Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5781 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Seclusion Unit

Question

B'riferenza għall-ftuħ tas-Seclusion Unit fis-Sala Nru. 2 ta' l-irġiel fl-Isptar Monte Carmeli, jista' l-Ministru jgħid: (a) min kien il-perit li għamel il-pjanti; (b) intalab permess mill-Planning Authority u jekk fl-affermattiv, meta; (ċ) jaf li fis-single rooms m'hemmx twieqi biex tidħol l-arja; (d) kemm kienet l-ispiża biex infetħu dawn is-single rooms; (e) kemm daħlu pazjenti sal-lum; u (f) x'inhu l-protocol li qed jitħaddem fit-tmexxija ta' din il-unit vis-a-vis l-impjegati u l-pazjenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li:- a) ix-xogħol meħtieġ sar taħt is-superviżjoni tal-Works Division fil-Ministeru għall-Ambjent. b) fil-fehma tagħna ma kienx hemm bżonn li jintalab permess mill-Planning Authority għax ix-xogħol strutturali ma kienx estensiv u kien jinvolvi intern biss. Fil-fatt li-ispiża tax-xogħol strutturali kienet ta' xi Lm600. c) fis-single rooms ma tistax tagħmel twieqi jinfetħu minħabba s-sigurta' tal-pazjent. Pero kull kamra hija fornuta bl-'Air conditioning' li jiċċirkola l-arja. d) l-ispiża totali laħqet is-somma ta' Lm13,420. e) in-numru ta' pazjenti li daħlu fis-Seclusion Ward kien ħdax (sat-22 ta' Marzu 1999). f) għandna Internal Protocol li jkopri kemm il-bżonnijiet u d-drittijiet tal-pazjenti kif ukoll ta' l-impjegati. Dan ġie żviluppat skond il-kriterji internazzjonali u l-esperjenza lokali bil-perteċipazzjoni ta' l-istaff mediku u paramediku. Dan il-Protocol isegwi wkoll il-pariri tal-Committee for the Prevention of Torture tal-Kunsill ta' l-Ewropa.
Leg 9 PQ #5782 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impressed drivers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid id-drivers tal-karozzi jew vetturi oħra impressed mal-gvern hux se jingħataw xogħol fis kif ġew imwiegħda qabel l-elezzjoni? Preżentement, jista' jgħid kemm hawn vetturi impressed u ma' liema dipartimenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

