Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6403 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija/Armata — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-vetturi tal-gvern inklużi dawk tal-pulizija u l-AFM humiex inxurjati? Jekk fin-negattiv, meta jinqala' xi aċċident u jirriżulta li t-tort ikun tas-sewwieq bil-vettura tal-gvern, min iħallas il-ħsarat, id-dipartiment ikkonċernat jew id-driver tal-vettura?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vetturi kollha tal-Gvern ma humiex koperti b'polza ta' assigurazzjoni. Ninsab infurmat ukoll li l-proċedura dwar inċidenti fejn ikunu nvoluti vetturi tal-Gvern, hija regolata bl-Estacode. Skond dawn il-proċeduri vetturi tal-Gvern, inklużi dawk tal-Pulizija, mhux inxurjati għax il-Gvern iħallas mill-fondi pubbliċi għal ħsarat fuq karozzi tiegħu u ta' terzi persuni f'każ ta' ħabtiet involuntarji. Fir-rigward ta' vetturi ta' l-Armata, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 03.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6341 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Art tal-Gvern — Trasferiment ta' commercial entities

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-policy attwali tal-gvern f'dak li għandu x'jaqsam ma' xiri/trasferimenti miċ-ċenswalist ta' commercial entities li nbnew fuq art tal-gvern mogħtija b'enfitewsi temporanja? Huwa maħsub li jsir xi titjib f'din il-policy u f'liema direzzjoni? Kif jitħaddem iċ-ċens ġdid/prezz ta' bejgħ f'każijiet ta' din in-natura fejn iċ-ċenswalist ikun għamel il-benefikati fuq l-istess proprjeta'? Kemm jitlob il-gvern għal tali trasferimenti bħala persentaġġ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li meta ċens ta' proprjeta' tal-gvern li kien mogħti għall-skopijiet kummerċjali jiskadi, l-art bil-benefikati kollha jerġgħu jiġu f'idejn il-gvern. Id-Dipartiment ta' l-Artijiet ikun jista' jikri, jagħti b'ċens jew ibiegħ il-proprjeta' kollha, jew partijiet minnha, skond il-każ, permezz ta' sejħa għall-offerti. Qegħda tiġi studjata l-possibilita' li f'każijiet fejn ex-ċenswalista jitlob li jerġa' jieħu l-pussess tal-proprjeta' li kien igawdi b'ċens, dik il-proprjeta' tkun tista' terġa' tingħata b'ċens ġdid jew tinxtara mill-istess persuna, dejjem wara sejħa għall-offerti. 03.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #6342 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzji ta' l-armi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri (jekk hux se tingħata xi refund) għal min laħaq ħallas il-liċenzja "to keep" t'arma tan-nar bir-rata ta' Lm19 meta wara niżlet għal Lm7?

Response (BORG, TONIO)

Skond Avviż Legali 59 ta' l-1999, ippublikat fit-23 ta' Marzu 1999, il-ħlas dovut għall-liċenzja ta' żamma ta' arma jew armi tan-nar niżel minn Lm19 għal Lm7 b'effett mill-1 ta' Marzu 1999. Għalhekk mhux il-każ li dawk li ħallsu Lm19 qabel l-1 ta' Marzu 1999, huma ntitolati għal xi rifużżjoni, dan għax l-ammont li tħallas kien dak korrett skond ir-regolamenti viġenti dak iż-żmien. Ninsab infurmat li kull min ħallas il-liċenzja għaż-żamma ta' arma bir-rata ta' Lm19 mill-1 ta' Marzu 1999, ser jingħata refund. Fil-fatt ninsab infurmat li bħalissa għaddej il-proċess sabiex ikunu identifikati dawn il-persuni. 03.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #6343 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Pulses b'xejn

