Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12851 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq Spiru Spiteri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fi Triq Spiru Spiteri, Ħal Tarxien sarx ix-xogħol ta' tiġdid ta' house services, xogħol li huwa konness mal-proġett għall-irranġar ta' toroq mill-kunsill lokali?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-triq li ghaliha qed issir riferenza tifforma parti minn progett ta` kisi ta` toroq originati mill-amministrazzjoni centrali permezz tad-Dipartiment tat-Toroq b`ko-ordinazzjoni mal-Kunsilli Lokali u entitajiet parastatali, fosthom il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma. Jiena nfurmat li x-xoghol fuq dan il-progett ghadu ma bediex.
Leg 9 PQ #12852 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Xogħol fuq mains

Question

Jikkonferma l-Ministru li fit-Toroq P.Schembri, Vittmi tal-Gwerra, Dar il-Kejka, Joseph Burlo' u Ċikku Saliba f'Ħal Tarxien, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u l-Kunsill Lokali Tarxien lestiet ix-xogħlijiet ta' main u house services, installazzjoni ta' mains u installazzjonijiet ta' house services?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-toroq li ghalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant ukoll jiffurmaw marti mill-progett li semmejt fit-twegiba ghall-mistoqsija ta` qabel din. Ghaldaqstant dak li ghidt f`dik it-twegiba japplika wkoll ghal din il-mistoqsija.
Leg 9 PQ #12853 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Tarxien — Ġnien Joanne

Question

Peress li qed jiġi rranġat il-ġnien Joanne f'Ħal Tarxien mill-Kunsill Lokali Tarxien, jista' l-Ministru jara li t-toroq fl-inħawi tal-madwar li għadhom mhux mibnija jitlestew biex ilaħħqu ma' l-inawgurazzjoni tal-ġnien imsemmi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob l-Onor. Interpellant jindika liema huma t-toroq li qed jagħmel riferenza għalihom.
Leg 9 PQ #12928 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Malta Post — Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux veru li qabel l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali tar-Raħal Ġdid li saru dawn l-aħħar ġranet fil-Posta ta' Raħal Ġdid inżamm xi materjal milli jitqassam għal ġranet twal, mibgħut mill-Partit Laburista lill-votanti, filwaqt li materjal mibgħut mill-Partit Nazzjonalista tqassam normali? Jekk iva, jista' jgħid x'ġara u għaliex inżammu milli jintbagħtu fil-ħin u x'passi ttieħdu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-materjal konness ma` l-elezzjoni ta` dan il-Kunsill Lokali, kollu tqassam fil-ħin.
Leg 9 PQ #12843 Sitting 229 2000-01-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Sponsorships

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġet f'sponsorships il-Maltacom plc. fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena (Jannar sa Ottubru 1999)? Min ibbenefika minn dawn l-isponsorships u kemm ħadu kull wieħed? Kemm fadal fondi fi sponsorships x'jitqassmu fl-aħħar xahrejn ta' din is-sena? Il-Maltacom plc. għandha ħsieb li għas-sena d-dieħla talloka l-istess somma għall-isponsorship jew beħsiebha żżid jew tnaqqas?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minhabba n-natura kummercjali tal-Maltacom mhuwiex fl-interess tal-kumpanija li l-informazzjoni mitluba tigi ppubblikata.
Leg 9 PQ #12844 Sitting 229 2000-01-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT Office — VAT officers

