Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport u Kommunikazzjoni — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1266 dwar kuntratti li ngħataw fil-Ministeru tiegħu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall- mistoqsijiet parlamentari Nru. 535, 2951 u 2958.

Ministeru għat-Trasport u Kommunikazzjoni — Aġenziji ta' reklamar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1253 dwar aġenziji tar-reklamar fil-Ministeru tiegħu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-unika stituzzjoni li għamlet użu minn Aġenziji ta` Reklamar fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant, kienet l-Awtorita` Marittima kif indikat hawn taħt; Perjodu 5 ta` Settembru 1998 sa l-10 ta` Novembru 1998; a) l-Awtorita` Marittima ta` Malta użat is-servizzi ta żewġ aġenziji tar-reklamar; 1. BPC International Limited, 2. JP Advertising Limited; b) Il-kampanja afdata lill-`JP Advertising Limited` kienet is-`Safety at Seas Campaign`. Ix-xogħol li ngħata lill-BPC International Limited` kien aktar mill-aspett ta` reklamar; c) il-valur tax-xogħol li sar bejn il-5 ta` Settembru 1998 sa l-10 ta` Novembru 1998 mill `BPC International Limited` kien ta` Lm1,552.70c; Il-valur tax-xogħol li sar fl-istess perjodu mill- `JP Advertising Limited` kien ta` Lm6,716.67c; d) l-ammont f`kull waħda mill-meżżi tal-media li hawn f`Malta; Ammont f`Liri Maltin The Times 210.00 In-Nazzjon 210.00 Kullħadd 129.00 The Malta Independent 234.00 L-Oriżżont 266.25 TVM 2,250.00 Net TV 999.54 Super One TV 800.00 Radio Malta 2 72.00 Radio Calypso 180.00 Radio 101 301.00 Super 1 Radio 299.25 Smash Radio 180.00 Life FM 180.00 Bay Radio 181.42 RTK 299.00 Island Sound Radio 181.26 TOTAL 6,972.72
Leg 9 PQ #6438 Sitting 90 1999-05-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Aġenziji ta' reklamar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1254 dwar aġenziji tar-reklamar fil-Ministeru tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba kważi nġabret kollha u għalhekk it-tweġiba tingħata fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #6427 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Inspectors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġi assenjat ix-xogħol fuq barra lill-VAT Inspectors? Kemm jitħallsu ta' dan ix-xogħol fuq barra? Jieħdu xi forma ta' re-imbursement meta jużaw il-karozza privata tagħhom? Jekk fl-affermattiv, x'rati ta' l-użu tal-vettura personali għandhom? Huwa permissibbli mid-Dipartiment tal-VAT li uffiċjali jużaw karozza waħda privata meta jkunu żewġ jew tlett uffiċjali fl-istess area/lokalita' ta' xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta` spezzjonijiet fuq barra jiġi assenjat lill-Inspectors tal-VAT fuq bażi ta` roster mit-Tnejn sal-Ħadd. Meta dan ix-xogħol isir barra l-ħin normali ta` l-uffiċċju, l-Inspectors jitħallsu bir-rata ta` sahra stabbilita skond il-grad sostantive ta` l-Inspector konċernat. L-Inspectors huma meħtieġa li jużaw il-mezz tat-trasport tagħhom waqt il-qadi tad-dmirijiet tagħhom li għalih jingħataw lura l-ispejjeż li jagħmlu bir-rata ta` 5c6 kull kilometru kif stabbilit fl-Estacode. Ix-xogħol ta` l-Inspectors iġorr miegħu ukoll allowance ta` sittin lira (Lm60) fix-xagħar.
Leg 9 PQ #6428 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Staff complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement preżenti ta' VAT Inspectors f'Malta u Għawdex? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vakanza ta' VAT Inspector hemm wara li ħarġet iċ-ċirkolari MPO Nru.51/99?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-istaff complement preżenti tal-VAT Inspectors hu wieħed u erbgħin (41) li minnhom hemm għaxra (10) nisa. Il-mira tad-Dipartiment hija ta` sittin (60) VAT Ispectors. L-applikazzjonijiet li saru skond iċ-ċirkolari MPO Nru. 51\99 għadhom qed jiġu proċessati u għalhekk għadu mhux magħruf kemm ser ikun in-numru ta` vakanzi skond il-mira tad-Dipartiment.
Leg 9 PQ #6429 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — AWTS

