Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari numru 12979 u ċioe' jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema impressed illum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li diġa' tajtu għall-Mistoqsija Numru 13,282.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb it-tielet parti tal-mistoqsija parlamentari numru 12975 riferuta lilu mill-Ministru tat-Turiżmu u cioe': X'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema impressed illum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elzzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li diġa' tajtu għall-Mistoqsija Numru 13,282.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li qed isiru diskussjonijiet vis-a-vis il-ftehim tas-servizz pubbliku (general service grades) biex ikun hemm kondizzjonijiet aħjar f'dawk li huma promozzjonijiet għall-clerks li huma non servicing officers? F'liema stadju waslu l-imsemmija diskussjonijiet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li fil-kuntest ta' l-Ezerċizzju Korrettiv hemm talba biex grupp ta' Clerks li nħatru wara sejħa għall-applikazzjoni fid-9 ta' Ottubru 1992, jiġu kkunsidrati li kienu serving officers fl-1 ta' Jannar 1991 meta f'dik id-data dawn kienu għadhom ma daħlux mal-Gvern. It-taħdidiet dwar l-Ezerċizzju Korrettiv għadhom għaddejjin.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif u fejn se jintnefqu l-flus allokati lid-Dipartiment tat-Toroq għas-sena 2000?
Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet se jsiru x-xogħlijiet fit-toroq, dawk kbar kif ukoll dawk residenzjali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ħafna mill-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant diġa ġiet ippubblikata fl-Estimi Ġenerali.
Dwar xogħolijiet f`toroq arterjali dawn qed isiru skond il-`Masterplan` li diġa tqegħdet kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li l-programm għall-asfalt ta` `private streets` qiegħed ikun miftiehem mall-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet towed u kemm-il vettura ġiet clamped matul is-sena 1999 mil-liema belt/raħal ġiet towed jew clamped?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nstabet pożittiva għall-breathalyser test matul is-sena 1999? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant fl-ewwel parti tal-Mistoqsija dwar in-numru ta` vetturi li ġew towed u clamped matul l-1999, u l-lokalitajiet fejn dan seħħ, hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li matul l-1999 kien hemm 122 persuna li kellhom riżultat pożittiv wara l-breathalyser test, li minnhom 118 kienu rġiel u 4 kienu nisa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport sar lid-Dipartiment tal-Konsumatur matul l-1999? F'liema oqsma kienu r-rapporti msemmija? X'passi ħa d-dipartiment fejn sab li r-rapporti kienu ġustifati?
Kemm kienu ġustifikati r-rapporti u kemm kienu mhux ġustifikati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li matul l-1999, id-Dipartiment ghall-Affarijiet tal-Konsumatur waslulu 767 ilment dwar kwistjonijiet li nqalghu bejn il-konsumatur u l-kummercjant dwar xiri jew kiri ta` oggetti jew servizzi. Dawn l-ilmenti kienu jkopru xiri jew kiri ta` diversi oggetti u servizzi ta` natura varja moghtija.
Tajjeb jinghad li d-Dipartiment jirregistra dawk l-ilmenti li jkunu validi. Dawn jigu nvestigati u ssir medjazzjoni sabiex jintlahaq ftehim bonarju sabiex il-konsumatur aggravat jiehu kumpens xieraq. Jekk dan il-ftehim ma jintlahaqx, il-konsumatur jinghata parir li jista` jressaq il-kaz tieghu quddiem it-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumatur.
Matul is-sena li ghaddiet gew finalizzati 818 ilment minn dawk pendenti quddiem id-Dipartiment. Minn dawn l-ilmenti 328 minnhom gew imressqa quddiem it-Tribunal imsemmi ghal decizjoni.
Jista' l-Ministru jiċħad jew jikkonferma rapporti li dehru fuq ix-Xandir u fil-ġurnal il-"KullĦadd" tad-9 ta' Frar, 2000 (kopja tiegħu qed tintbagħat separatament) rigward serq ta' siment u luminati mill-Isptar Monte Carmeli?
Veru li uffiċjal inkarigat mill-istess sptar kien jaf b'dan is-serq u żamm kollox mistur?
