnejn irġiel li għandhom inqas minn tletin sena. Wieħed minnhom għandu rimunerazzjoni.
Jirriżultali li fl-amministrazzjoni ta' qabel fuq l-istess tliet Bordijiet kien hemm tliet membri t-tlieta rġiel li kellhom inqas minn tletin sena.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lil-Onor Membru għat-tweġiba li kont tajtu għall-Mistoqsija tiegħu numru 794 minn fejn jirriżulta li hemm żewġ nisa maħtura mill-Gvern fuq il-'Hotels and Catering Establishments Board' u tnejn oħra fuq il-'Board of Governors ta' l-'Institute of Tourism Studies'.
Ħafna mill-Membri ta' dawn il-'Boards' jiġu nominati minn għaqdiet fis-settur privat iżda sew il-membri żgħażagħ kif ukoll il-membri nisa ġew nominati lkoll mill-Gvern.
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Bordijiet governattivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ f'bordijiet governattivi li għandhom inqas minn 30 sena? Minn dawn kemm hemm nisa u kemm irġiel? Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' onorarju? Il-Ministru għandu l-ħsieb li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista preċedenti li jinnomina kemm jista' jkun żgħażagħ f'bordijiet governattivi? Jista' l-Ministru jwieġeb għal dawn il-mistoqsijiet ukoll in kwantu għal nisa fil-bordijiet tal-gvern/korpi parastatali mingħajr l-enfasi ta' l-eta'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn sbatax il-Bord Governativ fid-dikasteru tal-Ministeru ghat-Trasport u Komunikazzjoni hemm biss persuna waħda li għandha anqas minn 30 sena. Din il-persuna, li huwa raġel, jagħmel xogħol ta` sostitut tas-Segretarju tal-Port Disputes Board u ma jieħu ebda remunerazzjoni.
Jien infurmat ukoll li n-numru ta` nisa fl-istess Bordijiet huwa tmienja li seba` minnhom jieħdu xi forma ta` Onorarja.
Ser nipprova nara li fil-Bordijiet imsemmija jkun hemm żieda kemm fin-numru ta` żagħżagħ, kif ukoll fin-numru ta` nisa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ f'bordijiet governattivi li għandhom inqas minn 30 sena? Minn dawn kemm hemm nisa u kemm irġiel? Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' onorarju? Il-Ministru għandu l-ħsieb li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista preċedenti li jinnomina kemm jista' jkun żgħażagħ f'bordijiet governattivi? Jista' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet ukoll in kwantu għal nisa fil-bordijiet tal-gvern/korpi parastatali mingħajr l-enfasi ta' l-eta'?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ f'bordijiet governattivi li għandhom inqas minn 30 sena? Minn dawn kemm hemm nisa u kemm irġiel? Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' onorarju? Il-Ministru għandu l-ħsieb li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista preċedenti li jinnomina kemm jista' jkun żgħażagħ f'bordijiet governattivi? Jista' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet ukoll in kwantu għal nisa fil-bordijiet tal-gvern/korpi parastatali mingħajr l-enfasi ta' l-eta'?
Response (BORG, TONIO)
In-numru ta' nisa appuntati bħala membri fuq bordijiet u kumitati li jaqgħu taħt il-Ministeru, ta' l-Intern, hu ta' 7.
Fost il-membri ta' dawn il-bordijiet/kumitati hemm żgħażugħ li għandu inqas minn 30 sena. Dan qed jirċievi ħlas bħall-membri l-oħra.
20.01.99
Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Bordijiet governattivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ f'bordijiet governattivi li għandhom inqas minn 30 sena? Minn dawn kemm hemm nisa u kemm irġiel? Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' onorarju? Il-Ministru għandu l-ħsieb li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista preċedenti li jinnomina kemm jista' jkun żgħażagħ f'bordijiet governattivi? Jista' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet ukoll in kwantu għal nisa fil-bordijiet tal-gvern/korpi parastatali mingħajr l-enfasi ta' l-eta'?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ f'bordijiet governattivi li għandhom inqas minn 30 sena? Minn dawn kemm hemm nisa u kemm irġiel? Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' onorarju? Il-Viċi Prim Ministru għandu ħsieb li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista preċedenti li jinnomina kemm jista' jkun żgħażagħ f'bordijiet governattivi? Jista' jwieġeb dawn il-mistoqsijiet ukoll in kwantu għal nisa fil-bordijiet tal-gvern/korpi parastatali mingħajr l-enfasi ta' l-eta'?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Ma hemm ebda bord governattiv li jaqa direttament taħt ir-responsabilita' tieghi.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Bordijiet governattivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ f'bordijiet governattivi li għandhom inqas minn 30 sena? Minn dawn kemm hemm nisa u kemm irġiel? Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' onorarju? Il-Ministru għandu l-ħsieb li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista preċedenti li jinnomina kemm jista' jkun żgħażagħ f'bordijiet governattivi? Jista' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet ukoll in kwantu għal nisa fil-bordijiet tal-gvern/korpi parastatali mingħajr l-enfasi ta' l-eta'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru trid tinġabar u għalhekk tingħata Tweġiba f'xi Seduta oħra.