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-postijiet ta' VAT officers ġew mimlija kollha jew għad fadal postijiet oħra x'jimtlew? Jekk fadal postijiet x'jimtlew, meta se toħroġ applikazzjoni oħra?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li preżentement hemm żewġ postijiet fil-grad ta` Diretturi u seba` postijiet fil-grad ta` Assistenti Diretturi fid-Dipartiment li jridu jimtlew. L-interviews għall-mili ta` dawn il-postijiet saru f`Diċembru 1999 u Ottubru 1999 rispettivament wara sejħa għall-applikazzjoni mill-Public Service Commission skond Ċirkulari Numru 16\99 u Ċirkulari Numru 37\99 maħruġa mill-Management and Personnel Office fl-Uffiċju tal-Prim Ministru. Ladarba jimtlew dawn il-postijiet ma jkunx baqa` aktar x`jimtlew fil-gradi msemmija.
Leg 9 PQ #12845 Sitting 229 2000-01-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Assistenti diretturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jkunu lesti l-intervisti u l-ħatriet għall-postijiet ta' assistent diretturi fi ħdan is-servizz pubbliku?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-ħatra ta' 121 Assistent Direttur saret b'effett mis-17 ta' Jannar 2000. Erba' Assistenti Diretturi oħra għandhom jingħataw il-ħatra b'seħħ mill-istess data fil-ġranet li ġejjin. Il-mili ta' erba' postijiet oħra għadu taħt konsiderazzjoni u disa postijiet mhux ser jimtlew minħabba li ma nstabux kandidati addattati.
Leg 9 PQ #12846 Sitting 229 2000-01-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MPO — Trasferimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il talba għandu l-MPO biex ħaddiema fil-general service grades jiġu trasferiti minn dipartiment għall-ieħor? Kemm iddum il-proċedura biex ħaddiem jingħata risposta wara li jagħmel l-imsemmija talba?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Management and Personnel Office għandu 38 talba pendenti biex uffiċjali fil-General Service Grades jiġu trasferiti minn dipartiment għal ieħor. Kemm idum biex jingħata transfer jiddependi minn diversi fatturi fosthom kemm idum ma jinstab sostitut addattat biex timtela l-vakanza ta' l-uffiċjal li jkun talab it-transfer.
Leg 9 PQ #12847 Sitting 229 2000-01-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Lottu — Banek tal-lottu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm preżentement hawn banek tal-lottu f'Malta u f'Għawdex? Jista' l-Ministru jgħid fejn jinsabu dawn il-banek u jekk hemmx ħsieb li jingħataw aktar permessi biex jinfetħu aktar banek tal-lottu?

Response (DALLI, JOHN)

Fil-preżent hawnmija utnejn u disgħin (192) Banka tal-Lottu f`Malta u Għawdex. Dawn il-Banek jinsabu kif ġej: Malta: Attard 1 Gudja 2 Msida 4 St Lucia 1 Balzan 1 Gzira 4 Mtarfa 1 St Venera 3 Bir id-Deheb 1 Hamrun 8 Naxxar 2 Senglea 3 B`Kara 8 Kalkara 2 Paceville 1 Siggiewi 3 B`Bugia 3 Kirkop 1 Paola 7 Sliema 11 Bugibba 1 Lija\Iklin 2 Pieta` 1 Swieqi 1 Burmarrad 1 Luqa 4 Qormi 7 Tarxien 2 Cospicua 7 Marsa 6 Qrendi 2 Ta` Giorni 1 Dingli 1 M`Scala 1 Rabat 5 Ta` Paris Fgura 2 M`Xlokk 1 Safi 1 By Pass 1 Floriana 4 Mellieħa 2 St Andrews 1 Ta` Xbiex 1 Għargħur 2 Mġarr 1 St Julians 2 Valletta 23 Għaxaq 2 Mosta 5 St Paul`s Bay 1 Vittoriosa 3 G`Mangia 1 Mqabba 2 San Gwann 4 Zabbar 4 Zebbuġ 4 Zejtun 5 Zurrieq 3 Għawdex: Għajnsielem 1 Nadur 1 Victoria 4 Xagħra 1 Xewkija 1 Permessi jingħataw skond il-bżonn li jinqala` minn żmien għal żmien.
Leg 9 PQ #12848 Sitting 229 2000-01-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lottu — Qliegħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għamel qliegħ id-dipartiment tal-lottu matul is-sena 1998 u fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena? Jista' jgħid kif sar il-qliegħ, maqsumin lottu għalih, tiritombla għalih eċċ?

Response (DALLI, JOHN)

