Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11883 Sitting 201 1999-12-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

VAT Department — Persuni reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni reġistrati mal-VAT Department li iżda ddeċidew li ma jidħlux fis-sistema tal-VAT għaliex jaqgħu taħt it-threshold skond il-liġi? Jista' l-Ministru jagħti breakdown tagħhom skond is-settur li joperaw fih?

Response (BONNICI, JOSEF)

In vista tal-fatt li d-Dipartiment tal-V.A.T. ma jiffurmawx parti mid-dekasteru tiegħi, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #11884 Sitting 201 1999-12-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Ħaddiema

Question

Wara li l-gvern issa ħajjar numru sostanzjali ta' ħaddiema tal-Kalaxlokk biex jitilqu l-impjieg tagħhom, jista' l-Ministru jgħid fejn wasal biex ikun hemm privatizzazzjoni ta' din il-kumpannija? Kemm saru laqgħat dwar dan u ma' min? X'kondizzjonijiet ġew miftehma s'issa jekk dan hu l-każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Wara li ttieħed l-ewwel pass li jista' lwassal għall-vijabilita tal-Kalaxlokk permezz ta' skema ta' irtirar mill-impjieg bi ftehim mal-GWU, il-Gvern żamm numru ta' laqgħat mal-kumpanija NOVITA dwar il-bejgħ tal-kumpanija Kalaxlokk u oħra li joħorġu mill-ftehim tas-7 ta' Novembru, 1994, u mit-twettiq tal-kuntratt tal-bini tat-Terminal II tal-Freeport. Fl-istess waqt il-Kalaxlokk u l-Mimcol qed iżommu laqgħat mal-GWU dwar ir-reviżjoni tal-ftehim kollettiv. L-eżitu ta' dawn id-diskussjonijiet għandu jifluwixxi fuq l-eżitu tad-diskussjonijiet man-NOVITA u mal-vijabilita 'long term' tal- Kalaxlokk.
Leg 9 PQ #11885 Sitting 201 1999-12-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Communication Co-ordination

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu salarju u x'benefiċċji tgawdi l-persuna nkarigati mill-Communication Co-ordination fil-ministeru tiegħu? Dan huwa civil servant jew ġie ngaġġat b'kuntratt mill-Ministru? Jekk ta' l-aħħar, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-kuntratt ta' mpjieg tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Is-salarju u l-benefiċċji tal-`Communication Co-ordinator` kif ukoll il-kundizzjonijiet ta` mpieg tieghu huma skond il-memorandum mpoġġi fuq il-mejda tal-kamra mill-Prim Ministru aktar kmieni din is-sena u msejjah `Engagement of Staff for Private Secretariats`.
Leg 9 PQ #11886 Sitting 201 1999-12-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Ex-ġurnalista

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema kariga ngaġġa lill-ex-ġurnalista tal-ġurnal "The People" li ismu qed jintbagħat separatament fil-ministeru? Jista' l-Ministru jikkonferma jekk dan huwiex f'xi kunsill lokali? Jekk fl-affermattiv, ta' liema kunsill u f'liema kariga? Dan kunsill lokali ta' lokalita' li fuqha jikkontesta l-elezzjoni l-Ministru? Peress illi l-ministeru huwa responsabbli mill-kunsilli lokali, jista' jgħid jekk dan jagħtix lok għal konflitt ta' interess ta' l-istess persuna tal-Ministru fil-ħidma politika tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-persuna indikata hi mpjegata bhala Communication Co-ordinator u hu l-Viċi Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Msida li, kif nahseb jaf l-Onor. Interpellant, ma jifformax parti minn xi distrett distrett li jiena nikkontesta. Ir-risposta ghall-ahhar parti tad-domanda hi fin-negattiv.
Leg 9 PQ #10971 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Cinemas - Tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tħarrket u ttellgħet il-qorti wara li nqabdet tpejjep ġewwa s-cinemas sena b'sena mill-1990 'il hawn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna li n-numru ta' l-ID tagħha qed jintbagħat separatament li tbati minn muscular dystrophy u peress li għandha diżabilita' fiżika huwa diffiċli li tmur personalment il-Housing Authority, tingħata l-file number peress li applikat personalment fl-20/10/99 u għadhom ma tawhiex l-file number għal akkomodazzjoni alternattiva minkejja li ħalliet iċ-ċertifikati kollha mitluba lilha mill-istess awtorita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni tal-persuna ndikata ma ġietx aċċettata mid-Dipartiment għal raġunijiet li ġew spjegati lill-istess persuna.
Leg 9 PQ #11105 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Qormi - Skola Danny Cremona