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il ħaddiem fil-grad ta' AWTS (Awżiljarji) hemm preżentement fis-servizz pubbliku? Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn qed jaħdmu preżentement? Kemm hemm minnhom nisa u kemm irġiel? Ma jidhirlux il-Prim Ministru li issa wasal iż-żmien, lejliet il-millennju l-ġdid, li dawn il-ħaddiema jiġu offruti impjieg mal-gvern, l-iktar fid-dawl li jirriżulta li dawn il-ħaddiema diġa' qed jitħallsu mill-fond tal-gvern u jidher lin-numru tagħhom huwa relattivament żgħir?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li preżentement in-numru ta' ħaddiema li daħlu mal-Gvern wara l-31 ta' Awissu 1991, u li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għalihom bħala AWTS, huwa ta' 89, li minnhom 67 huma irġiel u 22 nisa. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, lista li turi f'liema Dipartiment qed jaħdmu dawn il-ħaddiema. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub li jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2699.
Leg 9 PQ #6430 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mdaħħla l-qrati

Question

Jista' l-Ministru jara li meta l-pulizija tressaq u takkumpanja lil xi persuna/i fil-qorti ma ddaħħalhomx mill-bieb prinċipali tal-Qorti qisha qed tagħmel xi show bihom? Dawn jistgħu jidħlu mill-bieb ta' wara li hemm fit-Triq id-Dejqa.

Response (BORG, TONIO)

Il-Pulizija għandha d-dritt li ttella` individwi akkużati l-Qorti minn kull bieb li hu aċċessibli għall-pubbliku in ġenerali. Meta r-raġunijiet ta' sigurta` jew xi raġuni oħra (eż. ordni tal-Qorti) jindikaw mod ieħor, il-Pulizija tuża dawk l-aċċessi indikati miċ-ċirkostanzi. Ma hiex il-'policy' tal-Korp tal-Pulizija li jittellgħu nies biex tagħmel 'show' bihom kif allegat mill-Onorevoli Interpellant. 04.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6431 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq Spiru Spiteri - Bozza

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2704 dwar it-twaħħil ta' bozoz fi Triq Spiru Spiteri Tarxien, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta lestitx ix-xogħol tagħha fuq l-istima tat-talba msemmija? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir biex fl-aħħar tkun imdawwla t-triq imsemmija wara ħafna talbiet mir-residenti u mill-Kunsill Lokali Tarxien? Jekk għada ma ttieħdet l-ebda inizjattiva biex issir l-istima msemmija, ma jidhirlux il-Ministru li għaddew kważi erba' xhur milli wieġeb il-mistoqsija parlamentari, liema dewmien huwa wieħed eċċessiv biex tinħadem l-istima?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-talba biex titwaħħal bozza fit-triq imsemmija qed tiġi pproċessata skond il-proċeduri normali biex b'hekk tkun tista' tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