Question

Jikkonferma l-Ministru li sa ftit ilu l-pulses b'xejn mogħtija lill-klijenti tal-Maltacom (domestiċi) kienu jkopru wkoll telefonati għal barra (abbażi ta' ħin) u issa ġew limitati biss għal sejħiet lokali bir-rata ta ħames minuti kull pulse? Jista' l-Ministru jgħid kif jaħdmu dawn il-pulses jekk hux abbażi ta' ħin jew inkella ta' numru ta' calls?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nikkonferma li mill-kont kurrenti, il-Maltacom qegħda tagħti l-100 pulse b'xejn kull xahrejn fuq sejħiet lokali biss u mhux iżjed fuq sejħiet għall-mobile jew sejħiet għal barra minn Malta. F'dan l-isfond wieħed irid iqis x'jgħidu r-regolamenti dwar il-ħlasijiet tat-tliet kwalitajiet ta' sejħiet: dawk minn numru tal-Maltacom għal numru tal-Maltacom (magħrufa komunament bħala sejħiet lokali), dawk minn numru tal-Maltacom għall-mobile, u s-sejħiet minn numru tal-Maltacom għal barra minn Malta. Huwa fil-każ ta' sejħiet lokali bixx li Skeda Numru 4 (paragrafu 3) tar-Regolamenti tat-Telephone, kif sussegwentament emendati u approvati mir-Regolatur tat-Telekommunikazzjoni, jitkellmu dwar rebate 'għall-ewwel 150 pulse kull tliet xhur'. Dawn il-pulses b'xejn qed ikomplu jingħataw kif kien isir qabel, dejjem skond ir-regolamenti. F'paragrafu 5 ta' l-istess skeda, fejn ir-regolamenti jitkellmu dwar sejħiet min-numru tal-Maltacom għall-mobile, m'hemmx pulses b'xejn. Barra minn hekk, il-liġi l-ġdida tal-VAT tobbliga lill-Mlatacom li tiġbor il-VAT fuq dawn is-sejħiet. Kieku l-Mlatacom baqgħet tagħti l-pulses b'xejn għal dawn is-sejħiet kienet tkun qed tikser il-liġi. Qabel kienet tagħtihom ukoll għall-mobile għaliex l-ewwel liġi tal-VAT, b'differenza għat-tieni waħda, kienet tgħid li l-VAT kellha tassorbiha dik li qabel kienet il-Korporazzjoni Telemalta. Għalhekk ma kienx hemm il-ħtieġa li s-sejħiet jinqasmu f'kategoriji separati. Il-prezz tas-sejħiet għal barra minn Malta jaqgħu taħt regolamenti oħra u anke hawn m'hemm xejn li jobbliga lil Maltacom li tagħti pulses b'xejn. L-Onorevoli Interpellant jista' jirreferi għal paġna xiii ta' l-aħħar edizzjoni tad-Direttorju tat-Telefon, fejn isib li r-rebate jingħata biss għal sejħiet lokali. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, it-tariffi għas-sejħiet lokali, huma kif jidhru fl-istess Direttorju tat-telefon, jiġifieri: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa (u FEsti Pubbliċi): Mis-6.00am sat-8.00am - 5c kull 10 minuti jew parti minnha; Mit-8.00am sas-6.00pm - 5c kull 5 minuti jew parti minnha; Mis-6.00pm sas-6.00am - 5c kull sejħa. Is-SIbt ul-Ħadd: Mis-6.00am sas-6.00pm - 5c kull 10 minuti jew parti minnha; Mis-6.00pm sas-6.00am - 5c kull sejħa It-tariffi għas-sejħiet awtomatiċi għal barra minn Mlata ivarjaw skond il-pajjiżi, maqsuma f'9 żoni, iżda huma klassifikati fi tliet kategoriji: standard, off-peak u night. Standard: rati applikabbli għal sejħiet magħmula mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00am u s-6.00pm. Off-peak: rati applikabbli għal sejħiet magħmula mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-6.00pm u nofs il-lejl, u s-Sibt u l-Ħadd bejn it-8.00am u nofs il-lejl; Night: rati applikabbli għal sejħiet magħmula fil-ġranet kollha bejn 00.01am u t-8.00am. It-tariffi ta' drittijiet għal telefonati ma' barra minn Malta bl-operator (194) huma hekk: ħlas minimu ta' tliet minuti għal kull telefonata u żieda addizzjonali għal kull minuta (jew parti minnha), dejjem skond iż-żona li jinsab il-pajjiż li lejh tkun qed issir it-telefonata.
Leg 9 PQ #6344 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Cabin crew

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif personnel temporanju ta' l-Air Malta ingaġġati bħala cabin crew bil-kuntratt sa Ottubru 1998, ġew mgħarrfa li m'humiex tajbin biżżejjed meta hemm minnhom li kellhom snin t'esperjenza minkejja li kienu ngaġġati b'mod temporanju?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #6397 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Blokki tad-deheb

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'risposta għandu għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5698 li s'issa għadu ma weġibx?