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-istudenti fl-iskola Danny Cremona ta' Ħal Qormi jinsabu bla għalliem ta'l-arti? Veru li ilhom hekk għal madwar xahar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Danny Cremona ta' Ħal-Qormi hemm sitt lezzjonijiet ta' l-arti nieqsa. Fin-nuqqas ta' dan, l-istudenti konċernati qegħdin jingħataw lezzjonijiet fil-letteratura bħala parti mill-programm Art/Music/Literature kif hemm maħsub fil-Kurrikulu Minimu Nazzjonali. Ta' min isemmi wkoll li l-istudenti fis-sena skolastika preċedenti ingħataw il-mużika u fis-sena skolastika li jmiss jingħataw l-arti.
Leg 9 PQ #11106 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Furjana - Skola Girolomo Cassar

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-istudenti fl-iskola Girolomo Cassar tal-Furjana m'hemmx teacher tas-science minflok ieħor li kien hemm qabel u li ma ġiex replaced? X'se jsir dwar dan? Veru li ilhom hekk madwar xahar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola msemmija bħalissa hemm nuqqas ta' għalliema tas-Science. Madanakollu informat ukoll li għalliema oħra fl-istess skola qed jutilizzaw il-ħin li fih ma jkollhomx lezzjonijiet sabiex jgħallmu dan is-suġġett temporanjament, sakemm jinstab għalliem tas-Science.
Leg 9 PQ #11107 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bighi

Question

B'riferenza għall-iskola ta' Bighi, jista' l-Ministru jgħid: (a) fuq liema kriterji ntgħażel l-istaff; (b) kemm hemm instructors/għalliema; (ċ) fiex waslet it-tender għal kċina li se tiswa madwar Lm26,000; u (d) kemm hemm studenti bħalissa f'din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-persuna responsabbli hi imsiefra fuq xogħol tal-Gvern, u t-tagħrif għad irid jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #11108 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Tarxien — Triq Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi progress sar in konnessjoni mat-talba minn residenti ta' l-inħawi ta' Luqa Road, Paola/Tarxien (ħdejn l-ex-Carters Supermarket) biex issir zebra crossing li jiena poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra waqt aġġornament riċenti u li tpoġġa wkoll mis-shadow spokesman tal-qasam li għalih huwa responsabbli l-Ministru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq irċieva talba mingħand il-Bord tal-Kontroll tat-Traffiku biex isir `survey` fil-lokal ħalli wieħed jara jekk hemmx lok li jsiru il-`Pelican Lights` jew `Zebra Crossing` u f`liema post l-aħjar li ssir.
Leg 9 PQ #10965 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bighi - Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti Maltin u barranin fl-iskola ta' Bighi? Hemm vakanzi ta' teachers f'din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif għad irid jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #10966 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ministeru tal-Ġustizzja — Court messengers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li toħroġ sejħa għall-applikazzjoni għal mili ta' vakanzi fil-grad ta' court messenger?

Response (GATT, AUSTIN)

`B`riferenza ghall-interpellanza maghmula mill-Onorevoli Dr. Joe Cilia dwar mili ta` vakanzi fil-grad ta` Court Messenger, nixtieq ninfurmah illi s-sejha ghall-applikazzjonijiet biex jimtlew l-imsemmija vakanzi giet ippubblikata permezz ta` cirkolari mill-Management and Personnel Office numru 112 tas-sena 1999 u li ggib id-data tat-l3 ta`Ottubru 1999. L-applikazzjonijiet baqghu jintlaqghu mid-Dipartiment tal-Ezamijiet sa nhar il-Gimgha, 5 ta` Novembru 1999.
Leg 9 PQ #10967 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ministeru tal-Ġustizzja — MPO Nru. 84/99

Question

B'riferenza għaċ-ċirkolari MPO Nru. 84/99 datata 9/7/99, dwar il-mili ta' postijiet ta' Deputat Reġistratur fil-Qorti Ċivili, jista' l-Ministru jgħid kemm-il vakanzi kien hemm fl-imsemmija sejħa? Kemm-il applikant applika? Kemm minn dawk li għaddew diġa' bdew jaħdmu fil-post ta' Deputat Reġistratur? Jekk mhux kulħadd beda jaħdem, kemm jonqos u għalfejn dawn ma ġewx rilaxxati mid-dipartimenti l-oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat illi s-sejha ghall-applikazzjonijiet permezz tac-cirkolari ta` l-MPO Nru. 84 tas-sena 1999 datat 9 ta`Lulju 1999 kienet intiza biex timla` tmien postijiet vakanti. Id-Dipartiment ircieva sittax-il applikazzjoni sad-data ta` l-gheluq u l-applikanti gew intervistati minn Board. Minnhom, ghaxra ghaddew. Minn dawn, tnejn infurmaw lid-Dipartiment li ma kienux aktar interessati li jahdmu bhala Deputati Registraturi. Sat-3 ta` Novembru 1999 kien hemm zewg ufficjali li ghaddew u li bdew jahdmu bhala Deputat Registratur. Mill-bilanċ ta` sitta li jifdal, tlieta diga huma impjegati tal-Qorti filwaqt li jonqos tlieta ohra li ghadhom ma gewx rilaxxati mid-Dipartimenti rispettivi taghhom. Il-Qorti mhux f`pozizzjoni li tghid ghaliex dawn ghadhom ma ntbaghtux mid-Dipartimenti taghhom.`
Leg 9 PQ #10968 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Chairman

