Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw makni tal-ħasil ta' l-art fl-Isptar Monte Carmeli? Kemm kienet l-ispiża u mingħand min inxtraw? Ħarġet sejħa għall-offerti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għar-risposti li tajt għad-Domanda Parlamentari Nru. 11145 u 11372 u 11631.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu mobile phones dan l-aħħar fl-Isptar Monte Carmeli? Kemm qamu flus kull wieħed u ta' liema ditta huma? Lil min ingħataw? Dawk li ngħataw set għandhom ukoll il-pager?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ġejt infurmat li dan l-aħħar inħasset il-ħtieġa li jitqassmu ħames `mobile phones` jippermeti kuntatt iktar fil-pront f`każ ta` bżonn urġenti. Erbgħa minnhom huma tad-ditta Siemens li swew LM99.50 il-wieħed. L-ieħor hu tad-ditta Maxon li sewa LM66.55. Tħallset ukoll `connection fee` ta` LM 34.50 lill-Vodafone.
Dawn ingħataw lill : Head Finance and Administration
Director of Psychiatry
Manager Nursing Services
Operations Manager
Social Workers Department
Dawn kollha għandhom pager.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-aħħar sarux xi interviews għall-impjieg fulltime fil-Malta International Airport?
Jista' jgħid jekk hux veru li dawk li qed issirulhom l-interviews kienu diġa' jaħdmu part-time bħala summer workers mal-linja nazzjonali ta' Malta?
Jista' jgħid għal kemm bagħtu?
Jista' jgħid jekk dawn l-individwi kenux qegħdin jirreġistraw jew intbagħtux mill-ETC?
Veru li kien hemm minnhom għadhom qegħdin jistudjaw?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li kull darba li jkun hemm vakanza fil-Malta International Airport ghall-gradi koperti mill-Ftehim Kollettiv, tohrog sejha interna ghall-applikazzjonijiet. Jekk ma jintghazlux applikanti minn din is-sejha interna, il-Kumpanija taghmel talba skond il-ligi lill-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig biex din tissottometti lista ta` il-kwalifiki mehtiega. Il-Malta International Airport ma ghandha ebda kontroll fuq min ikun fuq il-lista ta` persuni li jidu riferuti lilha lill-Korporazzjoni.
Jaf il-Ministru li l-canteen ta' l-Isptar Monte Carmeli jagħlaq kuljum fit-3.00 p.m. u qed ikun ta' inkonvenjent kemm għal viżitaturi kif ukoll għall-istess pazjenti? Jikkonsidra l-Ministru li jitwal il-ħin tal-ftuħ jew jekk jingħatax ukoll lill-privat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-canteen ta' l-isptar Monte Carmeli ilu żmien twil jingħalaq fl-4.00 p.m. Fit-3.00 p.m. jingħataw it-te' dawk il-pazjenti li jkunu s-Social Centre. Għall-ħabta tat-3.30 p.m. dawn il-pazjenti jinħarġu mill-canteen ħalli matul l-aħħar nofs siegħa dawk li jmexxu l-canteen jagħmlu l-kontijiet tal-ġurnata u xi xogħol ieħor li jkun meħtieġ.
Ma jinħassx il-bżonn li jittawwal il-ħin tal-ftuħ tal-canteen billi wara l-4.00 p.m. il-pazjenti jinġabru fil-Wards tagħhom biex fil-5.00 p.m. jitqassam l-ikel.
