Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari numru 12984 u ċioe' jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li diġa tajtu għall-Mistoqsija Numru 13,282.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13295, peress li l-Ministru wieġeb li l-Ministeru ma kienx responsabbli mill-amministrazzjoni finanzjarja tal-business convention, jista' għalhekk jgħid f'idejn min kienet fdata din l-amministrazzjoni u jitlob l-informazzjoni mitluba?
In kwantu għall-aħħar tweġiba, jista'l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija in konnessjoni ma' personnel in ġenerali kif impoġġija l-mistoqsija f'domanda parlamentari numru 13295, u mhux personnel mqabbad mill-Ministeru?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-amministrazzjoni tal-Konvenzjoni kienet fdata f`idejn il-Korporazzjoni tal-Fieri u ma narax raguni ghaliex ghandi noqghod nitlob taghrif dwar finanzi u personnel. Minbarra l-fatt li din il-Korporazzjoni hija indipendenti mill-Gvern, zgur li ghandha esperjenza fl-organizzazzjoni ta` attivitajiet varji konnessi mal-kummerc u ghaldaqstant taf taghmel uzu tajjeb kemm mill-finanzi kif ukoll mill-personnel ghad-dispozizzjoni taghha.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 13288, u b'mod partikolari l-parti li l-Ministru wieġeb li hija ta' "natura kummerċjali", jista' l-Ministru jgħid liema huma l-aġenti tar-reklamar konċernati, mingħajr ma jiżvela l-ammont ta'flus involuti għal kull azjenda biex ma jkunx hemm ħsara kummerċjali mit-tweġiba tal-Ministru?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat mill-Awtorita tat-Turizmu li l-agenti tar-reklamar li maghhom tahdem l-awtorita huma dawn li gejjin:
* Germanja )
* Svizzera ) Adam & Partner GmbH
* Awstrija )
* Franza SFCP
* Benelux ) CSO Marketing Communicatie
* Skandinavja )
* Renju Unit HDM Agency
* Amerika Point Blank, Inc.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13284, jista' l-Ministru jagħti aktar informazzjoni dwar l-kumpanniji Malpro Ltd u Malprofuo Ltd bħal xi tip ta' operat għandhom, l-għanijiet għalfejn twaqqfu, kemm huwa t-turnover u kemm jħaddmu nies dawn il-kumpanniji li fihom l-MGI għandha shareholding?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13307, jista'l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija in konnessjoni mar-rapport li deher fil-ħarġa ta' l-"KullĦadd" tad-9 ta' Frar, 2000 li diġa' rċieva kopja tagħha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nerġa' niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li l-Kullħadd ma ħarġitx fid- 9 ta' Frar 2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ilmenti/rapporti li għadhom pendenti quddiem id-dipartiment tal-konsumatur? Jista' jgħid kemm ilhom pendenti dawn ir-rapporti u kemm hemm personnel mad-dipartiment li jieħdu ħsieb l-investigazzjoni ta'dawn ir-rapporti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li sad-9 ta` dan ix-xahar kien hemm sebghin ilment pendenti quddiem id-Dipartiment ghall-Affarijiet tal-Konsumatur. Minn dawn l-ilmenti, tnejn ilhom pendenti mill-1998, 43 mill-1999 u 25 mis-sena kurrenti.
Fil-prezent id-Dipartiment ghandu tmien impjegati konnessi ma` l-investigazzjoni ta` l-ilmenti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari numru 12981 li ġiet riferuta lili mill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd u cioe': x'inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema impressed illum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li diġa' tajtu għall-Mistoqsija Numru 13,282.
Dwar il-business convention li saret dan l-aħħar fit-trade fair grounds tan-Naxxar, jista' l-Ministru jgħid: (1) kemm kienet l-attendenza tal-pubbliku għal din l-attivita'; (2) id-dħul kienx bi ħlas jew le? Jekk fl-affermattiv kemm inġabru flus mid-dħul; (3) x'kienet l-ispiża totali biex saret din il-convention bi breakdown ta' l-ispejjeż; (4) kemm attendew personel/staff għal din l-attivita'? Minn dawn kemm kienu mpjegati governattivi u kemm swiet f'overtime?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegibiet li tajt ghall-Mistoqsijiet numri 13266 u 13295 dwar l-istess materja.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari numru 12976, riferuta lilu mill-Ministru għall-Ambjent u cioe: X'inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema impressed illum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati dirett mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li diġa' tajtu għall-Mistoqsija Numru 13,282.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari numru 12977 riferuta lilu mill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjni u cioe': X'inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema impressed illum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li diġa' tajtu għall-Mistoqsija Numru 13,282.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari numru 12978, riferuta lilu mill-Minstru għas-Servizzi Ekonomiċi u cioe': x'inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema impressed illum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li diġa' tajtu għall-Mistoqsija Numru 13,282.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari numru 12983 li ġiet riferuta lili mill-Ministeru għal Għawdex u cioe': x'inhi s-sitwazzzjoni tal-ħaddiema impressed illum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li diġa' tajtu għall-Mistoqsija Numru 13,282.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari numru 12982 li ġejt mitlub nirriferi lilu mill-Ministru ta' l-Intern u cioe': x'inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema impressed illum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li diġa' tajtu għall-Mistoqsija Numru 13,282.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 12853, jista' l-Ministru, wara li jinnota li t-toroq indikati huma Triq Pawlu Schembri, Triq Xintill u Triq Spiru Spiteri, jirrispondi l-mistoqsija?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li diġa beda l-proċess għal pubblikazzjoni tat-`tenders` għal xogħol fit-toroq fl-inħawi. Fil-fatt Triq it-Tramuntana u Triq ix-Xintill kienu parti minn `tender` li qed tiġi aġġudikata.
Jista' l Viċi Prim Ministru jirrispondi l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari Nru.12974 li ġejt mitlub nirriferi lilek mill-Ministru tal-Finanzi, ċioe' jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema impressed illum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 13,282.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija 12972 li ġejt mitlub nirriferi lilek mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni ċioe', jista' jgħid kemm hemm ħaddiema impressed mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 13,282.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għar-Revenue Security Corps? X'se jsir mill-wegħda li ngħataw qabel l-elezzjoni ġenerali lill-membri ta' l-RSC li jissaħħaħ l-istess RSC?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.