Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6452 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Servizz ta' dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2709 dwar servizz ta' dawl u ilma eċċ f'diversi toroq f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta diġa` għaddiet is-servizzi tad-dawl fit-toroq imsemmija. Min-naħa tal-Maltacom in-network tat-telefon hija mgħoddija, pero` l-kumpanija qed tistenna mid-Dipartiment tat-Toroq meta tkun tista` tgħaddi xi pajpijiet minn fuq il-bankina wara li dawn ikunu għamlu t-trinek. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ser tagħmel ix-xogħolijiet segwenti fit-toroq imsemmija b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali: Fi Triq P.Schembri jrid isir tibdil ta' main u house services. Fi Triq il-Vittmi tal-Gwerra irid isir it-tiġdid tal-house services. Dawn iż-żewġ toroq huma konnessi mal-proġett għall-irranġar ta' toroq mill-Kunsill Lokali. Fi Triq Dar il-Kejka, Triq Joseph Burlo` u Triq Ċikku Saliba, saret installazzjoni ta' mains ġodda. F'dawn it-tlett toroq qed issir installazzjoni ta' house services. Fi Triq Spiru Saliba għandu jsir xogħol ta' tiġdid ta' house services. Dan ix-xogħol huwa konness mal-proġett għall-irranġar ta' toroq mill-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #6453 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjonijiet — Rapport annwali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4598 dwar rapporti annwali tal-korporazzjonijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #6454 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Post ta' Assistant Director

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5004 dwar il-post ta' assistant director fi ħdan is-Servizz Pubbliku?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi l-proċess ta' l-għażla għal Assistenti Diretturi inbeda. Naturalment wieħed japprezza li din hi l-ewwel darba li qiegħed isir dan il-proċess u għalhekk irid ċerta attenzjoni u galbu. Hemm il fuq minn 1,100 applikazzjoni u jridu jinħatru 'l fuq minn 130 bord ta' l-għażla. B'danakollu, kif weġibt fil-mistoqsija numru 5004 qiegħed isir kull sforz biex l-intervisti jibdew fil-futur qarib.

Sigurta' Soċjali — Assistenza soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li dawk il-persuni li jilħqu jfaddlu Lm4,000 savings il-Bank u li mill-imgħax tagħhom titħallas il-witholding tax, tinqatgħalhomx is-social assistance? Jaħseb li din il-miżura ma tirriflettix adekwatament il-ħtiġijiet tal-livell ta' għajxien tal-poplu tagħna llum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Persuni li jgħixu waħedhom u li qed jieħdu l-Għajnuna Soċjali normalment ma jħallsux il-'withholding tax' għaliex id-dħul globali tagħhom jeżentahom milli jħallsu t-taxxa fuq l-'income'. Jekk l-uniku kapital li għandhom huwa flus il-bank, dan l-ammont f'każ ta' persuni waħedhom, ma jistax jaqbeż l-Lm4,000 biex jibqgħu jikkwalifikaw għall-Għajnuna Soċjali. 10.5.99
Leg 9 PQ #6523 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ward clerks

Question

Jaħseb il-Ministru li f'Sala Nru 2 ta' l-irġiel ġewwa l-Isptar Monte Carmeli għandu jkun hemm ward clerk minħabba l-amalgamazzjoni ta' Sala Numru 2 u Sala Numru 10 u per konsegwenza hemm pressjoni enormi ta' xogħol li qed isir kollu minn nurses u b'hekk tintilef l-attenzjoni lejn il-pazjenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant qed jiġi studjat.
Leg 9 PQ #6445 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 814 dwar impjegati fil-Ministeru tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija numru 284. Inżid ngħid li t-trasferimenti jsiru jew għax hekk ikunu jitolbu l-esiġenzi tas-servizz inkella fuq talba ta' l-impjegat inniffsu.
Leg 9 PQ #6446 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 822 dwar impjegati fil-Ministeru tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li biex jinġabar it-tagħrif jinħtieġ ċertu ammont ta' xogħol, għadni m'hinix f'pożizzjoni li nagħti t-tagħrif meħtieġ dwar xi impjegat jew impjegati partikolari.
Leg 9 PQ #6447 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 827?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #6448 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarjati tal-Ministri/Segretarji Parlamentari — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1817?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-persuni li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-Segretarjat Privat tiegħi u li magħhom it-termini ta' l-ingaġġ ġew konklużi huma għaxra. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda li turi d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant. L-Allowances li qegħdin jirċievu dawn l-impjegati huma dawk li jidhru fid-Dokument approvat mill-Kabinett u li tiegħu tpoġġiet kopja fuq il-mejda tal-Kamra f'seduta preċedenti. Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq xi dettalji dwar staff f'Segretarjati Privati oħra, nistiednu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6449 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1892?