L-iskop ewlieni tal-canteen hu li jaqdi l-pazjenti. Għal dan il-għan, il-prezzijiet jinżammu baxxi kif ukoll jingħata te' u xi ikel ieħor bla ħlas. Il-qliegħ li jsir mill-Canteen jintuża għall-bżonnijiet tal-pazjenti. Li kieku l-canteen kellu jingħata lill-privat, dan kollu jieqaf b'detriment għall-pazjent.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex pazjenti minn Għawdex qed jintbagħtu għall-kura fl-Isptar Monte Carmeli meta suppost li f'Għawdex stess hemm sptar ġdid attrezzat għall-kura tal-mard mentali? Jista' jgħid għaliex qed isiru spejjeż żejda, speċjalment fit-trasport ta' l-istess pazjenti? Jista' jgħid kemm ġew trasferiti pazjenti f'dawn l-aħħar tlett xhur minn Għawdex għall-Isptar Monte Carmeli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minkejja l-fatt illi jeżistu servizzi ġo l-Isptar t'Għawdex, jibqa' l-fatt illi ċerti każijiet ikunu tant kumplessi illi jirrikjedu servizzi aktar intensivi li jistgħu jingħataw minn Malta biss. S'intendi f'dawn il-każijiet iżolati jkun hemm bżonn illi jintefqu l-ispejjeż tat-trasport. F'dawn l-aħħar tlett xhur pazjent wieħed ġie trasferit minn Għawdex għall-Isptar Monte Carmeli.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata t-tarmac fi Triq Leonard Abela, Ħal Tarxien, peress li hemm residenti li issa ilhom snin jgħixu f'darhom f'din it-triq u qed ibatu minn inkonvenjent kbir, peress li fiha ħafna ħofor u meta tagħmel ix-xita jimtlew bl-ilma?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jgħid it-telephone booth li twaħħlet dan l-aħħar f'Santa Luċija, eżatt fejn ir-roundabout qabel ma tinżel in-niżla taċ-ċimiterju ta' l-Addolorata, tistax tiġi spustata peress li qed toħloq inkonvenjent lis-sewwieqa li jkunu ħerġin minn Santa Luċija għalfejn ir-roundabout, peress li l-pożizzjoni ta' fejn ġiet imwaħħla din it-telephone booth qed tagħlaq ferm l-angolu ta' minn fejn ikun ġej it-traffic u per konsegwenza id-drivers li jkunu ħerġin minn Santa Luċija ma jkunux jistgħu jaraw sewwa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li fil-jiem li gejjin it-telephone booth li ghaliha qed issir riferenza ser tigi spustjata minn fejn hi bhalissa biex ma jkunx hemm l-inkonvenjent li rrefera ghalih l-Onorevoli Interpellant.
Wara li tħabbar li minn din is-sena Malta se tibda tipparteċipa f'ħames programmi ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri Socrates, Leonardo da Vinci, FP 5, Culture u Youth, jista' l-Ministru jgħid min huma l-kordinaturi u l-membri tal-kumitati li qed imexxu dawn il-programmi? Hemm xi ħadd minnhom li qed jieħu xi forma ta' renumerazzjoni, allowance jew fringe benefits? X'se tkun il-parti tal-gvern Malti li se joħroġ biex nipparteċipaw fl-imsemmija programmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif diġa' kelli l-okkażjoni nfisser, il-parteċipazzjoni ta' Malta f'dawn il-programmi qed tiġi koordinata mill-European Union Programmes Unit. Hemm proċeduri legali u amministrattivi li għad irid jiġu finalizzati qabel Malta tibda timplimenta parteċipazzjoni sħiħa. Sadanitant jeħtieġ żmien biex inħejju ruħna.
Iċ-Chairpersons tal-Kumitati Koordinaturi tal-programmi ta' l-Unjoni Ewropeja huma:
Dr Robert Tufigno (Leonardo)
Dr Joe Mifsud (Socrates)
Ms Stefania Fabri (Community Youth Action Programme)
Dr Joe Micallef (Fifth Framework Programme)
Mr Chris Gatt (Culture 2000)
Għadu għaddej il-proċess biex jintgħażlu l-membri tal-Kumitati u, għalhekk, għadu mhux possibli li tingħata l-informazzjoni mitluba.
Informat ukoll li ħadd s'issa mhu qed jingħata ebda remunerazzjoni, allowance jew fringe benefit.
Il-parti tal-Gvern Malti f'dawn il-progrmmi hi speċifikata fl-estimi 2000.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu d-diskussjonijiet interni biex artijiet governattivi jiġu mgħoddija lil NGOs?