Jekk fl-affermattiv, se jittieħdu passi kontra kull min kien involut?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Niġbed l-attenzjoni ta` l-Onor. interpellant li waqt li din id-domanda saret fis-26 ta` Jannar qed tirreferi għal rapporti fil-gurnal `Kulħadd`
tad-9 ta` Frar 2000. Ġejt ukoll infurmat li mhux se jkun hemm ħarġa tal-gurnal imsemmi fid-9 ta` Frar. Barra minnhekk il-kopja mibgħuta mad-domanda hija data 9 ta`
Jista' l-Viċi Prim Ministru iwieġeb il-partijiet tal-mistoqsija 12972 li ġejt mitlub nirriferi lilek mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, ċioe' jista' jgħid kemm hemm karozzi impressed mal-Ministeru jew mad-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu impjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 13282.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal il-gvern mill-Income Tax matul is-sena 1999? Kemm minnhom kienu tas-sena 1999 u kemm minnhom kienu f'arretrati?
Kemm daħħal il-gvern f'sigurta' soċjali matul l-1999? Kemm kienu mħallsa minn self-employed u kemm minnhom minn ħaddiema li jaħdmu ma' employer?
Response (DALLI, JOHN)
1. L-ammont NET ta` taxxa fuq l-income li daħħal il-Gvern matul is-sena 1999 kien ta` Lm128.1 miljun:
Taxxa għas-sena 1999: Lm112.71 miljun
Arretrati għas-snin ta` qabel: Lm 15.39 miljun
2. L-ammont ta` flus li daħħal il-Gvern f`Sigurta` Soċjali matul l-1999 kien ta` Lm144.1 miljun analiżżat kif ġej:
Sa Novembru 1999: Kontribuzzjonijiet
imħallsa minn impjegati: Lm 77.1 miljun
Kontribuzzjonijiet
imħallsa mis-self-employed: Lm 8.3 miljun
Għal Diċembru 1999: Kontribuzzjonijiet
imħallsa: Lm 15.0 miljun
Sa Diċembru 1999: Kontribuzzjoni ta` l-Istat: Lm 43.7 miljun
Total Lm144.1 miljun
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-għaqdiet kulturali li bbenefikaw minn għajnuniet finanzjarji mid-Dipartiment tal-Kultura?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb tal-ministeru li jżid l-għajnuna finanzjarja din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għar-risposta li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 11934. Filwaqt li s'issa l-ammont ta' għajnuna jiġi deċiż a bażi tat-talbiet li jkunu saru, inħoss li ninħtieġu evalwazzjoni tal-kriterji u s-sistema użati s'issa f'għajnunijiet finanzjarji bħal dawk imsemmija mill-Onor. Membru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal flus f'miżati mill-entraturi tal-mużewijiet f'Malta u f'Għawdex?
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' ċifri separati mużew mużew?
Kemm hemm ħaddiema jaħdmu mużew, mużew mill-mużewijiet f'Malta u f'Għawdex? X'xogħol qed jagħmlu?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta għandu ħsieb l-gvern jingaġġa rekluti ġodda fil-Forzi Armati ta' Malta?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li erbgħa u tmenin rekluti ġodda kienu ngaġġati fil-Forzi Armati nhar it-Tlieta, 1 ta' Frar 2000 u li kandidat li kellu nċident għad irid isirlu eżami mediku.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il training course ġie mniedi mill-iStaff Development Organisation għall-ħaddiema fis-settur pubbliku fl-1999?
F'liema suġġett kienu l-korsijiet organizzati? Kemm ipparteċipaw fihom impjegati u f'liema gradi kienu?
Min ħa t-tender tal-korsijiet u għal-liema prezz ġew allokati?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi matul l-1999 l-Staff Development Organisation nehdiet 368 kors jew programm li fihom ħadu sehem 4,856 uffiċjal.
Il-firxa ta' gradi li pparteċipaw f'dawn il-korsijiet u programmi tkopri minn Kapijiet ta' Dipartiment sa gradi ndustrijali.