It-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fl-affermattiv. Dwar it-tieni parti tad-domanda l-informazzjoni tista tiġi mitluba mill-Ministru għall-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #5764 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari meta jagħti l-każ u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #5765 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari, meta jagħti l-każ, u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru, 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li minn Ottubru 1998 sallum fil-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu kien hemm dawn id-delegazzjonijiet li żaru pajjiżi barra minn Malta kif gej: MINISTERU --------- MEMBRI XOGĦOL LI SAR MINN SPEJJEŻ TAD- KULL DELEGAZZJONI TAD- DELEGAZZJONI DELEGAZZJONI ------------------------------------------------ ----------------- R Cachia Zammit Żjara ta' Lm284.54 familjarizazzjoni Kummissjoni Ewropea Onor. Ministru Taħdidiet ma' uffiċjali Lm1257.28 għall-Ambjent, mill-Universita' ta' Kevin Gatt, Bologna Carmel Callus Mary Debattista Konferenza dwar fondi Lm248.77 mill-Ewropa u sħubija bejn il-pubbliku u l- privat - Dublin R Cachia Zammit Laqgħa għall- Lm101.30 korrispondenti nazzjonali ta' SMAP - Brussels Onor Ministru Taħdidiet mal-Gvern Lm8919.47 għall-Ambjent, Ċiniż dwar ġonna Paul V Mifsud, pubbliċi - Ċina Vincent Cassar, Kevin Gatt, Joseph Farrugia Paul V Mifsud Kors għall-uffiċjali Lm1595.83 Maltin dwar negozjati ma' l-Unjoni Ewropea - Ingilterra TAQSIMA TAX-XOGĦLIJIET ---------------------- MEMBRI XOGĦOL LI SAR MINN SPEJJEŻ TAD- KULL DELEGAZZJONI TAD- DELEGAZZJONI DELEGAZZJONI ------------------------------------------------ ---------------- Vince Magri Attendenza Recycling Exhibition Joe Camilleri Stoneleigh - UK 03/10/98 sa s- Mario Agius 07/10/98 Lm1388.40 Paul Saliba Proġett Aramis: Sistema ta' Irrigazzjoni fil-Mediterran Palermo - Italja 28/10/98 Lm314.08 sa l-01/11/98 Carmel Mifsud Borg, Żjara ta' familjarizzazzjoni Vince Magri lill-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea Brussel - Belgium Lm576.22 Ray Bondin, Konferenza Internazzjonali Norbert Gatt Facadism & Urban Identity Pariġi - Franza Lm830.41 Claude Borg Konferenza Internazzjonali dwar Bini u Żvilupp Reġjonali Halmstead - Svezja Lm308.39 Herman Bonnici Stone Construction Lectures u Seminar fl-Universita' ta' York UK Lm261.00 Vince Cassar Conference to launch the EU 5th framework for research Essen - Ġermanja Lm206.18 Vince Cassar, Żjara f'Bari - Italja Vince Magri Lm863.99 Anthony Abela, Quality Streetscapes Conference Emanuel Buttigieg '99 Londra UK Lm389.30 DIPARTIMENT GĦALL-ĦARSIEN TA' L-AMBJENT --------------------------------------- MEMBRI TAD- XOGĦOL LI SAR SPEJJEŻ TAD- DELEGAZZJONI MINN KULL DELEGAZZJONI DELEGAZZJONI ------------------------------------ ----------------------------- Prassede Grech Nehap Pan European Meeting Lm433.68 Luxembourg Joseph Callus Żjara ta' familjarizzazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea fi Brussel Lm606.01 Anthony Mallia Briggs Marine Environmental Services Oil Ltd'- Supervisors' Course - Irlanda Lm400.05 Alf E Baldacchino RAC/SPA Pjani ta' Azzjoni ħarsien tal-mammali tal- baħar fil-Ġreċja Lm 46.51 M Gauci, Konferenza Internazzjonali Lm170.93 S Stevens, dwar konservazzjoni u użu M Psaila sostenibbli tal-boskijiet Mediterranji fi Spanja V Gauci, Kummissjoni mħallta Franċiża Lm517.60 V Magri u Maltija fi Franza C Tanti RAC/SPA - Med. inventories of Marine & Coastal biodiversity fi Franza Lm 44.82 L Vella Laqgħa tal-korrispondenti ta' l-SMAP fi Brussel Lm454.16 R Camilleri Konvenzjoni dwar il-prevenzjoni ta' tniġġiż tal-baħar bi tfigħ ta' skart u materjal ieħor Lm400.87 f'Londra C Muscat CITES - Correspondence with standing committee - Brussels Lm 19.10 C Gauci It-tieni laqgħa tal-Med. Wetlands Com fi Spanja Lm 46.66 L Vella It-tielet laqgħa preparatorja dwar Trasport, l-Ambjent Lm293.24 u s-saħħa fis-Slovenja V Gauci, R'99 (Geneva) - It-tielet Lm1581.10 A Vella, Konferenza Ministerjali dwar L Vella l-Ambjent u s-Saħħa fil- Ġermanja A E Baldacchino RAC/SPA - Pjani ta' azzjoni dwar il-ħarsien tal-mammali tal-baħar fit-Tunezija Lm 30.57 J Sammut Waste Management Subject Plan Training f'Londra Lm 26.16 L Vella Il-ħames Framework Programme għar-riċerka fil-Ġermanja Lm 560.57 C Grech Fontainebleau Youth Foundation Lm 225.07
Leg 9 PQ #5766 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari,meta jagħti l-każ, u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (REFALO, MICHAEL)