Question

Wara li ċ-Chairman tal-Public Broadcasting Services ġie maħtur ukoll chairman tal-Maltacom, jista' l-Ministru jgħid jekk hux sejjer jinħatar chairman ġdid tal-PBS u jekk fil-pożittiv meta se jinħatar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħatra taċ-Chairman preżenti tal-PBS hi għal sena b'seħħ mid-9 ta' Diċembru 1998.
Leg 9 PQ #10969 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Bonuses

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se tingħata xi forma ta' bonus lil dawk l-impjegati fis-Servizz Pubbliku, li se jkunu xogħol nhar l-31 ta' Diċembru, 1999 bil-lejl u fl-1 ta' Jannar, 2000 bħalma huma l-infermiera, tobba, ħaddiema fl-isptarijiet, membri ta' l-AFM, pulizija, eċċ?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10663 f'Seduta Numru 170 ta' nhar it-2 ta' Novembru 1999, dwar l-istess suġġett.
Leg 9 PQ #10970 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax — Objections

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna kemm baqa' objections għar-returns ta' l-Income Tax li saru qabel l-1 ta' Novembru, 1998? Jista' l-Ministru jgħid kemm saru objections bejn Novembru 1998 u l-aħħar ta' Ottubru 1999?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta` oġġezzjonijiet li għad iridu jinħadmu hu ta` 52,092 li minnhom 9,007 ġew reġistrati bejn Novembru 1998 u Ottubru 1999.
Leg 9 PQ #10959 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Floriana FC — Diskussjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu d-diskussjonijiet mal-Floriana Football Club dwar l-użu tal-ground tagħhom fejn il-gvern irid jorganizza ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju? Ma jistax il-gvern isib alternattiva oħra meta jaf li l-ground għadu kemm ġie miżrugħ mill-ġdid?

Response (GALEA, LOUIS)

Diġa' poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra stqarrija pubblika li tittratta s-suġġett.
Leg 9 PQ #10960 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Millenju — Ċelebrazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun in-nefqa taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju? X'sejħiet għall-offertu ħarġu s'issa għall-makkinarji varji biex ikunu jistgħu jittellgħu l-attivitajiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Tagħrif dwar l-ewwel parti għad irid jinġabar. S'issa ħarġu sejħiet għall-offerti dwar it-tiżjin u mixgħela tat-toroq mill-Monument ta' Spencer, il-Blata l-Bajda sal-Monument ta' Kristu Re fil-Furjana, Triq Ġilormu Cassar u Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta. Is-sejħa għall-offerti saret flimkien mal-Kumitat Festi Nazzjonali peress li t-tiżjin ippjanat ser jintrama għall-perijodu bejn l-10 u l-31 ta' Diċembru 1999, fl-okkażjoni tal-25 Anniversarju ta' Malta Repubblika, il-Festi tal-Milied u ċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju.
Leg 9 PQ #10961 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għal Għawdex

VRT — Garaxxijiet liċenzjati

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk u meta se jinfetaħ jew jinfetħu garaxxijiet liċenzjati biex jagħmlu l-VRT lis-sidien tal-karozzi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li sa issa f'Għawdex hemm Testing Station waħda liċenzjata biex tagħmel l-Vehicle Roadworthiness Test lis-sidien tal-karozzi. Jiena nfurmata li d-Dipartiment tal-Liċenzi u Testijiet għandu żewġ applikazzjonijiet oħra għal Testing Stations ġewwa Għawdex li qed jiġu kkunsidrati.
Leg 9 PQ #10962 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Self-employed — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jagħti ċans lis-self-employed li biex iħallsu l-arretrati tat-taxxa jieħdu sentejn bħal ċittadini oħra flok sena, bħalma huma obbligati li jagħmlu s'issa?

Response (DALLI, JOHN)

Il-policy tad-Dipartiment għas-snin ta` stima ta` qabel l-1999 kienet li l-arretrati jitħallsu bin-nifs skond il-kategorija tat-taxpayer, l-ammont dovut u d-dħul ddikjarat. Is-self employed jistgħu iħallsu xi arretrati għas-snin ta` qabel l-1999 sa żmien 18-il xahar b`ftehim mad-dipartiment minn meta jirċievu l-kont tat-taxxa. Taħt is-sistema tas-self assessment (mis-sena ta` stima 1999 `l quddiem) xi bilanċ ta` taxxa li jirriżulta mis-self assessment irid jitħallas sad-data kif kontemplata bil-liġi (jiġifieri sal-31 t`Awissu 1999 għas-sena ta` stima 1999 u sat-30 ta` Ġunju tas-sena rispettiva għas-snin ta` stima sussigwenti). Min ma jħallasx il-bilanċ fiż-żmien, jeħel imgħax ta` 1 fil-mija fix-xahar sakemm dan jitħallas.