19.1.99
Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Bordijiet governattivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ f'bordijiet governattivi li għandhom inqas minn 30 sena? Minn dawn kemm hemm nisa u kemm irġiel? Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' onorarju? Il-Ministru għandu l-ħsieb li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista preċedenti li jinnomina kemm jista' jkun żgħażagħ f'bordijiet governattivi? Jista' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet ukoll in kwantu għal nisa fil-bordijiet tal-gvern/korpi parastatali mingħajr l-enfasi ta' l-eta'?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ f'bordijiet governattivi li għandhom inqas minn 30 sena? Minn dawn kemm hemm nisa u kemm irġiel? Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' onorarju? Il-Ministru għandu ħsieb li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista preċedenti li jinnomina kemm jista' jkun żgħaażagħ f'bordijiet governattivi? Jista ' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet ukoll in kwantu għal nisa fil-bordijiet tal-gvern/korpi parastatali mingħajr l-enfasi ta' l-eta'?
Response (DALLI, JOHN)
Hemm żewġ membri fuq bordijiet fil-Ministeru tiegħi li huma taħt it-30 sena, mara u raġel. Dawn jieħdu onorarju ta` Lm1,000 kull wieħed fis-sena.
Hemm ukoll erba` membri u żewġ segretarji nisa oħra fuq bordijiet li jieħdu:
1. Lm500 fis-sena
2. Lm7 kull sessjoni u Lm500 fis-sena
3. Lm7 kull sessjoni u Lm500 fis-sena
4. Lm1,000 fis-sena
5. Lm1 kull sessjoni
6. Lm3 kull sessjoni
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji parlamentari, fejn dan japplika? Għal kull persuna, jista' l-Ministru jindika d-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-proċess biex jiġu ffirmati l-kuntratti/ftehim tal-persuni li għandhom jaqdu dmirijiet fil-Ministeru tiegħi għadu mhux konkluż.
Hawn taħt qed nagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar dawk il-persuni li diġa' ffirmaw il-kuntratt/ftehim. Aktar dettalji fuq ir-responsabbiltajiet assoċjati mal-pożizzjonijiet ta' dawn l-individwi jinsabu fid-dokument 'Engagement of Staff for Private Secretariats' li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fit-2 ta' Novembru 1998.
Risposta sħiħa għal din il-mistoqsija u għal mistoqsijiet oħra simili tingħata f'xi seduta oħra.
POSITION NAME REMARKS
----------------------------------------- -----------------
Personal Assistant Perit Kevin Gatt Public Officer
Private Secretary Joseph Farrugia Public Officer
Ass. Private Secretary Michael Aquilina On contract
Policy Co-Ordinator Ray Cachia Zammit On contract
Office Co-Ordinator Godfrey Fenech Public Officer
Secretariat Officer Charles Zammit Public Officer
Secretariat Officer Kurt Guillaumier Public Officer
Secretariat Officer Ch. Attard Biancardi Parastatal
Secretariat Officer Joseph Cachia Public Officer
Secretariat Officer Charmaine St John Public Officer
Secretariat Member Josephine Abela Parastatal
Secretariat Member Dorraine Ruffini Public Officer
Secretariat Member Darleen Spiteri Public Officer
Driver/Security Officer Joseph Dalmas On contract
Driver/Security Officer Julian Sammut On contract
Charperson Jesmond Vassallo Public Officer
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji parlamentari, fejn dan japplika? Għal kull persuna, jista' l-Ministru jindika d-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?
Response (REFALO, MICHAEL)
Il-proċess biex jiġu ffirmati l-kuntratti/ftehim tal-persuni li għandhom jaqdu dmirijiet fis-Segretarjat tiegħi għadu mhux konkluż.
Qed nehmeż l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant dwar dawk il-persuni li diġa' ffirmaw il-kuntratt/ftehim. Aktar dettalji fuq ir-responsabbiltajiet assoċjati mal-pożizzjonijiet ta' dawn l-individwi jinsabu fid-dokument 'Engagement of Staff for Private Secretariats' li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fit-2 ta' Novembru 1998.
Tweġiba sħiħa għal din il-Mistoqsija u għal Mistoqsijiet oħra simili tingħata f'xi seduta oħra.