It-tagħrif mitlub għall-perijodu bejn Ottubru 1998 sad-data tal-Mistoqsija hu kif jidher hawn taħt: Kompożizzjoni tad-Delegazzjoni Għan taż-Żjara Spiża Ministru u C. Micallef St. John Żjara dwar Lm 962 proġetti ġodda fl-Irlanda Ministru, L. P. Naudi, C. Micallef Iffirmar ta' Protokoll Lm1,199 St. John u M. Portelli dwar it-Turiżmu mat- Turkija u Fiera tat- Turiżmu f'Istanbul L. O. Borg Żjajjar f'lukandi fir- Lm 645 Renju Unit għal 'placement' ta' studenti ta' l-'Institute of Tourism Studies' J. Bonello, T. Camilleri, 'Monitoring' ta' Lm2,975 A. Borg u A. Calleja studenti ta' l- 'Institute of Tourism Studies' f'lukandi fir- Renju Unit L. O. Borg, M. Pinchbeck u Ftehim mal-'Forte' u Lm2,998 S. Micallef 'Stakis Groups', żjajjar f'lukandi fejn se jsir 'placement' ta' studenti ta' l-'Institute of Tourism Studies' u kollaborazzjoni mill- qrib ma' diversi universitajiet u kulleġġi fir-Renju Unit T. Camilleri 'Euro Chrie Conference Lm 514 for Hospitality Industry' fl-Isvizzera L. P. Naudi, ċ-'Chief Executive, Laqgħat ma' u ffirmar Lm1,368 N.T.O.M.,' G. Micallef u T. ta' Protokoll dwar it- Camilleri Turiżmu ma' l-awtoritajiet Tuneżini G. Micallef 'South meets North Lm 268 Conference and Workshop' fl-Italja

Ministeru għat-Trasport u Portijiet — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarju parlamentari meta jagħti l-każ u mid-dipartiment governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #5768 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari meta jagħti l-każ u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #5769 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari meta jagħti l-każ u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 29.03.99

Vetturi — Vehicle road test

Question

B'riferenza għall-aħħar parti tat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5010, jista' l-Ministru jgħid x'jiġri kemm-il darba vettura tkun għaddiet mill-VRT jirriżultalha ħsara sussegwentement ikkawżata minn xi ħofor jew stat ħażin tat-toroq? X'ikun ir-rimedju taċ-ċittadin kontra l-awtoritajiet f'tali każijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-każ ipotetiku mqajjem minnu jaqa` fl-ambitu` tal-Kodiċi Ċivili li jistabilixxi il-proċeduri u r-rimedji kollha li jistgħu japplikaw.
Leg 9 PQ #5759 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Għassa taż-Żurrieq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx kellu l-esperjenza li jżur l-Għassa tal-Pulizija li qiegħda fit-Torri ta' Wied iż-Żurrieq? Jaf li din tinsab fi stat miżeru, inuman u degradanti? Jaf li din l-għassa mhux akbar minn tlett metri wiesgħa bi tlett metri tul tant li l-pulizija li jkun hemm m'għandux fejn idur? Jaf li ilu ma jsir xogħol ta' manutenzjoni snin kbar u l-kondizzjoni tal-ġebla tinsab fi stat deterjoranti? Jaf li l-pulizija li jkun duty f'din l-għassa m'għandux fejn jaqdi l-bżonnijiet naturali tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dan it-torri ilu jintuża bħala Għassa tal-Pulizija għal bosta snin. Huwa veru li l-akkomodazzjoni f'dan il-post hija limitata ħafna, pero' peress illi dan huwa bini storiku ma jistax isir alterazzjoni fih. Ta' min isemmi ukoll illi viċin ta' din l-Għassa hemm faċilitajiet sanitarji pubbliċi. 24.03.99
Leg 9 PQ #5760 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari, meta jagħti l-każ, u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Affarijiet Barranin — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari, meta jagħti l-każ, u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (MARCO, GUIDO DE)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.