Toroq — Infiq ta' flus

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4064, jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tat-Toroq fassalx il-pjan neċessarju għax-xogħol meħtieġ f'diversi lokalitajiet? Jekk fl-affermattiv, liema huma l-lokalitajiet u t-toroq li se jsir ix-xogħol fuqhom? Jekk fin-negattiv, meta jaħseb li t-tfassil tal-pjan se jkun lest issa li dħalna fir-raba' xahar tas-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-pjan għadu qiegħed jitfassal u qiegħed jinvolvi il-Kunsill Lokali, il-`Utilities` kollha inklużi l-Awtorita` tat-Trasport Pubbliku, il-Ministeru tat-Turiżmu u entitajiet simili.
Leg 9 PQ #6404 Sitting 88 1999-05-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Maltafest — Kumitat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-membri tal-kumitat organizzattiv tal-Maltafest għal din is-sena ġewx ikkonfermati jew humiex se jinbidlu? Kemm hu minnu l-għidut li l-Maltafest mhux se jsir din is-sena? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid għaliex manifestazzjoni kulturali hekk importanti mhux se jsir iżjed?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena ma twaqqaf ebda Kumitat biex jorganizza l-Maltafest. Ġejt mogħti parir mid-Dipartiment li jsiru sensiela ta' Festivals bħalma huma Jazz Festival, Folk Singing Festival, Kunċerti, Konkorsi bandistiċi Drama etc separati minn xulxin biex b'hekk ikun jista' jsir programm aħjar u jgħola l-livell għal dak aċċettabbli. Bħalissa (26 sat-30 ta' April 1999) ingħata bidu għat-tieni edizzjoni tal-Festival Nazzjonali ta' l-Għana b'ġimgħa sħiħa ta' serati li ser iwasslu għall-għażla tal-parteċipanti għall-finali ta' dan il-Festival li ser isiru fil-21 ta' Mejju 1999. Fis-26 u s-27 ta' Ġunju 1999 ser jittella' d-dramm Ir-Rewwixta ta' Oliver Friġġieri waqt li bejn 16 u 18 ta' Lulju 1999 ser isir il-Jazz Festival. Fl-4 ta' Settembru 1999 u fil-10 u l-11 ta' Settembru ser isir il-Festival Żgħażagħ u l-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija rispettivament. Minbarra dan għaddejjin negozzjati biex jittellgħu Ballet Internazzjonali ta' livell, Festival għall-Mużiċisti Żgħażagħ, Konkors tal-Baned u Kunċert Orkestrali, minbarra attivitajiet kulturali li d-dipartiment minn żmien għal żmien qed jorganizza bil-kollaborazzjoni ta' diversi Kunsilli Lokali. Jien ta' l-opinjoni li b'dan il-mod qed isiru attivitajiet aktar imxerrda, organizzati aħjar u ta' livell ogħla bħal ma ġa deher fil-Festival ta' l-Għana.
Leg 9 PQ #6405 Sitting 88 1999-05-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Kultura — Self ta' materjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għaqdiet ibbenefikaw minn self ta' materjal mill-maħżen tad-Dipartiment tal-Kultura mill-aħħar ta' Settembru 'l hawn? Veru li barra milli jibbenefikaw mis-self, il-ġarr tal-materjal (mill-kuntrattur) qed jitħallas mid-dipartiment? Jista' l-Ministru jelenka l-għaqdiet jew individwi li bbenefikaw minn self, waħda waħda, x'materjal ġie misluf, x'depożitu tħallas f'każ li ssir ħsara u kemm sewa l-ġarr lid-dipartiment?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed ngħati lista tal' l-għaqdiet li bbenifikaw minn self ta' materjal u lista tal-materjal innifsu li ġie misluf mid-Dipartiment tal-Kultura mill-aħħar ta' Settembru 1998 sa 28 ta' April 1999. GĦAQDA MATERJAL MISLUF Malta Billiards & Snooker Assoc - Siġġijiet VIP MFA ta' Qali - Bnadar ta' Malta Siġġijiet VIP Bandalori Twapet ħomor GM Productions - Palk YMCA - Palk M'Annunzjata Band Club Tarxien - Leġiji tal-Mużika De Rohan Band Club Żebbuġ - Arbli tal-bnadar St Patrick School Sliema - Bnadar ta' Malta Arbli tal-bnadar Elderly Persons Birgu - Siġġijiet Ċentru taż-Żgħażagħ Vittoriosa - Bnadar ta' Malta St Antnin Band Club B'Kara - Leġiji tal-Mużika St Lawrence