Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu? Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
In-numru ta' karozzi impressed mal-Ministeru ta' l-Agrikoltura w Sajd hu 12. Dawn huma mqassma kif ġej:
Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi 1
Dipartiment ta' l-Agrikoltura 4
Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 7
Għat-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jikseb l-informazzjoni mingħand il-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu? Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li fil-Ministeru u d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta` l-Intern in-numru ta` karozzi impressed hu ta` 24 u huma mqassma kif ġej : -
Segretarjat Permanenti 1
Awtorita` ta` l-Ippjanar 20
Taqsima Proprjeta` tal-Gvern 3
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru għal Politika Soċjali.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha karozzi impressed magħha? Tista' tgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtha? Tista' tgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex għandu b'kollox 24 karozza impressed fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu. 15 minnhom huma ngaġġati mid-Dipartiment tal-Customer Services filwaqt li d-9 l-oħra huma ngaġġati mid-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp.
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel l-aħħar parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Karozzi impressed
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu? Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali ghandu ghad-dispozizzjoni tieghu karozza wahda biss `impressed`. Din qeghda l-Qrati ta` Malta.
M`hemm ebda karozzi impressed mal-Law Commission, mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, mal-Ufficcju tal-Permanent Secretary u tieghi, bhala Ministeru, mal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni u mal-Ufficcju tal-Avukat Generali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern preżenti għandux il-ħsieb li jgħaddi xi liġi dwar l-użura? Jista' jgħid x'inhi l-policy tal-gvern f'dan il-kuntest?
Response (DALLI, JOHN)
Hemm il-ħsieb li l-gvern jgħaddi liġi dwar l-użura.
Jista' l-Ministru jgħid jekk professjonist li jagħmel użu mit-trasport minħabba n-natura tal-professjoni tiegħu huwiex intitolat għar-refund tal-VAT imħallas fuq il-petrol, anke jekk din ma tkunx vettura kummerċjali?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-liġi tal-VAT ma tippermettix li jingħata ħlas lura tal-VAT fuq il-petrol lill-professjonisti li jagħmlu użu mit-trasport minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu? Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li mad-Dipartiment tat-Turiżmu hemm tliet karozzi 'impressed': tnejn mas-Sezzjoni tal-'Beach Cleaning' u l-oħra għall-użu tad-Dipartiment.
Dwar it-tielet parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onor. Membru jirriferiha lill-Ministru għall-Politika Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu? Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li mal-Ministeru għall-Ambjent jew id-dipartimenti li jaqgħu taħtu hemm 81 karozza Impressed.
Rigward it-tieni parti, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni — Karozzi Impressed
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu? Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta` karozzi `Impressed` mal-Ministeru hu wieħed. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onor. Membru jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru għal Politika Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu? Jista'jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li fid-Dipartimenti li jiffurmaw parti mid-dekasteru tieghi hemm zewg karozzi impressed mad-Dipartiment ta` l-Industrija u wahda mad-Dipartiment ghall-Affarijiet tal-Konsumatur.
Dwar l-ahhar parti tal-mistoqsija nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant jigbor l-informazzjoni minghand il-Ministru tal-Politika Socjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu? Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista'jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gveru qabel l-elezzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
B'riferenza għall-mistoqsija Parlamentari Nru 12979, mill-Onorevoli Interpellant, għandi ngħid li n-numru totali ta` karozzi Impressed fil-Ministeru huwa 21. Minn dawn wieħed qiegħed jagħmel xogħol mal-Ministeru.
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi t-tieni parti tal-Mistoqsija lill-Ministru tal-Politika Soċjali.
Ministeru għas-Servizzi Soċjali — Karozzi impressed
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu? Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
M'hemmx karozzi "impressed" mas-Segretarjat tal-Ministru tal-Politika Soċjali. Hemm 21 karozza "impressed" mad-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru.
Department of Social Security 7
Department of Industrial and Employment Relations 3
Department of Family Welfare 3
Department of Social Housing 3
Department of Housing Authority 1
Department of Housing Construction and Maintenance 4
L-impjegati "impressed" huma fuq kuntratt għas-servizz tax-xogħol li jiġġedded kull tlett xhur. Il-Gvern qed jesplora attivament l-aħjar metodu biex ikun jista' jwettaq il-proposta fil-programm elettorali tiegħu dwar l-impjegati "impressed".
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jeżistu Wages Councils f'pajjiżna, għal-liema setturi, u kif u minn min huwa ffurmat kull Wages Council?
Jista' jgħid jekk hemmx Wages Councils mhux imwaqqfin jew xi postijiet vojta f'dawk eżistenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-preżent hemm żewġ "Wages Councils" konstitwiti; il-Kunsill tal-Pagi għas-Settur li Jipprovdi Servizzi ta' Tindif, u l-Kunsill tal-Pagi għas-Settur li Jipprovdi Servizzi ta' Sigurta'.