Matul is-sena 1998 id-Dipartiment tal-Lottu għamel qliegħ ta` Lm7,303,829 filwaqt li matul l-ewwel għaxar xhur tal-1999 għamel qliegħ Lm6,462,541. Il-qliegħ kien kif jidher hawn taħt: 1998: Lottu 3,186,618 Super 5 3,401,558 Lotterija Nazzjonali 183,000 Tiritombla 152,224 Lotterija Instantanja 380,429 1999: Lottu 2,625,788 Super 5 3,474,345 Lotterija Nazzjonali 11,789 Tiritombla 98,648 Lotterija Instantanja 251,971
Leg 9 PQ #12837 Sitting 228 2000-01-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Kultura — Ħarġiet kulturali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-ispejjeż involuti fl-organizzar ta' l-aħħar skeda tal-ħarġiet kulturali li ġew organizzati mid-Dipartiment tal-Kultura? Jista' fil-breakdown jinkludi l-ħlasijiet li jħallas id-dipartiment f'entraturi għal postijiet li fihom saru ż-żjarat sit sit, inklużi donazzjonijiet lill-kappelli u knejjes?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ispiża totali għall-organizzazzjoni ta' l-aħħar skeda ta' Ħarġiet Kulturali (1998/99) organizzati mid-Dipartiment tal-Kultura kienet ta' Lm13953. Ta' min jgħid li kien hemm 1600 parteċipant li bejniethom ħallsu s-somma ta' Lm7345 lid-Dipartiment u għalhekk in-nefqa netta tal-Gvern kienet ta' Lm6608. Ma jidhirlix li għandi għalfejn noqgħod nagħti l-ammont tal-ħlas ta' l-entratura sit b'sit iżda dan kien konsiderevolment inqas minn dawk li jintalbu lill-pubbliku ġenerali, bħalma wara kollox kien isir fis-snin li għaddew. Is-somma ta' Lm13953 tinqasam hekk: Ħlas lill-gwidi Lm 3360 Ħlas ta' kiri lill-coaches b'tender Lm 4569 Donazzjonijiet bħala ħlas nominali għall- entratura ta' diversi siti privati li jinvolvi nies biex jiftħu l-post għalmenu għal 8 Ħdud Lm 200 Stampar ta' programmi, membership cards u formoli ta' applikazzjoni fl-Istamperija tal-Gvern Lm 391 Ħlas ridott ta' miżata għall-entratura ta' diversi siti li l-pubbliku jidħol b'pagament Lm 3120 Ħlas ta' overtime ta' impjegati tad- Dipartiment tal-Kultura Lm 2217 Ħlas ta' overtime ta' impjegati oħra Lm 96 TOTAL Lm13953
Leg 9 PQ #12838 Sitting 228 2000-01-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartimenti tat-Taxxi Interni — Arretrati

Question

Wara li diversi ħaddiema rċevew taħrika bil-qorti dwar arretrati li huma għandhom jagħtu lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, jista' l-Ministru jgħid kemm-il taħrika fil-Qorti tal-Maġistrati saret? Min huma l-avukati li qed jidhru għall-gvern fit-taħrikiet imsemmija? L-avukati msemmija huma ħaddiema tal-gvern jew ġew ingaġġati biex jagħmlu dan ix-xogħol? Kif sar dan l-ingaġġ? Sar wara xi sejħiet? Kemm qed jitħallsu dawn it-talin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li: 1. B`riferenża għal ewwel parti tal- mistoqsija Parlamentari hawn fuq imsemmija, ir-risposta hija : Xejn. 2. Lista tal-avukati li kulltant jagħtu servizz lid-Dipartiment hija hawn mehmuża. Il-ħlas huwa ta` Lm6 għal kull ittra Uffiċjali li jibgħat id-Dipartiment. 3. Dawn ġew mgħażula wara sejħa għall-applikazzjoni li saret fl-1997. Abela Toni Aquilina Veronica Azzopardi Tonio Bonnici Keith Bugeja Aaron Caruana Scicluna Joseph Cassar Dominic Cassar John J. Cilia Chris Clarke Doreen Cutajar Anthony Cutajar George Delia Adrian Ellis Joseph Farrugia Reuben Fenech Adami Beppe Grima Carmelo Grixti Nives Huber Deborah Mangion Robert Mercieca Grazio Micallef Stafrace Yana Sammut Joseph M. Schembri Orland L. Sladen Richard Sladden Sandra Testaferrata Moroni Viani Martin Vella Anthony J.
Leg 9 PQ #12839 Sitting 228 2000-01-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Dipartiment tat-Toroq — Toroq ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender ħarġet mid-Dipartiment tat-Toroq matul din is-sena biex jinbnew toroq ġodda? Liema kienu dawn it-toroq u f'liema lokalita' qegħdin? Kemm applikaw għal kull tender li ħarġu u lil min ingħata x-xogħol? B'kemm ingħata x-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li din is-sena ħarġu tmien `tenders` li huma: Triq Carmel Brincat, Triq Gollcher u parti minn Triq Dun V. Saliba, B`Kara; parti minn Triq Xintill u parti minn Triq it-Tramuntana, Ħal Tarxien; parti minn triq Ninfa Calypso, Mellieħa; parti minn Triq il-Mintba u Triq il-Menħir, Wied il-Għajn u kisi ta Triq il-Koppla, Fgura. L-ewwel seba` `tenders` jgħalqu fit-28 ta` Jannar waqt li l-oħra tagħlaq fl-4 ta` Frar 2000.
Leg 9 PQ #12840 Sitting 228 2000-01-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Multi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk is-self-employed li flok telgħu l-qorti wara li ġew imħarrka mill-VAT officers għażlu li jħallsu l-multa tal-Lm50 u b'hekk ma telgħux il-qorti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sad-19 ta` Jannar 2000, 566 persuna għażlu li jħallsu l-multa ta` kompromess flokk li jittellgħu l-Qorti wara li nstabu minn Spetturi tal-VAT li ma kienux qed jimxu mal-liġi.