Band Club Birgu - Palk Moviment Era Ġdida - Palk Caritas - Siġġijiet Seminarju Rabat - Lurna 12th May Band Club Żebbuġ - Palk Tarxien Pageant Group - Tarġa ta' l-injam Bucket Seats Purpissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira Żejtun - Siġġijiet John Zammit Cyclists Tournament - Palk Malta Model Aircraft - Bnadar ta' Malta Flying Assoc. Arbli tal-bnadar Mhux veru li barra milli jibbenefikaw mis-self, il-ġarr ta' materjal qed ikun għas-spejjeż tad-Dipartiment. Ma ttieħed ebda depożitu. Il-policy fuq dan is-self qed tiġi preżentament studjata biex isir xi tibdil.
Leg 9 PQ #6423 Sitting 88 1999-05-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-VAT — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar overtime mill-istaff tad-Dipartiment tal-VAT, grad grad, mill-1 ta' Ottubru 1998 sal-lum? X'kien ix-xogħol assenjat lill-istaff tad-dipartiment fl-overtime imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta` overtime li sar mill-istaff tad-Dipartiment tal-VAT, grad grad, mill-1 t`Ottubru 1998 sa` l-aħħar ta` Marzu 1998 kien kif ġej: Overtime bejn Ottubru 1998 u Marzu 1999 Grad Numru ta` Numru ta` Ammont ta` Impjegati fid- Siegħat Ħlas Dipartiment (Lm) Prinċipali Anzjani 9 2,994 12,367 Prinċipali 12 3,117 10,845 Assistenti Prinċipali 10 2,650 9,418 Uffiċjali Eżekuttivi 36 10,450 34,176 Skrivani 38 6,720 16,601 Oħrajn (Tekniċi u Dipartimentali 7 1,432 4,678 Messaġġiera 4 1,109 2,871 Oħrajn (Industrijali) 3 849 1,976 Total 119 29,323 92,932 Ix-xogħol assenjat lill-istaff tad-Dipartiment fl-overtime imsemmi kien marbut ma`: 1. Id-dħul mill-ġdid tas-sistema tal-VAT taħt l-Att tal-1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud; a. tħejjija tal-Liġi prinċipali u numru ta` Avviżi Legali li jaqgħu taħtha, inkluż it-tradizzjoni għall-Malti; b. tibdil sostanzjali fis-sistema prinċipali tal-computer u bini mill-ġdid ta` sistema oħra marbuta ma` skemi ġodda individwali; c. tħejjija tal-formolarju kollu amministrattiv u twaqqif ta` strutturi u proċeduri amministrattivi ġodda skond il-liġi l-ġdida; d. reġistrazzjoni mill-ġdid tal-persuni reġistrati skond in-natura tax-xogħol tagħhom, il-livell ta` bejgħ li jagħmlu (thresholds) u jekk humiex part-timers jew le; e. organiżżazzjoni mill-ġdid tal-files tal-persuni reġistrati taħt il-liġi l-ġdida tal-VAT; f. printing u tqassim ta` ċirkularijiet lill-persuni reġistrati dwar il-liġi l-ġdida u l-iskemi li jaqgħu taħtha, kif ukoll ta` denunzji, kontijiet, u kotba ta` rċevuti; ġ. tħejjija tal-materjal kollu marbut mal-Kampanja ta` Pubbliċita dwar id-dħul mill-ġdid tal-VAT; h. laqgħat mal-pubbliku u sehem attiv fi programmi ta` tagħrif u diskussjoni fuq il-mezzi tax-xandir; i. żjajjar edukattivi u sorveljanza mill-Ispetturi tal-VAT fl-ewwel ġimgħat tal-liġi l-ġdida. 2. Xogħol marbut mal-għeluq tas-sistema tas-CET. Minn meta daħlet is-sistema l-ġdida tal-VAT f`Jannar 1999, id-Dipartiment baqa` jirċievi regolarment kull xahar id-denunzji tas-CET u għandu jibqa` jirċivihom mill-inqas sa` l-aħħar tas-sena. Għaldaqstant id-Dipartiment qed jipproċessa numru ta` denunzji u xogħol konness magħhom (ġbir ta` taxxa, stimi, kontijiet eċċ) id-dopju. 3. Xogħol ieħor li baqa` jsir (backlog) marbut mas-sistema tat-taxxa ta` qabel: (Expenditure Levy, VAT 1994, Refund of Duty on Stocks, Refund of CET on Stocks, CET 1997). a. Ġbir ta` arretrati ta` taxxa. b. Verifikazzjoni ta` talbiet għal refużjoni ta` taxxa. c. Proċessar ta` ittri ta` oġġezzjoni. d. Proċessar ta` applikazzjonijiet għal deregistration. Ta` min jgħid lin-numru ta` impjegati fid-Dipartiment tal-VAT huwa relattivament wieħed żgħir (b`kollox 122) u huwa 86 inqas mill-full complement mitlub.
Leg 9 PQ #6424 Sitting 88 1999-05-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Executive Officers