Response (BORG, TONIO)
Id-diskussjonijiet interni biex proprjeta` tal-Gvern tingħata lil NGO`s qegħdin fil-fażi finali u huwa maħsub li fi żmien qasir titressaq Riżoluzzjoni Parlamentari f`dan is-sens, wara li ġew approvati mill-Kabinett.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-istaff complement fl-Airport Security? Jista' jagħti kemm hemm ħaddiema f'kull grad? Jaħseb li hemm postijiet vakanti fl-Airport Security?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-istaff fl-Airport Security hu kompost minn ħames persuni; tlett Assistant Managers u żewġ skrivani.
Preżentament il-post ta` Airport Security Manager hu vakanti u l-proċess ta` mili ta` din il-vakanza kważi intemm. Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta` l-Intern assuma d-doveri ta` aġent Airport Security Manager.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qegħda preżentament il-pensjoni ta' l-invalidita'? Jekk din mhix fissa, jista' jgħid kemm hija l-pensjoni minima? Kemm hemm persuni preżentement li qed jibbenefikaw minn din il-pensjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) tistabilixxi rati differenti ta' pensjonijiet ta' l-invalidita'. Dawn ir-rati jistgħu jvarjaw skond il-medja ta' kontriubzzjonijiet mħallsa mill-pensjonant tul il-ħajja assigurabbli tiegħu, l-ħlas ta' xi pensjoni tas-servizz lil xi persuna li tirċievi pensjoni għall-invalidita' u f'każ ta' raġel, l-fatt li jkunx qed imantni mara jew le.
F'każ ta' persuna li qed tirċievi pensjoni tas-servizz, r-rata minima sħiħa ta' pensjoni ta' l-Invalidita' fil-preżent hija ta' Lm24.81 fil-ġimgħa fil-każ ta' raġel li jkun qed imantni mara u Lm19.16 fil-ġimgħa f'każ ta' persuna waħedha.
F'każ ta' persuna li m'għandha l-ebda pensjoni tas-servizz, r-rata minima sħiħa ta' pensjoni ta' l-Invalidita' fil-preżent hija ta' Lm40.76 f'każ ta' raġel li qed imantni mara u Lm19.16 fil-ġimgħa f'każ ta' persuna waħedha.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il persuna preżentament qed tibbenefika mill-allowance supplimentari? Kemm minnhom huma ħaddiema, pensjonanti jew persuni oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni li f'Jannar li għadda rċevew l-Allowance Supplimentari kien ta' 30,702. Ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika li tiddentifika kemm minnhom huma ħaddiema, pensjonanti jew persuni oħra.
Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' visti mit-tobba għall-impjegati fis-Servizz Pubbliku li jkunu ma jifilħux, jista' l-Prim Ministru jinforma kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu fid-dekasteru li jaqa' taħtu? Jista' jgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara? Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid kemm-il vista/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar 2000?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-arranġamenti dwar l-iskema riveduta ta' viżti mit-tobba għall-impjegati fis-Servizz Pubbliku li jkunu ma jifilħux, għad ma kienx hemm bżonn li jiġu ntrodotti fid-dikasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jara li tiddawwal Triq il-Friefet, Wied il-Għajn, minħabba d-dlam li din it-triq fiha?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta diga` nstallat xi dawl f`din it-triq. Madanakollu jekk ikun hemm il-htiega li din it-triq tiddawwal aktar, il-Korporazzjoni ser tinkludi dan ix-xoghol fil-lista ta` xogholijiet li ghandha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu finanzi f'avviżi fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni, stazzjonijiet tar-radju u gazzetti/magazines matul is-sena 1999 mill-Air Malta p.l.c.? Jista' jagħti breakdown tal-finanzi minfuqa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li l-informazzjoni mitluba hija ta` natura kummercjali, ma jkunx fl-interess tal-Kumpanija li din tixxandar.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jaħdmu l-local wardens mal-kunsilli lokali? Kemm ħarġu permessi ta' local wardens s'issa? Kemm-il applikazzjoni kellha l-ETC mingħand persuni li jirreġistraw għax-xogħol biex jibdew jieħdu taħriġ li jwassalhom għal-local wardens?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`seduta oħra.