Response (BORG, JOE)

Peress li ma jirriżultax li kien hemm xi żjara fl-14 ta` Novembru 1998, qed nassumi li l-Onor Interpellant qed jirreferi għaż-żjara ta` l-14 ta` Settembru 1998. F`dan il-każ ir-risposta hija kif ser jingħad: 14ta` Settembru 1998 Nefqa totali ta` LM540.13 inkluż l-ispejjeż tal-biljetti ta` l-arju (LM351.63) 29 ta` Ottubru 1998 Nefqa totali ta LM1316.60 inkluż l-ispejjeż tal-biljetti ta` l-ajru (LM878.25) 5 ta` Novembru 1998 Nefqa totali ta` LM2721.21 inkluż l-ispejjeż tal-biljetti ta` l-ajru (LM 1186.32) 11 ta` Novembru 1998 Nefqa totali għada ma ġietx stabbilita. L-ispejjeż tal-biljetti ta` l-ajru kienu LM1665
Leg 9 PQ #6450 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Settur Pubbliku — Fina

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3964 dwar finanzi vis-a-vis impjegati fis-settur pubbliku?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għar-rigward tad-dekasteru tiegħi qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi l-General Service Grades (Casual Typist, Clerical Assistant, Clerk, Data Entry Operator, Executive Officer, Graduate Trainee, Administrative Officer\Principal) jiġu ngaġġati mill-Management and Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mqassma fid-dipartimenti.
Leg 9 PQ #6439 Sitting 91 1999-05-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1293 dwar mobile phones użati fil-Ministeru tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba kważi nġabret kollha u għalhekk it-tweġiba tingħata fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #6440 Sitting 91 1999-05-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Bordijiet governattivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3464 dwar bordijiet governattivi vis-avis żgħażagħ u nisa?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt li t-tagħrif mitlub jiġi kompilat.
Leg 9 PQ #6441 Sitting 91 1999-05-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Bordijiet governattivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3469 dwar bordijiet governattivi vis-avis nisa u żgħażagħ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Rigward il-parti tal-mistoqsija dwar il-politika li f'bordijiet governattivi jiġu nominati kemm jista' jkun żgħażagħ, l-amministrazzjoni preżenti, filwaqt li fil-prinċipju taqbel ma' dan, ma tqisx li l-eta' għandha tkun il-kwalita' ewlwnija li biha persuna tikkwalifika biex isservi bħala membru fuq bord. Pjuttost il-gvern preżenti jqis li l-kompetenza tal-persuna, irrispettivament mill-eta', bħala l-kriterju ewlieni li jikkwalifika persuna biex isservi fuq bord.
Leg 9 PQ #6442 Sitting 91 1999-05-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Bordijiet governattivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3471 dwar bordijiet governattivi vis-a-vis nisa u żgħażagħ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fil-bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru ta'l-Agrikoltura u Sajd hemm erbgħa persuni li huma taħt it-30 sena. Dawn huma kollha nisa. Ħadd minnhom ma jieħu onorarju. Nominazzjonijiet fuq il-bordijiet isiru fuq il-kriterju ta' kemm il-membru nominat jista' jagħti kontribut siewi u skond nomini li jsiru mid-diversi għaqdiet li huma rappreżentati fuq il-bordijiet, u mhux biss skond l-eta' jew is-sess tal-persuna nominata. Fil-bordijiet kollha tal-Ministeru hemm erbatax il-mara.
Leg 9 PQ #6443 Sitting 91 1999-05-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għall-Għawdex — Bordijiet governattivi

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3472 dwar bordijiet governattivi vis-a-vis nisa u żgħażagħ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li hemm 8 irġiel u 5 nisa taħt it-30 sena li huma membri ta' bordijiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex. Ħadd minnhom ma jieħu xi forma ta' onorarja. Il-politika tal-Gvern preżenti hija li kemm jista' jkun jiġu nnominati żgħażagħ u nisa f'bordijiet governattivi. L-Onorevoli Interpellant għandu jkun jaf li fil-preżent hemm 17-il mara fuq il-bordijiet u l-kumitati li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex.
Leg 9 PQ #6444 Sitting 91 1999-05-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 807 dwar impjegati fil-Ministeru tiegħu?