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5003 dwar eżamijiet għal grad ta' executive officer, jista' l-Prim Ministru jgħid xi ħsieb hemm għal dawk il-clerks li daħlu fis-Servizz Pubbliku wara li kien sar il-ftehim dwar il-General Service Grades? Peress li skrivani li daħlu mis-sena 1994 'l hawn skond il-ftehim imsemmi hawn fuq jitilgħu fi skala 15 wara ħames snin servizz u fi skala 14 wara ħames snin oħra ta' servizz, għaxar snin kollox, u jibqgħu mblukkati hemm għal dejjem waqt li skrivani li daħlu sena qabel u oħrajn li daħlu qabel għandhom l-opportunita' li jitilgħu l-grade ta' executive officer, assistant principal, eċċ. wara ċertu żmien fil-grade ta' clerk, jirdhirlu l-Prim Ministru li dawk li daħlu fis-Servizz Pubbliku fl-1994 qed ikunu mblukkati? Fid-dawl ta' dan kollu, ma jidhirlux il-Prim Ministru li din l-anomalija għandha tiġi rranġata jew b'eżami ntern għall-executive officer jew bi promozzjoni permezz tas-servizz bħal dawk ta' qabilhom? Ma jaħsibx il-Prim Ministru li b'dan l-atteġjament preżenti żgħażagħ mhux qed jaspiraw li jidħlu jservu fil-gradi ta' clerk fis-Servizz Pubbliku?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-prinċipju ewlieni għal Servizz Pubbliku aħjar huwa illi l-ħatriet kollha jsiru permezz ta' kompetizzjoni u mhux aktar awtomatikament wara numru ta' snin. Din is-sistema, aktar milli timblokka, tagħti opportunitajiet aħjar għal dawk l-impjegati kollha illi jkun jridu u li huma kapaċi jaslu għal gradi għola fis-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #6425 Sitting 88 1999-05-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Taħrikiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il taħrika saret mill-VAT Inspectors mill-1 ta' Ottubru, 1998 sal-lum lill-operaturi tan-negozju u dak professjonali? Liema qasam tan-negozju ġew mħarrka u f'liema lokalitajiet ta' Malta u Għawdex l-imsemmija operaturi joperaw?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-1 ta` Ottubru 1998 u s-27 t`April 1999, in-numru ta` każijiet li ġew referuti mill-Inspectors tal-VAT biex jittieħdu passi bil-Qorti kontra l-operaturi tan-negozju konċernati kien erba` mija u tmenin (480). Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-oqsma tan-negozju involuti u l-lokalitajiet fejn jinsabu.
Leg 9 PQ #6426 Sitting 88 1999-05-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Returns