Isem tal-Persuna Fejn kienu qabel Grad Dmirijiet
fis-Segretarjat fis-Segretarjat
tal-Ministru
Anthony J. Cachia Joint Office Senior Principal Private Secretary
Charles Micallef Museums Senior Principal Assistant Private
St. John Department Secretary
Francis The Treasury Senior Principal Ministry Policy Albani Co-Ordinator
Maria University Administrative Ministry Office
Portelli of Malta Assistant Co-Ordinator
John R. Joint Office Principal Secretariat
Aquilina Officer
Lucienne Camilleri Joint Office Executive Secretariat
Officer Officer
Vincent Tanti Public Senior Secretariat
Broadcasting Tradesman Officer
Services Ltd
Romina Agius Ministry of Executive Secretariat
Cutajar Justice Officer Pool
Marie Louise Mediterranean Clerk Secretariat
Grixti Conference Pool
Centre
Audrey Cummings Ministry of Clerk Secretariat
Transport Pool
and Ports
Victor Bray Central Bank Messenger/Driver Secretariat
of Malta Messenger
John Cardona Central Bank Messenger/Driver Secretariat
of Malta Messenger
Joseph Bonello Private sector - Driver/Security
Officer
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Impjegati
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji parlamentari, fejn dan japplika? Għal kull persuna, jista' l-Ministru jindika d-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Il-proċess biex jiġu ffirmati l-kuntratti-ftehim tal-persuni li għandhom jaqdu dmirijiet fis-Segretarjat tiegħi għadu mhux konkluż.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar dawk il-persuni f`dan is-Segretarjat Privat li diġa ffirmaw il-kuntratt-ftehim. Aktar dettalji fuq ir-responsabilitajiet assoċjati mal-pożizzjonijiet ta` dawn l-individwi jinsabu fid-dokument `Engagement of Staff for Private Secretariats` li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra fit-2 ta` Novembru 1998.
Risposta sħiħa għal din il-mistoqsija u għall-mistoqsijiet oħra simili tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji parlamentari, fejn dan japplika? Għal kull persuna, jista' l-Ministru jindika d-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-proċess biex jiġu ffirmati l-kuntratti/ftehim tal-persuni li għandhom jaqdu dmirijiet fis-Segretarjat tiegħi u f'dawk tas-Segretarji Parlamentari fil-Ministeru tiegħi għadu mhux konkluż.
Qed nehmeż l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar dawk il-persuni f'dawn it-tlett Segretarjati Privati li diġa' iffirmaw il-kuntratt/ftehim. Aktar dettalji fuq ir-responsabbiltajiet assoċjati mal-pożizzjonijiet ta' dawn l-individwi jinsabu fid-dokument 'Engagement
of Staff for Private Secretariats' li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra fit-2 ta' Novembru 1998.
Risposta sħiħa għal din il-mistoqsija u għal mistoqsijiet oħra tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji paralmentari, fejn dan japplika? Għal kull persuna, jista' l-Ministru jindika d-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?
Response (BORG, TONIO)
Qed nehmeż l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar dawk il-persuni f'dawn iż-żewġ Segretarjati Privati li diġa' ffirmaw il-kuntratt/ftehim. Aktar dettalji fuq ir-responsabbilitajiet assoċjati mal-pożizzjonijiet ta' dawn l-individwu jinsabu fid-dokument 'Engagement of Staff for Private Secretariats' li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fit-2 ta' Novembru, 1998.
Risposta sħiħa għal din il-mistoqsija u għal mistoqsijiet oħra simili tingħata f'xi seduta oħra.
18.01.99
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji parlamentari fejn dan japplika? Għal kull persuna, jista' l-Ministru jindika d-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-persuni kollha li jaħdmu fis-Segretarjat tal-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd huma dawn li ġejjin:
ISEM IMPJIEG PRECEDENTI GRAD PREZENTI DIPARTIMENT/AZJENDA
Abela George Settur Privat Personal Driver/ Mhux applikabbli
Security Officer
Aquilina Benny Settur Privat Secretariat Officer Mhux Applikabbli
Bonnici Salvina General Hand Charwoman Dip.Agrikoltura
Bugelli Martin Public Relations Communications Ufficcju tal-
Officer Coordinator President
Camilleri Carmen Accounts Clerk Secretariat Pool N.T.O.M.
Camilleri Joseph Accredited Private Secretary Dip. Welfare
Social Worker
Ciantar Anthony Clerk Policy Coordinator Malta Drydocks
Debono Elizabeth Clerk Secretariat Pool Min.Gustizzja
Farrugia Rose General Hand Charwoman Dip.Edukazzjoni
Galea Anthony Chief Messenger Secretariat Officer Dip. Artijiet
Magro George Blaster Personal Driver/ Malta Drydocks
Security Officer
Micallef Tarcisio Trenching Secretariat Messenger Water Services
Operator Corporation
Mifsud Anthony Principal Scientific Assistant Private Dip. Agrikoltura
Officer Secretary
Pomroy William Settur Privat Secretariat Officer Mhux Applikabbli
Vassallo Lucienne Assistant Secretariat Officer Maltacom p.l.c.
Principal
Dawn l-impjegati kollha jagħmlu dmirijiet skond il-"job description" li hemm fl-agreements ta' kull wieħed u waħda minnhom.