Children's allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġeneralment iddum persuna li tkun għamlet talba għall-ewwel darba għaċ-children's allowance biex tieħu l-imsemmi benefiċċju? Jikkonferma l-Ministru li bħalissa d-Dipartiment għandu ħafna talbiet pendenti, dawk ta' l-ewwel darba biex jibdew jieħdu ċ-children's allowance? Jista' jgħid kemm huwa l-ammont ta' persuni li qed jistennew biex jieħdu l-ewwel ċekk?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Talbiet ġodda għall-Allowance tat-Tfal li jkollhom l-informazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa, qegħdin jinħadmu immedjatament kif jaslu fis-Sezzjoni tal-Allowance tat-Tfal. Il-ħlas dovut qiegħed isir fi żmien perjodu li jvarja bejn ġimgħa u ġimgħatejn. Bħalissa hemm 242 talba ġdida għall-Allowance tat-Tfal li qegħdin pendenti. L-applikanti ta' dawn it-talbiet kollha ġew infurmati, uħud għal iżjed minn darba, li t-talba tagħhom ma tistax tinħadem għaliex jonqosha xi informazzjoni jew dokumenti. Id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jkun f'pożizzjoni li jaħdem dawn it-talbiet u jistabilixxi d-dritt u r-rata ta' Allowance tat-Tfal hekk kif l-applikanti jipproduċu l-informazzjoni jew id-dokumenti mitluba.

Impjiegi — Korrimenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm weġġgħu ħaddiema fuq il-post tax-xogħol fl-ewwel għaxar xhur tas-sena (Jannar sa Ottubru 1999)? Kemm minnhom kienu rġiel u kemm minnhom kienu nisa? Kemm minnhom jaħdmu fis-servizz pubbliku u kemm minnhom fis-settur privat? Kemm ħareġ flus id-dipartiment biex seta' ffinanzja dan il-benefiċċju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol bejn Jannar u Ottubru, 1999 kien ta' 3,952. Is-somma li ħareġ id-Dipartiment kienet ta' Lm368,381 għal dawn l-ewwel għaxar xhur tas-sena 1999. It-talbiet kienu mqassmin hekk: NISA IRĠIEL TOTAL ---- ------ ----- Privat 320 1,993 2,313 Gvern 74 343 417 Jaħdmu għar-rashom 4 244 248 Parastatali 29 307 336 Malta Drydocks 1 637 638 TOTAL 428 3,524 3,952 ----- --- ----- -----
Leg 9 PQ #12831 Sitting 227 2000-01-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk pazjent li jkun fi sptar governattiv għandux dritt li jara u jifli l-istorja ta'saħħtu li jkun hemm fl-istess sptar ta' fejn ikun? Jaħseb li din l-għażla għandha tkun dritt ta'l-individwu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kull pazjent għandu d-dritt illi jeżamina l-file mediku tiegħu. Ġeneralment dan isir fil-preżenza ta' tabib billi dan ta' l-aħħar huwa aktar f'pożizzjoni illi jispjega lill-pazjent il-kontenut ta' l-istess file.
Leg 9 PQ #12832 Sitting 227 2000-01-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Karozzi impressed

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu? Jista' jgħid kemm hemm mal-ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi hemm: żewġ karozzi impressed mal-Forzi Armati ta' Malta u tnejn oħra ma l-Uffiċċju Elettorali. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Nterpellant biex jiġbor l-informazzjoni mingħand il-Ministru tal-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #12833 Sitting 227 2000-01-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxati Maltin — Inventarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-ambaxxati Maltin barra pajjiżna jeżistux inventarji ta' l-affarijiet u ħwejjeġ oħra ta' ġo fihom? Jista' jgħid kemm-il darba dawn jiġu ċċekkjati u minn min? Jista' jgħid f'kull każ meta l-aħħar darba li ġew iċċekkjati? Jista' jgħid jekk f'din l-aħħar sena nstabux affarijiet nieqsa?

Response (BORG, JOE)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #12834 Sitting 227 2000-01-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fabbriki ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena, sal-lum, infetħux fabbriki ġodda? Jekk iva, kemm infetħu u kemm jimpjegaw nies? Kemm hawn fabbriki li huma mibnija u mhux qed jiġu utilizzati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.