Sigurta' Soċjali — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari, meta jagħti l-każ, u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet imsemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 24.3.99
Leg 9 PQ #5763 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari, meta jagħti l-każ u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #5696 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Elezzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali, li tinkorpora l-ispejjeż kollha, li ntnefqet biex setgħu jinżammu l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru nhar is-Sibt 13 ta' Marzu, 1999?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni dwar l-ispejjeż li ntefqu biex setgħu jinżammu l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru nhar is-Sibt 13 ta' Marzu għada qegħda tinġabar, u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #5697 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Pre-retirement

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk il-ħaddiema fis-Servizz Pubbliku li bdew jibbenefikaw mill-iskema tal-pre-retirement leave sal-lum? Jista' l-Prim Ministru jgħid kif jinħadem dan il-pre-retirement leave u min huwa intitolat u meta biex japplika għalih?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-iskema tal-pre-retirement leave ġiet introdotta b'effett mill-1 ta' Jannar 1999. Din tingħata mill-kapijiet tad- Dipartimenti rispettivi, u għalhekk dwar kemm kienu dawk li bbenefikaw minn dan il-leave, nistieden l-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministri rispettivi. Fl-Uffiċċju tiegħi hemm ħames uffiċjali pubbliċi li applikaw għall-pre-retirement leave. Dwar it-tieni domanda, kull uffiċjal pubbliku f'kwalunkwe grad li jirtira bl-eta jista jieħu massimu ta' tlett xhur kalendarji leave bi ħlas bħala pre-retirement leave li jridu jittieħdu fuq bażi kontinwa u mmedjatament qabel ma jirtiraw. Dawn it-tlett xhur jinħadmu fuq sick leave b'paga sħiħa li l-uffiċjal ma jkunx utilizza. L-uffiċjal jista jġorr għal dan l-iskop mhux aktar min ħmistax il- ġurnata pre-retirement leave għal kull sena kalendarja, fuq il-bażi ta' ġurnata pre-retirement leave għal kull jumejn sick leave bi ħlas sħiħ. Waqt il-pre-retirement leave jirċievi l-paga sħiħa tas-salarju sostantiv tiegħu. L- uffiċjal pubbliku huwa mitlub japplika fi żmien raġonevoli biex il-kap tad-dipartiment jagħmel l-arranġamenti tiegħu: normalment japplika xahar qabel ma jkun se jibda il-pre- retirement leave.
Leg 9 PQ #5698 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Blokki ta' deheb

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li fi Frar ta' din is-sena fl-istrong room li hemm fuq l-Apron ta' park 9 fl-Airport tal-Gudja nstabux xi blokki ta' deheb li jiswew eluf kbar ta' liri, minsija w mitluqa ma' l-imbarazz? Kemm kien il-valur tagħhom? Ġew claimed? Jekk fl-affermattiv, ta' min kienu? Jekk fin-negattiv, x'sar minnhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #5699 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Drug addicts

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Director General tax risposta għall-ittra li kitbulu l-Malta Union of Midwives and Nurses fit-18 ta' Jannar, 1999 biex ma jibqgħux jiġu admitted drug addicts fis-sala Nru.2 ta' l-irġiel fl-Isptar Monte Carmeli? Jista' l-Ministru jgħid x'kura qed jingħataw dawn il-pazjenti f'din is-sala li ma tistax tingħata f'xi istituzzjoni oħra? Kemm daħlu drug addicts fis-sala Nru.2 mill-24 ta' Diċembru, 1998 sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li pazjenti li għandhom bżonn jiġu dditossifikati jistgħu jingħataw din it-tip ta' kura f'istituzzjonijiet oħra jekk ikun hemm ir-riżorsi meħtieġa. Jekk, pero, mill-banda l-oħra l-pazjent ikollu fl-istess waqt marda mentali li teħtieġ kura ġo sptar mentali, dan ma jkunx jista' jsir ġo istituzzjoni oħra sakemm ma jitpoġġewx ukoll riżorsi għall-kura ta' mard mentali f'dik l-istituzzjoni. Mill-24 ta' Diċembru 1998 sa llum daħlu sitt pazjenti fis-sala Nru. 2. Tlieta li ġew trasferiti mis-sala Nru. 10 ta' l-irġiel meta ingħalqet u tlieta li kienu 'new admissions'.
Leg 9 PQ #5700 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Sala Nru. 10