Il-Kunsilli tal-Pagi huma komposti minn dawn il-persuni:
KUNSILL TAL-PAGI GĦAS-SETTUR LI JIPPROVDI SERVIZZI TA' TINDIF
Persuni Indipendenti
--------------------
Dott. Ian Micallef - Chairman
Dott. Nicholas Bonanno - Deputat Chairman
Is-Sur Anthony Attard
Persuni li Jirrapreżentaw lill-Prinċipali
--------------------------------- --------
Is-Sur Emanuel Degiorgio
Is-Sur Victor Del Ceppo
Is-Sur Ray Fenech
Persuni li Jirrapreżentaw lill-Ħaddiema
----------------------------------- ----
Is-Sur Lino Vassallo
Is-Sur Gaetan Mercieca
Ms Christine Gauci
Segretarju
----------
Is-Sur Anthony Azzopardi
KUNSILL TAL-PAGI GĦAS-SETTUR LI JIPPROVDI SERVIZZI TA' SIGURTA'
Persuni Indipendenti
--------------------
Is-Sinjura Carmen Delia - Chairperson
Is-Sur Joseph Borg - Deputat Chairman
Is-Sur Joseph Cassar
Persuni li Jirrapreżentaw lill-Prinċipali
--------------------------------- --------
Is-Sur Ray Attard
Is-Alfred Mallia Milanes
Is-Sur Gordon Mifsud
Persuni li Jirrapreżentaw lill-Ħaddiema
----------------------------------- ----
Is-Sur Joe Morana
Is-Sur Karmenu Vella
Is-Sur Arthur Rossi
Segretarju
----------
Is-Sur Anthony Azzopardi
Hemm 29 Kunsill tal-Pagi mhux kostitwiti. Fil-bidu tas-snin disgħin, xi Kunsilli tal-Pagi ġew kostitwiti għal-żmien determinat biex jemendaw is-siegħat ta' xogħol għal-erbgħin siegħa fil-ġimgħa.
M'hemmx postijiet vojta fil-Kunsilli eżistenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jeżistu liċenzji ta' negozji sa l-aħħar ta': (a) 1996; (b) 1997; (ċ) 1998; u (d) 1999?
Jista' l-Ministru f'kull każ jagħti breakdown tal-kategoriji tan-negozji għal kull sena mitluba?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar in-numru ta` liċenzji ta` negozji sa l-aħħar tas-snin speċifikati hu kif ġej : -
Sena 1996 1997 1998 1999
---- ---- ---- ---- ----
Numru ta` liċenzji 12,838 13,256 13,644 14,085
Ninsab infurmat ukoll li t-tagħrif mitlub fit-tieni parti tal-Mistoqsija ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata.
Jista' l-Ministru jagħti lista lokal lokal ta' liċenzji ta' negozju maħruġin mill-pulizija u għal kull liċenzja jgħid għal liema stabbiliment/ditta/individwu tapplika tali liċenzja, fuq liema indirizz u x'tip ta' negozju huwa permess?
Response (BORG, TONIO)
Din l-informazzjoni hi voluminuża u meta xi darba titpoġġa fuq CD Rom l-Onor. Membru jingħata kopja.
Ministeru għal Affarijiet Barranin — Karozzi Impressed
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu? Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (BORG, JOE)
Is-Segretarjat Privat tiegħi għandu karozza waħda impressed miegħu u l-Ministeru għandu tnejn oħra.
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi l-aħħar parti tal-mistoqsija lill-Ministeru tal-Politika Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu? Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li ser jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm tlettax-il karozza 'impressed' mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Nissuġġerixxi li t-tieni parti tal-Mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministeru tal-Politika Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu? Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Għall-ewwel parti tal-mistoqsija ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi m`hawn l-ebda karozza impressed fid-dekasteru tiegħi.
Għall-aħħar parti tal-mistoqsija, nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru għall-Politika Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati mwiet fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena (Jannar sa Ottubru 1999)? Kemm minnhom kienu rġiel u kemm minnhom nisa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` imwiet irreġistrati f`Malta u f`Għawdex bejn Jannar u Ottubru ta` l-1999, kien ta` 2,771, li minnhom 1,393 kienu rġiel u 1,378 kienu nisa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati trabi f'Malta u Għawdex fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena (Jannar sa Ottubru, 1999)? Kemm minnhom kienu ta' sess maskili u kemm minnhom kienu ta' sess femminili?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` trabi li ġew irreġistrati f`Malta u f`Għawdex bejn Jannar u Ottubru ta` l-1999, kien ta` 3,926, li minnhom 2,029 kienu ta` sess maskili u 1,897 kienu ta` sess femminili.