Response (BONNICI, JOSEF)

Filwaqt li l-inċident li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant kien ta' proporzjonijiet ferm iżgħar minn dawk li qed isemmi fil-mistoqsija tiegħu; il-każ kien jirrigwarda pakkett żgħir ta' katini tad-deheb mhux irfinut, li probabbilment waqa' lill-piżatur tal-Konslu tad-Deheb mingħajr ma dan induna, waqt li l-konsenja li kienet għadha kif waslet mill-Ġermanja kienet qed tintiżen skon il-proċeduri tas-soltu fl-istrongroom ta' l-ajruport. Apparti l-passi li ttieħdu għal dak li kien maħsub li kien 'short delivery', dan il-pakkett instab minn ħaddiem waqt it-tindif meta reġgħet infetħet l-istrongroom. Wara li saru l-proċeduri kollha neċessarji, il-pakkett ġie irtirat mill-importatur.
Leg 9 PQ #5820 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCC — Ftehim proġettat

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5461 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tat-Turiżmu u issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' jgħid x'sar mill-ftehim proġettat ma' l-Accord li jieħdu f'idejhom l-MCC li kien nieda Gvern Laburista biex din tieqaf finanzjarjament fuq saqajha? Kemm hemm ħaddiema bħallissa mal-MCC? X'inhuma l-pjanijiet dwar dawn il-ħaddiema? Kemm kien it-telf/profitt tal-MCC sena b'sena mill-1994 sal-1998 (it-tnejn inklużi)?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kuntatti ma' l-Accor, tramite s-soċjeta' Accor Air Malta għadhom għaddejin u aktar informazzjoni tingħata lil din il-Kamra meta jkun il-waqt. L-M.C.C. illum timpjega 35 ħaddiema filwaqt li hemm 6 ħaddiema sekondati mill-Gvern u wieħed mill-Airmalta. Hija l-intenzjoni tal-Bord tat-tmexxija li dawn il-ħaddiema jiġu mħarrġa skond il-kapaċitajiet individwali tagħhom sabiex flimkien, bħala team, ikunu preparati għall-isfidi li għandha quddiemha l-M.C.C. It-telf għas-snin 1994 - 1998 huwa s-segwenti. 1994 - Lm172,132 (esklużi s-sussidji tal-Gvern) 1995 - Lm159,322 (esklużi s-sussidji tal-Gvern) 1996 - Lm255,425 (esklużi s-sussidji tal-Gvern) 1997 - Lm172,305 (esklużi s-sussidji tal-Gvern) 1998 - Lm116,932 (esklużi s-sussidji tal-Gvern)
Leg 9 PQ #5821 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Negozjanti

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamenari numru 5462 u partikolarment il-parti fejn il-Ministru qal: "L-amministrazzjoni preżenti hija mpenjata li twettaq l-wegħdi elettorali kollha li huma nklużi fil-programm elettorali, inkluż li jkun hemm responsabbilta' fil-finanzi pubbliċi", jista' l-Ministru jgħid jekk dan ifissirx illi l-ħaddiema kollha tal-Kalaxlokk se jkunu assigurati mill-impjieg tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant, il-gvern preżenti huwa mpenjat bi sħiħ biex tinstab soluzzjoni ġusta għall-problema tal-ħaddiema tal-Kalaxlokk. Fil-fatt riċentement ġew deċiżi l-parametri li ser iservu bħala qafas fid-diskussjonijiet li se jkomplu bejn il-Gvern u l-Union li tirrapreżenta lill-ħaddiema ta' l-azjenda.
Leg 9 PQ #5831 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kerċem — Bir "Madonna taż-Żejt"

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm laħqet l-ispiża għat-tħaffir tal-bir "Madonna taż-Żejt" f'Kerċem, Għawdex u x-xogħol kollu anċillari, bħal konsulenza eċċ mat-tfittex taż-żejt f'din il-lokalita'? Din l-ispiża kienet kollha koperta mill-fondi tar-Raba' Protokoll? Jekk fin-negattiv, kemm ħareġ il-Gvern Malti għal dan it-tiftix?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Onorevoli Interpellant ġentilment mitlub jirreferi għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 5959 u 6077 fejn isib l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #5785 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Sħubija ta' Malta