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li bl-għeluq tas-sala Nru. 10 ta' l-irġiel fl-iSptar Monte Carmeli, il-problemi issa ġew trasferiti fis-sala Nru.2, anzi żdiedu u nħolqu problemi oħra minħabba nuqqas ta' ppjanar u xogħol bl-għaġġla? Jaf il-Ministru li l-ispazju li ttieħed biex issir is-Seclusion Unit, ittieħed mis-sala Nru.2 b'konsegwenza li l-pazjenti l-oħra ġew marsusa qishom sardin, tant li kull filgħaxija qed jintbagħtu xi tmien (8) pazjenti biex jorqdu fi swali oħra? Jaf li fis-sala Nru.2 qed jintbagħtu numru mhux ħażin ta' persuni li abbużaw mid-droga b'konsegwenza ta' taħlit ma' pazjenti oħra? Ma jaħsibx li dan mhux il-post adattat għalihom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qabel l-24ta' Diċembru 1998 is-sala Nru. 10 kienet tilqa fiha:- a) Pazjenti riferiti mill-Qrati u mill-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin b) Pazjenti b'imġieba aggressiva c) Pazjenti li kien ilhom snin twal fiha u saru kroniċi Mill-24 ta' Diċembru 1998 ġie deċiż li tinżamm miftuħa parti żgħira ħafna minn Sala Nru. 10 u li din tkun riservata biss għal pazjenti riferuti mill-Qrati u mill-Faċilita Korrettiva. Il-pazjenti b'imġieba aggressiva ttieħdu f'Sala Nru. 2 filwaqt li l-pazjenti kroniċi tqiegħdu fis-swali 'long-stay' skond is-diżabilita' rispettiva tagħhom. Biex il-pazjenti b'imġieba aggressiva jkunu jistgħu jiġu ttrattati b'dinjita', ħloqna Seclusion Unit ġdid bil-faċilitajiet kollha. Sakemm dan tlesta kellna faċilitajiet temporanji fis-Sala Nru. 2. Żammejna il-prerogattiva li nużaw dik il-parti ta' Sala Nru. 10 li nżammet miftuħa jekk verament ikun meħtieġ. Dan għidnieh kemm fiċ-Ċirkolari nterna kif ukoll waqt il-Konferenza Stampa li konna għamilna. Illum għandna Seclusion Unit li ma jħammrilniex wiċċna u ninsabu konformi mar-rakkomandazzjonijiet ta' Kumitat għall-prevenzjoni tat-Tortura tal-Kunsill ta' l-Ewropa li kien irrakkomanda li jkunu mifruda il-pazjenti b'imġieba aggressiva minn dawk riferiti mill-Qrati jew mill-Faċilita' Korrettiva. Rigward iffullar f'Sala Nru. 2, ta' min ifakkar li hemm perjodi matul is-sena li fihom in-numru ta' pazjenti ammessi fl-Isptar għal kura akuta aktar jikber b'mod sostanzjali. Dan għandu x'jaqsam man-natura ċiklika ta' xi mard mentali. Ilha prassi għal numru ta' snin li f'ċirkustanzi bħal dawn fejn il-kundizzjoni medika tkun tippermetti li pazjenti minn Sala Nru. 2 jintbagħtu jorqdu fi swali oħra. Mhix l-ewwel darba li persuni bi storja ta' abbuż minn droga ġew ikkurati f'Sala Nru. 2. Il-post addattat għal kura għandu jiddependi mill-kundizzjoni psikjatrika u mhux minn kunsiderazzjonijiet oħra. Fl-istess waqt qed isiru kuntatti ma' Sedqa biex ikun hemm ħidma ko-ordinata fil-kura ta' persuni li jkunu abbużaw minn droga li jkollhom ukoll problemi psikjatriċi.

Tarxien — Sleeping policemen

Question

Wara li f'dawn l-aħħar snin fi Triq Sant'Anna u fi Triq il-Blata f'Ħal Tarxien kienu twaħħlu xi sleeping policemen, peress li dawn kienu żewġ toroq dojoq u spiss jgħaddu minnhom ħafna karozzi, jista' l-Ministru jgħid għaliex dawn is-sleeping policemen inqalgħu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ninsab infurmat illi l-`humps` tneħħew fuq struzzjonijiet tal-Bord tal-Kontroll tat-Traffiku li aġixxa b`konsultazzjoni mal-Kunsill peress li dawn kienu saru bla awtoriżżazzjoni u lanqas kienu mibnija kif suppost.