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li bħalissa qed isiru assessments fuq returns tal-VAT mill-istaff tad-Dipartiment tal-VAT? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il assessment sar mill-1 ta' Ottubru 1998 sal-lum? Kemm minn dawn l-assessments ġew aċċettati mill-operaturi tan-negozju u kemm minnhom ma ġewx aċċettati?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf u nassumi li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-VAT tat-1996 li n-numru ta` assessments li saru mid-Dipartiment tal-VAT wara li tkun intbagħtet denunzja taħt l-Att tal-1994 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud bejn l-1 t`Ottubru 1998 u t-28 t`April 1999 kien 1,230. Minn dawn kien hemm 904 assessments li ġew aċċettati mill-operaturi tan-negozju u 326 li ma ġewx.
Leg 9 PQ #6398 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ward clerks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fl-Isptar Monte Carmeli hemm: (a) Swali ta' l-irġiel u swali tan-nisa? (b) Kemm minn dawn is-swali għandhom ward clerks u liema huma? (c) Kemm hemm ward clerks li ma jaħdmux fil-wards u allura fejn u ma' min jaħdmu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-isptar Monte Carmeli hemm: 1. Disa' swali ta' l-irġiel u ex-sala Nru. 10 (li tintuża għall-pazjenti li jintbagħtu mill-'Corradino Correctional Facilities'). 2. Tmien wards tan-nisa 3. Hemm HWH u YPU li huma għall-irġiel u n-nisa Hemm Ward Clerks: fis-Sala 5 ta' l-irġiel fis-Sala 5A tan-nisa fis-Sala 6 tan-nisa Hemm sitt Ward Clerks oħra li jaħdmu hekk: 1. Ward Clerk fis-sezzjoni tas-Salarju ma' l-uffiċċjal inkarigat. 2. Ward Clerk fis-sezzjoni tal-Medical Records mal-amministrazzjoni generali. 3. Ward Clerk fl-uffiċċju tas-Social Workers. 4. Ward Clerk li tgħin lin-nursing management biex tinżamm 'data' fuq l-istaff u l-pazjenti fis-swali, ġbir u tweġibiet ta' korrispondenza tan-Nursing Managers u xogħol konness ma' Learning Disability Training Unit. 5. Ward Clerk fl-ex-SNO's Office li tgħin biex jinzammu records ta' O.T., Staff situation, kif ukoll xogħol konness mal-Young People's Unit u d-Dipartiment tal-Persuni b'dizabilita'. 6. Ward Clerk oħra li tagħmel xogħol mal-Lay Administrator.
Leg 9 PQ #6399 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infermiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm infermiera fid-Dipartiment tas-Saħħa li għalqu l-61 sena u għadhom jagħtu s-servizz tagħhom? Kemm kien hemm infermiera li għalkemm għalqu 65 sena u kienu għadhom jaħdmu, twaqqfu ħesrem f'Jannar ta' l-1999? Jaħseb il-Ministru li bis-servizz u l-esperjenza ta' dawn l-infermiera kienu qed jgħinu biex isolvu l-problema tan-nuqqas ta' nurses fid-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' nfermiera fid-Divizjoni tas-Saħħa li għalqu l-61 sena u għadhom jagħtu servizz huwa 15. Kien hemm tlettax (13) infermiera li kienu għalqu l-65 sena u li skond il-"policy" tad-Divizjoni twaqqfu mix-xogħol b'seħħ mill-1 ta' Frar, 1999. It-tweġiba għall-aħħar parti tal-Mistoqsija hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #6400 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta/Għawdex — Servizz ta' helicopter

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-telf finanzjarju tas-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex is-sena l-oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jistenna l-pubblikazzjoni ta' l-Annual Accounts tal-Kumpanija fejn isib l-informazzjoni kollha relattiva.
Leg 9 PQ #6401 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Car park - Dħul ta' revenue

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħal revenue mill-Carpark tal-MIA (Malta International Airport) is-sena l-oħra u fl-ewwel tlett xhur tas-sena 1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali, ma nħossx li jkun etikament korrett li tingħata tali informazzjoni.

Vetturi — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk meta jidħol l-VRT (Vehicle Roadworthiness Test) humiex se jkunu suġġetti għal dan it-test il-vetturi tal-gvern ukoll?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nr. 5572.