Question

Fid-dawl ta' l-applikazzjoni li qed jagħmel il-Gvern Nazzjonalista għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Maltacom hijiex se tibqa' tgawdi l-monopolju li għandha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent il-Maltacom tgawdi monopolju f'diversi setturi fil-qasam tat-telekomunikazzjoni.Dwar din il-materja, għad iridu jsiru diskussjoniiet mal-Unjoni Ewropea. Huwa fatt magħruf li, indipenentament mill-applikazzjoni għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, pajjiżna jemmen bi sħiħ fil-pluraliżmu fid-diversi oqsma ta' l-ekonomija. Il-gvern preżenti huwa mpenjat biex il-kunċett tal-pluraliżmu jinfirex u jħalli impatt pożittiv kif ġara fil-qasam tax-xandir.
Leg 9 PQ #5786 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Funtana ta' Putirjal — Bins

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu numru ta' bins madwar il-funtana ta' Putirjal magħrufa bħala tat-Tritoni biex jintefa' fihom l-iskart u xi flixken vojta flok ma jispiċċaw fil-funtana u jikkaġunaw ħafna ħsarat? Jista' n-naħa ta' fuq ta' l-istess funtana jsir xi forma ta' lqugħ biex ukoll iservi ta' prevenzjoni milli jintefa' xi skart u materjal ieħor?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant qiegħed jiġi nnotat.

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li dawk l-extras li ġew imsejħa biex jieħdu sehem fil-ġbid tal-film "gladiators" u li qed jirreġistraw għax-xogħol, jistgħux jinqatgħu mir-reġistru tax-xogħol minkejja li dan ikun xogħol ta'ftit ġimgħat/ġranet biss? Jaħseb il-Ministru li huwa ġust li f'tali każijiet jintilef il-perijodu ta' kemm kien ilu jirreġistra tali individwu? Għalkemm forsi huwa aċċettabbli li jieqaf il-ħlas tal-benefiċċju għal tali perijodu lill-persuna involuta, jista' jitqies illi l-perijodu preċedenti ta' reġistrar ikun biss sospiż u mhux mitluf għal kollox?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kull min għal xi raġuni jew oħra jieqaf jirreġistra, jinqata minn fuq ir-Reġistru. Meta dan ikun lest li jerġa jibda jirreġistra, skond ir-raġuni li għaliha jkun qatgħa mir-reġistrar jistaż jingħata lura il-priorita'. Fil-każ ta' dawk l-"extras" imsejha biex jieħdu sehem fil-ġbid tal-film 'Gladiators' u li qed jirreġistraw għax-xogħol, l-istess proċedura trid tintuża. Dan ifisser li meta xi ħadd minnhom jibda jieħu sehem fil-'filming', dan irid jieqaf jirreġistra. Malli jispiċċa mil-'filming u jrid jibda jirreġistra, kemm jitla Hal Far u jkun jista' jerġa' jibda. Persuna ma titlifx il-prijorita'jekk il-perjodu tax-xogħol ikun anqas minn tlettax il-ġimgħa. 27.4.99

ETC — Korsijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5458 dwar korsijiet biex jgħinu lin-negozjanti ż-żgħar fit-tmexxija tan-negozji tagħhom, jwieġeb il-partijiet tal-mistoqsija li ma weġibx partikolarment b'riferenza għas-6 korsijiet li elenka fit-tweġiba tiegħu ċioe': 1) kemm qed jattendu għal kull kors; u 2) meta ġie ntrodott kull kors imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-sitt korsijiet differenti li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ torganiżża fil-qasam tat-tmexxija ta' negozji żgħar u li għalihom saret referenza fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru. 5458 ġew introdotti f'daqqa fl-1996. Bħalissa m'hemm l-ebda wieħed minn dawn il-korsijiet għaddejjin. 27.4.99
Leg 9 PQ #5810 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Social worker