Jista' l-Ministru jiċħad jew jikkonferma rapporti li dehru fuq il-ġurnal "KullĦadd" rigward serq ta' siment u luminati mill-Isptar Monte Carmeli? Veru li uffiċjal mill-istess sptar kien jaf b'dan is-serq u żamm kollox mistur? Jekk fl-affermattiv, se jittieħdu passi kontra kulmin kien involut? Veru li ż-żewġ persuni nvoluti ngħataw promotion mill-gvern preżenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li għall-ħabta t`Ottubru 1999 persuna jew persuni mhux magħrufa bdew ixerdu x-xnigħa li mill-isptar insterqu madwar mitt kaxxa minerali.
Mill-investigazzjonijiet li saru mill-Kap tal-Amministrazzjoni fl-isptar ma rriżultax li kien hemm xi kaxxi tal-luminata neqsin u ħadd ma seta`,
jagħti xi ħjiel li saret xi serqa. Lanqas mill-istores ta` Mount Carmel ma rriżulta dan in-nuqqas.
Il-minerali dejjem tqassmu skond kif ġie ndikat mill-uffiċċju tas-Senior Nursing Officers.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba kellha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar matul l-1999? Kemm minnhom diġa' ġew mogħtija l-permess biex jipproċedu bix-xogħol mitlub? Kemm-il każ globalment hemm imblukkat quddiem l-Awtorita'ta'l-Ippjanar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul l-1999, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar irċeviet 6,727 applikazzjoni għal konsiderazzjoni tagħha. Minn dan it-total, 3,348 ġew mogħtija l-permess skond il-proposta mitluba, 346 ġew rifjutati, filwaqt li l-kumplament, 3,033, għadhom qed jiġu pproċessati.
Ninsab infurmat ukoll li bħalissa l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għandha quddiemha 3,785 applikazzjoni pendenti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se joħroġ eżami intern minn clerks għal executive officers fis-Servizz Pubbliku anke fid-dawl fit-talbiet kontinwi mingħand union ewlenija?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-Ftehim tar-Riklassifikazzjoni tal-General Service Grades ma jipprovdix għal eżamijiet interni. Dawk l-eżamijiet kienu ġew aboliti permezz tal-Ftehim tal-1993.
Naturalment l-eżami minn barra għal Executive Officers jista'jsir u għalih ikunu eliġibbli wkoll Clerks li jkollhom tlett snin servizz fil-grad.
Bħalissa hemm 537 Executive Officer fil-post. Ma dawn, din is-sena, sejrin jiżdiedu 322 li sejrin jilħqu Executive Officers mill-grad ta' Clerk fuq il-bażi li għandhom 8 snin servizz, skond kif jipprovdi l-Ftehim.
Matul is-sena 2000 l-ebda Executive Officer mhu ser jilħaq Assistant Principal fuq bażi ta' servizz u allura l-grad ta' Executive Officer sejjer jibqa' b' il fuq minn 850 ufficjal.
Għaldaqstant mhijiex l-intenzjoni li jsir eżami għal Executive Officers.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13559 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u li ġiet riferuta lilek u cioe': jista' jgħid x'inhuma l-pjanijiet għar-Revenue Security Corps? X'se jsir mill-wegħda li ngħataw qabel l-elezzjoni ġenerali lill-membri ta' l-RSC li jissaħħaħ l-istess RSC?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-membri ta' l-RSC għadhom qegħdin jaqdu d-dmirijiet li huma ilhom jaqdu għal dawn l-aħħar snin. Ma jidhirx li hemm xi ħtieġa mmedjata għal revizjoni tar-rwoli tal-Korp.