Response (BORG, JOE)

Kien hemm disa` impjegati li ngħataw il-permess biex jiġu trasferiti minn dan il-Ministeru mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali sa l-4 ta` Novembru 1998 kif qed jingħad hawn taħt:- Żewġ impjegati Għawdxin kienu `on loan` mad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali u eventwalment bdew jaħdmu Għawdex ma` dak id-Dipartiment (Gozo Branch). Impjegat ieħor ingħaqad mal-Works Division fil-Ministeru ta` l-Ambjent wara li ġie appuntat `Security Guard`. Żewġ impjegati oħra marru d-Dipartiment tat-Taxxi Interni, u l-oħrajn mad-Dipartiment ta` l-Agrikoltura, il-VAT Office, id-Dipartiment ta` l-Environment Protection u l-Works Division tal-Ministeru ta` l-Ambjent.
Leg 9 PQ #6433 Sitting 90 1999-05-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta — Proġett

Question

Wara li fi ftit żmien ilu ġie mniedi l-proġett tal-millennju dwar l-entratura tal-Belt Valletta, jista' l-Ministru jgħid xi proġetti hemm għas-suq li jarma kull nħar ta' Ħadd, barra l-Belt Valletta, ħdejn it-terminus? Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk is-suq hux se jkun parti mill-proġett? Jekk fin-negattiv, fejn se jintrama s-suq ta' kull nhar ta' Ħadd? X'se tkun l-alternattiva għal dawn is-self-employed?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bil-proġett ta' l-entratura tal-Belt ħadd m'hu ser jitlef l-impjieg tiegħu u għalhekk il-mistoqsija ta' x'se tkun l-alternattiva għal dawn is-self employed ma tqumx. Ma jirriżultalix illi bil-proġett kif inhu propost illum il-Monti ta' nhar ta' Ħadd se jkun f'pożizzjoni agħar milli kien se jkun bil-proposti għall-Bus Terminus li kienu saru taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
Leg 9 PQ #6434 Sitting 90 1999-05-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Aġenziji ta' reklamar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari numru 1252 dwar aġenziji ta' reklamar fil-Ministeru speċjalment rigward id-dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Aġenzija tar-reklamar li kienet użata bejn il-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998 kienet il-JP Advertising. Kampanja fdata lilhom Kemm Intefaq --------------------- ------------ Clean Up the World Lm 812 Xummiemu Klabb Magazine Lm 800 ------ TOTAL Lm1612 ------ Ir-reklami li saru fuq il-mezzi tal-media li hawn Malta (PBS, NET TV, SUPER ONE) kienu ta' Xummiemu u dawn saru b'xejn. L-istamperija użata fil-perjodu ta' bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Novembru 1998 kienet il-POULTON'S PRINT. Attivita' Raġuni Ammont Kemm Intefaq ----------------------------------------- ---------------------- Klabb Xummiemu Magazines 30,000 Lm1780 Clean Up the World * Posters 2,000 Lm 330 Clean Up the World * Stickers 10,000 Tree Awareness Campaign Seminar Posters 6,000 Lm 295 Tree Awareness Campaign Seminar Brochures 5,000 Lm 100 -------- TOTAL Lm2505 -------- * F'dan il-każ id-Dipartiment ħallas l-ammont ta' Lm330. li kien jinkludi l-istampar tal-posters u stickers. F'kull każ l-iscanning kien inkluż fil-prezz. Il-Kumpanija użata għal printing ta' T-Shirts ta' Clean Up the World Campaign fil-perjodu ta' bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Novembru 1998 kienet il-PERFECT SCREENS. L-ammont ta' T-Shirts kien ta' 5000 u l-ispiża kienet ta' Lm4000. Il-Gvern preżenti ma waqqaf lill-ebda aġenzija ta' reklamar li kienet tintuża mill-Gvern preċedenti milli tagħti s-servizzi tagħha waqt din l-amministrazzjoni.
Leg 9 PQ #6435 Sitting 90 1999-05-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1267 dwar kuntratti li ngħataw fil-Ministeru tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.