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex waħda mis-social workers partikolari, li hemm taħdem fl-Isptar Monte Carmeli ta' kuljum imur driver għaliha b'karozza tal-gvern biex iwassalha fuq il-post tax-xogħol? Jista' l-Ministru jirrimedja biex lis-social workers l-oħra jiġu pprovduti bl-istess servizz ta' trasport b'xejn minn u lejn id-dar biex ikun hemm ugwaljanza għal kulħadd?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li bħala regola ġenerali, ħadd mis-Social Workers impjegati mal-Gvern mhu intitolat li jitwassal lejn il-post tax-xogħol u lura lejn daru b'karozza tal-Gvern ħlief jekk ikun hemm raġuni valida u ġustifikata li timmerita din it-tip ta' konċessjoni. Fil każ imsemmi mill-Onor. Interpellant din il-ġustifikazzjoni teżisti. Din il-konċessjoni ilha fis-seħħ mill-1995 u baqgħet tiġi estiża anke tul l-Amministrazzjoni preċedenti.
Leg 9 PQ #5819 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Salarji ta-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw is-salarji tal-ħaddiema ta' Kalaxlokk kull xahar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-salarji tal-ħaddiema ta' Kalaxlokk jammontaw għal Lm200,000 kull xahar.
Leg 9 PQ #5770 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari meta jagħti l-każ u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu li żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni dwar l-infiq f'safar minn Ottubru 1998 sal-lum, mil-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu hija kif ġej: Duration Official/s Country Purpose Total Expenses LM 11/10/98- V Farrugia Italy Review of Plant Quarantine 15/10/98 Legislation 259.82 11/10/98- F Saliba Certification Scheme 15/10/98 11/10/98- L Attard Training in Lab technique 25/10/98 10/11/98- Amb.F Vienna Meeting of experts of EU and 15/11/98 Montanaro countries of European Region Mifsud on Plant Genetic Resources 460.60 02/12/98- F Serracino 06/12/98 Inglott Poland 82nd Session of the Executive Committee of the ECA 351.45 02/12/98- M Gatt Switzerland Extra ordinary session of the 06/12/98 ECP/GR Working group on Prunus 14.32 31/10/98- F Serracino Holland Importation of Seed Potatoes 572.88 03/11/98 Inglott / J Pirotta 09/12/98- M Gatt / Bari,Italy Indexing of Vines at IAM 277.00 15/12/98 A Muscat 15/12/98- M Camilleri Malaga, Copmed Steering Committee 150.83 19/12/98 Spain 26/09/98- P Agius Bari,Italy Organic Agriculture 8.25 11/10/98 09/11/98- A Borg Florence, Irrigation System Design 10.50 04/12/98 Italy 09/11/98- J Borg Istambul, Advanced Training of 11/11/98 Turkey Agricultural and Food Manager in the countries of the Mediterranrean Areas 6.00 26/11/98- J Borg Vienna Euforgen Steering Committee 6.00 29/11/98 Meeting 30/11/98- S Vella Capri,Italy Visit to CNR - Istituto 12/12/98 Irrigazione 8.25 20/01/99- Hon. Germany Berlin Green Week 1037.97 23/01/99 N Zammit / F Serracino Inglott 23/01/99- R Spiteri Zaragoza, SIPAM/FAO Course 51.70 28/01/99 Spain 24/01/99- C Leone Bari,Italy Training at IAM Re. 240.48 14/02/99 Ganado Micropropagation 08/02/99- O Debono / Bari,Italy Visit to IAM 89.00 10/02/99 V Farrugia 23/02/99- E Gauci Lausanne, Auditing of accounts of the 42.00 26/02/99 Borda Switzerland European Assocition of State Lotteries and Lotto 07/03/99- Hon. Rome,Italy Ministerial Meeting on *calculations 12/03/99 N Zammit Fisheries and Forestry not available E Gauci yet. Borda
Leg 9 PQ #5771 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Delegazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari meta jagħti l-każ u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 9 PQ #5772 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari meta jagħti l-każ u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu li żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubr 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant li tirrigwarda delegazzjonijiet Ministerjali u mid-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita tiegħi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #5773 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Faċilita' Korrettiva — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li fix-xogħlijiet li qed isiru għall-estensjoni tal-Faċilita' Korrettiva Kordin jistgħux jiġu mtejbin il-faċilitajiet tal-parking li jiġu ħdejn Gaddafi Gardens? Jista' l-Ministru jara li din toffri soluzzjoni permanenti għal problema li għandhom ir-residenti ta' Valletta Road, Raħal Ġdid li ilhom isofru inkonvenjent ta' vetturi ta' staff ta' din il-faċilita' jipparkjawlhom il-karozzi għal sigħat twal wara l-bieb tagħhom minflok fil-parking spaces li hemm bħalissa b'mod li r-residenti ma jsibux huma fejn jipparkjaw? Jaf il-Ministru li meta bdew jipparkjaw Gaddafi Gardens din il-problema kienet ġiet temporanjament solvuta?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li s-suġġeriment tal-Onor. Interpellant se jiġi kunsidrat, wieħed japprezza li m'għandu jsir xejn li bih jitnaqqas id-dritt tal-pubbliku ta' aċċess u tgawdija ta' Gaddafi Gardens. 26.04.99