L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Nterpellant tinsab fuq żewġ tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-Business Convention li ttellgħet dan l-aħħar fit-Trade Fair Grounds fin-Naxxar?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-attendenza għal din il-fiera?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm personnel imqabbad fl-istess fiera?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tieghi ma kienx responsabbli mill-amministrazzjoni finanzjarja tal-Business Convention. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Membru ghall-ewwel parti tat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 13266 dwar l-istess materja waqt is-Seduta numru 230. Ma kien hemm ebda personnel tal-Ministeru imqabbdin f`din il-fiera.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12832, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema impressed mal-gvern, wara li dawn qabel l-elezzjoni kienu ġew imwiegħda li se jiġu impjegati dirett mal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 12,980, partikolarment l-aħħar paragrafu ta' dik it-Tweġiba.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12829 u cioe': jgħid kemm-il bozza twaħħlet mill-Enemalta f'Malta u f'Għawdex, lokalita' b'lokalita', matul din is-sena? Kemm-il talba għandha l-Enemalta biex jitwaħħlu aktar bozoz f'Malta u f'Għawdex?
Response (BONNICI, JOSEF)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-informazzjoni li poggejt fuq il-Mejda tal-Kamra waqt is-Seduta numru 229 bi twegiba ghall-mistoqsija numru 13020.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi t-talbiet ghat-twahhil ta` lampi godda sottomessi mid-diversi Kunsilli Lokali. Din il-lista hija aggornata sa l-24 ta` Jannar 2000.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12821 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u li ġiet riferuta lilek u cioe': jista' jgħid x'shareholding għandha l-MIMCOL u l-MGI Ltd f'entrapriżi/azjendi oħrajn? F'liema entitajiet, u kemm hu stmat li jiswa dan ix-shareholding f'kull każ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MIMCOL ma ghandhiex shareholding f`intraprizi, azjendi jew entitajiet.
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi x-shareholding `net` li ghandha l-MGI Limited f`azjendi li ghadhom `in operation`.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12827 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u li ġiet rifetua lilek u cioe': jista' jgħid x'assi għandha l-kumpannija Limsuk, inkluż proprjeta' mmobbiljari? Jista' jgħid kemm daħħal il-gvern mix-shareholding tiegħu f'din il-kumpannija minn mindu twaqqfet sal-lum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li ghajr ghal xi merkanzija li tinsab fl-imhazen tas-Suq, il-Kumpanija LIMSUK ma ghandha l-ebda assi li jappartjenu lilha. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-LIMSUK qatt ma ddikjarat `dividend`.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus matul is-sena 1999 mill-Awtorita' tat-Turiżmu biex isir reklamar ta' Malta barra minn Malta?
F'liema pajjiżi sar dan ir-reklamar? Min kienu l-aġenti tar-reklamar li magħhom saru l-arranġamenti biex isiru l-imsemmija reklami?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li matul is-sena 1999, l-'N.T.O.M.'/l-Awtorita' tat-Turiżmu nefqet madwar Lm520,000 biex tiġi reklamata Malta fi swieq barranin.
Ir-riklamar sar fl-Ingilterra, il-Ġermanja, Franza, Benelux, Svizzera, l-Awstrija, Skandinavja, l-Awstralja, ir-Russja, l-Amerika, il-Lvant Nofsani u l-Ġappun.
Dwar it-tieni mistoqsija nfurmat li peress li r-risposta hija ta' natura kummerċjali ma huwiex għaqli li l-informazzjoni tixxandar pubblikament.
Jikkonferma l-Ministru li l-permessi biex jiċċaqlaq il-Monti li jarma f'Marsaxlokk kull nhar ta' Ħadd għal ġewwa l-ground tal-football, ġew imwaqqfa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar? X'se jsir issa li twaqqfu l-pjanijiet kollha?
Meta se tagħti l-veduti tagħha l-awtorita' biex kemm il-bejjiegħa kif ukoll is-sajjieda u l-poplu Xlukkajr ikunu jafu kif se jiżvolġu l-affarijiet fil-futur qarib?
Response (BORG, TONIO)
Għal dak li jikkonċerna l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ninsab infurmat li l-permessi relattivi għal 'paved area' biswit il-football ground li tista` tintuża għas-suq f`Marsaxlokk ġew 'granted' fit-22 ta` Ottubru 1999.
Il-veduti ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar f`dan ir-rigward inħarġu fi Frar 1999, permezz ta` amenda fil-Pjan Lokali, f`dokument imsejjaħ 'Planning Guidance, Kavallerizza Opportunity Area, Marsaxlokk'.
Sadanittant dan id-dokument għadda għall-approvazzjoni tal-Gvern u bħalissa qed jiġi eżaminat ma` diversi Ministeri qabel ma tingħata reazzjoni.